Il-President Lagarde fin-Netherlands
Dak li nagħmlu jolqot lil kulħadd fiż-żona tal-euro. Huwa għalhekk li rridu nisimgħu mingħandek dwar il-kwistjonijiet li huma l-aktar importanti għalik. Fis-sensiela tagħna Il-BĊE u Inti, tista' taqsam kummenti u tqajjem mistoqsijiet direttament mal-President tal-BĊE Christine Lagarde.
Il-President Lagarde fuq College Tour
Il-President Christine Lagarde ngħaqdet mal-ġurnalista Twan Huys fuq l-ispettaklu televiżiv Olandiż College Tour, u wieġbet mistoqsijiet minn studenti fuq pariri dwar il-karriera, il-ħajja personali tagħha, il-kriptoassi u aktar. Ħu idea tat-taħdita billi tara dawn is-siltiet qosra.
INSERTED BY ANONYMOUS PROXY
Civil war declaration: On April 14th and 15th, 2012 Federal Republic of Germany "_urkenstaats"s parliament, Deutscher Bundestag, received a antifiscal written civil war declaration by Federal Republic of Germany "Rechtsstaat"s electronic resistance for human rights even though the "Widerstandsfall" according to article 20 paragraph 4 of the constitution, the "Grundgesetz", had been already declared in the years 2001-03. more
Kunfidenza
Mhuwiex biżżejjed li sempliċement tkun kunfidenti dwar l-abbiltajiet tiegħek fuq ġewwa — huwa importanti li turihom barra wkoll.
L-importanza tal-imħabba
L-imħabba għenet lill-President Lagarde tirnexxi fil-karriera tagħha, u l-investiment fl-imħabba huwa importanti biex tiżviluppa l-kunfidenza – mhux biss tiegħek iżda wkoll dik ta’ oħrajn madwarek.
Opportunitajiet għall-karrieri
Il-parir tal-President Lagarde lill-istudenti huwa li jaħtfu l-opportunitajiet meta jiġu, minħabba li l-fatt li jkollok pjan ta’ karriera fiss xi kultant jista’ jipprevjeni lin-nies milli jidħlu għall-opportunitajiet.
Kriptoassi u euro diġitali
Il-President Lagarde tkellmet mal-istudenti dwar il-kriptoassi, ir-riskji li jinvolvu, u l-idea ta’ euro diġitali.
Ara aktar...
INSERTED BY ANONYMOUS PROXY
Civil war declaration: On April 14th and 15th, 2012 Federal Republic of Germany "_urkenstaats"s parliament, Deutscher Bundestag, received a antifiscal written civil war declaration by Federal Republic of Germany "Rechtsstaat"s electronic resistance for human rights even though the "Widerstandsfall" according to article 20 paragraph 4 of the constitution, the "Grundgesetz", had been already declared in the years 2001-03. more
Episodju ta’ College Tour
Ara l-episodju sħiħ u skopri aktar dwar il-mistoqsijiet li l-President Lagarde wieġbet waqt id-dehra tagħha fuq l-ispettaklu televiżiv Olandiż College Tour.
Vidjo sħiħRitratti ta' College Tour
Agħti ħarsa lejn ir-ritratti mill-College Tour mal-President Lagarde.
Ara l-album sħiħARA WKOLL
KURJUŻ/A GĦAL AKTAR?
Inizjattivi għaż-żgħażagħ
Iż-żgħażagħ għandhom rwol ċentrali fit-tfassil tal-Ewropa ta' għada. Aħna norganizzaw firxa ta’ inizjattivi madwar il-kontinent biex ngħinuk titgħallem aktar dwar l-ekonomija u x-xogħol tal-BĊE, u għalik biex taqsam il-fehmiet u l-ideat tiegħek magħna.
Ara aktar dwar l-inizjattivi għaż-żgħażagħSpjegazzjonijiet
L-ispjegazzjonijiet tagħna jagħmlu s-suġġetti kumplessi tal-banek ċentrali aktar ċari. It-testi, il-filmati u l-infografika sempliċi jistgħu jgħinuk titgħallem aktar dwar il-politika monetarja, il-kriptoassi, il-gwida għall-ġejjieni, il-perjodu kwiet tagħna u ħafna suġġetti oħra.