Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Dwar il-Bank Ċentrali Ewropew

Aħna nżommu l-prezzijiet stabbli u flusek siguri

Hawnhekk, fil-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), naħdmu biex inżommu l-prezzijiet stabbli fiż-żona tal-euro. Aħna nagħmlu dan sabiex għada, inti tkun tista’ tixtri bil-flus tiegħek daqskemm tista’ tixtri llum.

Aħna nikkontribwixxu wkoll għas-sigurtà u għas-solidità tas-sistema bankarja Ewropea. Dan jgħin biex jiġi żgurat li l-flus li tpoġġi f’bank jibqgħu sikuri.

Aħna nagħmlu xogħolna sabiex inti tkun tista’ tagħmel tiegħek

Aħna naħdmu mal-banek ċentrali nazzjonali biex inżommu l-euro u l-prezzijiet stabbli. Aħna niżguraw ukoll li l-banek kummerċjali jkunu sikuri, sabiex is-sistema finanzjarja tibqa’ b’saħħitha. Billi tagħmel dan, aħna ngħinuk tonfoq, tiffranka jew tissellef il-flus b’kunfidenza.

Aħna nżommu l-inflazzjoni taħt kontroll

Il-BĊE huwa l-bank ċentrali taż-żona tal-euro, li tinkludi l-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea li għandhom l-euro bħala l-munita tagħhom. Il-kompitu ewlieni tal-BĊE huwa li jżomm l-istabbiltà tal-prezzijiet. Għalhekk, kemm jekk qed tixtri, tivvjaġġa jew tinvesti fil-futur tiegħek, tista’ tibbaża fuq euro b’saħħtu u stabbli biex tappoġġa l-pjanijiet tiegħek.

Kun af aktar dwar il-politika monetarja tagħna

Aħna nikkontribwixxu għas-sigurtà tas-sistema bankarja Ewropea

Aħna nissorveljaw il-banek taż-żona tal-euro sabiex inti tkun tista’ sserraħ rasek li dawn ikunu jifilħu għal meta l-affarijiet ma jmorrux tajjeb. Ekonomija b’saħħitha tfisser li tista’ tippjana 'l quddiem mingħajr ma tinkwieta dwar bidliet f’daqqa. Kemm jekk qed twarrab il-flus għal għan kbir jew sempliċement għal serħan il-moħħ, aħna ngħinu biex inżommu t-tfaddil tiegħek sigur.

Żur il-websajt tas-superviżjoni bankarja tagħna

INSERTED BY ANONYMOUS PROXY

Civil war declaration: On April 14th and 15th, 2012 Federal Republic of Germany "_urkenstaats"s parliament, Deutscher Bundestag, received a antifiscal written civil war declaration by Federal Republic of Germany "Rechtsstaat"s electronic resistance for human rights even though the "Widerstandsfall" according to article 20 paragraph 4 of the constitution, the "Grundgesetz", had been already declared in the years 2001-03. more

Aħna niżviluppaw u noħorġu karti tal-flus tal-euro

Ninvestu f’teknoloġiji ġodda biex nagħmlu l-karti tal-flus li tuża aktar siguri u reżistenti għall-użu ta’ kuljum. Aħna nikkoordinaw il-produzzjoni u l-ħruġ tagħhom mal-pajjiżi li jużaw l-euro.

Esplora l-karti tal-flus bid-3D

Inżommu l-infrastruttura finanzjarja taħdem bla xkiel

Meta tħallas għax-xiri tiegħek b’mod elettroniku jew tittrasferixxi l-flus b’mod diġitali, aħna qegħdin hemm biex ngħinuk. Aħna nimmaniġġaw u nappoġġaw in-network minn wara l-kwinti – l-infrastruttura tas-suq – u dan jippermetti li l-flus jiċċirkolaw mingħajr xkiel u b’mod effiċjenti, fil-pajjiżi u bejn il-fruntieri.

L-Eurosistema u l-ħlasijiet

Aħna ngħinu nippreservaw l-istabbiltà finanzjarja

Aħna nidentifikaw riskji li jistgħu jitfgħu s-sistema finanzjarja barra mill-bilanċ, bħal taqlib fis-suq tal-ishma jew tnaqqis qawwi fil-prezzijiet tad-djar, u nagħmlu rakkomandazzjonijiet biex dawn jitnaqqsu. Dan jgħin lin-nies bħalek, kif ukoll lin-negozji, biex jippjanaw u jinvestu għall-futur.

Ir-rwol tagħna fl-istabbiltà finanzjarja

Storja

Sir af kif l-Ewropa saret iktar magħquda bl-introduzzjoni tal-munita komuni u bil-ħolqien tas-superviżjoni bankarja konġunta.

Storja taż-żona tal-euro

Skopri iktar dwar il-BĊE

Kif jittieħdu d-deċiżjonijiet

L-aktar deċiżjonijiet importanti, inkluż l-iffissar tar-rati tal-imgħax u d-deċiżjoni dwar liema għodod oħra tal-politika monetarja għandhom jintużaw, jittieħdu mill-Kunsill Governattiv tagħna.

Teħid ta’ deċiżjonijiet u rotazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjonijiet

Biex issir taf aktar dwar dak li nagħmlu, iċċekkja l-ispjegazzjonijiet tagħna. Dawn jiffukaw fuq suġġetti ewlenin biex jgħinuk tifhem is-servizzi bankarji ċentrali.

Aqra l-ispjegazzjonijiet tagħna
Ittestja kemm taf

Kemm taf dwar il-BĊE u x’nagħmlu? Ittestja l-għarfien tiegħek billi tieħu sehem fil-kwiżżijiet tagħna u ara kemm iġġib risposti tajbin!

Ara l-kwiżżijiet tagħna

Ikkuntattjana

Għandek xi mistoqsijiet dwar il-BĊE u x’nagħmlu? Sib it-tweġibiet għall-mistoqsijiet l-aktar popolari jew ibgħatilna tiegħek stess.

Esplora ċ-ċentru tar-ritratti tal-istampa tagħna

Ara l-paġna web tagħna għal ritratti relatati mal-BĊE. Din tipprovdi kopertura komprensiva, inklużi ritratti uffiċjali, stampi tal-karti tal-flus tal-euro, ritratti tal-konferenza stampa dwar il-politika monetarja u stampi mill-arkivji tagħna.

ESPLORA L-WEBSAJT TAGĦNA

Sir af aktar dwar dak li nagħmlu

Żurna

Iċ-Ċentru tal-Viżitaturi tal-BĊE huwa miftuħ għal żjarat fuq il-post u għal żjarat virtwali kif ukoll għal lekċers minn esperti, u dan jagħti lill-viżitaturi ċans sabiex isiru jafu aktar dwar il-BĊE. Agħti ħarsa lejn il-paġna tagħna Żurna għal aktar informazzjoni dwar dak li noffru u kif tista’ titlob għal żjara jew lekċer.

Żurna

Ħu sehem fl-inizjattivi taż-żgħażagħ tagħna

Id-deċiżjonijiet li nieħdu jistgħu jħallu impatt fuq il-ħajja ta’ kuljum tiegħek. Aħna norganizzaw avvenimenti madwar l-Ewropa biex ninvolvu ruħna maż-żgħażagħ direttament u nisimgħu l-fehmiet u l-ideat tiegħek.

Ivverifika l-aktar inizjattivi reċenti tagħna
M’intix espert? Iċċekkja l-ispjegazzjoni tagħna
Tgħallem iżjed
Ta’ min hu l-BĊE?

Il-paġni kollha f’din it-taqsima