Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Il-BĊE fi Frankfurt

Ingħaqad magħna fiċ-ċelebrazzjoni tal-ispirtu tal-Ewropa

L-UE tlaqqa’ flimkien tradizzjonijiet u kulturi differenti, magħqudin bil-valuri kondiviżi tagħna. Bl-avvenimenti ta’ “Niċċelebraw l-Ewropa fi Frankfurt”, il-BĊE jġib l-ispirtu Ewropew fil-belt tagħna ta’ Frankfurt am Main. Dawn l-avvenimenti jippermettulna niltaqgħu mal-ġirien tagħna, nikkonnettjaw mal-komunità lokali tagħna, nitkellmu ma’ xulxin u ngawdu d-diversità kulturali rikka tal-Ewropa.

Europa Open Air

Flimkien mal-Frankfurt Radio Symphony orchestra, kull sena nistiednu lil dawk li jħobbu l-mużika sabiex igawdu minn kunċert bla ħlas u divertenti fuq ix-xtut tax-xmara Main, fejn aktar minn 10,000 viżitatur jesperjenzaw is-saħħa unifikatriċi tal-mużika.

Esplora l-kunċert tal-Europa Open Air tal-2025

Jum l-Ewropa u Europa-Fest (Festival tal-Ewropa)

Ta’ kull sena niċċelebraw Jum l-Ewropa, u l-Belt ta’ Frankfurt tfakkar l-okkażjoni bl-Europa-Fest tagħha fir-Römerberg, fejn il-BĊE huwa preżenti wkoll b’kabina tal-informazzjoni.

Ara l-kollezzjoni tar-ritratti

Lejla tal-Mużewijiet

Esperjenza l-kollezzjoni tal-arti kontemporanja tal-BĊE kif ukoll il-programm ta’ appoġġ eċċitanti bil-mużika, b’informazzjoni dwar ix-xogħol tal-BĊE u tours mill-Fondazzjoni Martin Elsaesser li jsiru ta’ kull sena matul il-Lejla tal-Mużewijiet fi Frankfurt.

Ara l-kollezzjoni tar-ritratti

Jum Internazzjonali tat-Tfakkira tal-Olokawst

Mill-2019, ta’ kull sena madwar il-Jum Internazzjonali tat-Tfakkira tal-Olokawst, infakkru d-deportazzjonijiet mill-Grossmarkthalle u l-vittmi tal-Olokawst flimkien mal-Belt ta’ Frankfurt u l-Jewish Museum Frankfurt.

Tfakkira fuq is-sit tal-Grossmarkthalle
Tinsab fi Frankfurt?

Iċ-Ċentru għall-Viżitaturi tal-BĊE jinsab fil-bini prinċipali tal-BĊE fi Frankfurt am Main, il-Ġermanja. Billi żżurna tista’ ssir taf ir-rwol u r-responsabbiltajiet tal-BĊE aħjar b’mod interattiv u tifhem aħjar kif id-deċiżjonijiet tagħna jaffettwaw il-ħajja tiegħek ta’ kuljum.

Il-paġni kollha f’din it-taqsima