Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Ċipru (mill-1 ta’ Jannar 2008)

Stadji tal-bidla tal-flus

Fl-10 ta' Lulju 2007, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea approva l-applikazzjoni ta' Ċipru biex jissieħeb fiż-żona tal-euro fl-1 ta' Jannar 2008.

Fl-1 ta’ Jannar 2008, l-euro (EUR) sar valuta legali f'Ċipru, u ssostitwixxa l-pound Ċiprijotta (CYP) bir-rata tal-kambju fissa u irrevokabbli ta’ €1 = CYP 0.585274. Id-distribuzzjoni minn qabel u puntwali tal-flus kontanti ta’ l-euro lil partijiet terzi professjonali qabel l-1 ta' Jannar 2008 għenet biex tiżgura bidla tal-flus mingħajr xkiel, ħaffet il-piż loġistiku u naqqset l-ispejjeż taċ-ċirkolazzjoni taż-żewġ muniti fl-istess ħin. Id-distribuzzjoni minn qabel tal-karti tal-flus tal-euro lill-banek bdiet fid-19 ta' Novembru 2007, waqt li d-distribuzzjoni minn qabel tal-muniti bdiet kważi xahar qabel fit-22 ta' Ottubru 2007. Ftit minn dawn il-flus kontanti mbagħad tqassmu minn qabel lill-bejjiegħa bl-imnut u lil kumpaniji oħra ("sub-frontloading"). Barra dan, fit-3 ta' Diċembru 2007 il-Bank Ċentrali ta' Ċipru, il-banek u s-soċjetajiet ko-operattivi tal-kreditu bdew ibiegħu settijiet tal-bidu bil-muniti tal-euro lill-pubbliku. (Id-distribuzzjoni minn qabel tal-karti tal-flus u tal-muniti tal-euro hi regolata bil-Linja Gwida tal-BĊE BĊE/2006/9.)

Il-bidla tal-flus għall-euro saret bla xkiel u malajr.

Mill-1 ta' Frar 2008, għall-pagamenti bi flus kontanti f'Ċipru jistgħu jintużaw biss il-karti tal-flus u l-muniti tal-euro, iżda l-banek u s-soċjetajiet ko-operattivi tal-kreditu se jibqgħu jibdlu bla ħlas il-karti tal-flus u l-muniti tal-pound Ċiprijotta bir-rata fissa tal-konverżjoni sat-30 ta' Ġunju 2008. Se jkollhom jitħallsu drittijiet jekk l-ammont għal kull klijent u transazzjoni jkun iktar minn CYP 1,000 għall-karti tal-flus, u CYP 50 għall-muniti. Wara dan, wieħed ikun jista' jibdel il-karti tal-flus tal-pound Ċiprijotta fil-Bank Ċentrali ta' Ċipru sa għaxar snin wara, u l-muniti sa sentejn wara.

Karti tal-pound Ċiprijotta li jistgħu jissarfu
Sommarju tad-dati ewlenin tal-bidla
22 ta’ Ottubru 2007

Distribuzzjoni minn qabel ("Sub-frontloading") ta' muniti lill-kumpaniji

19 ta’ Novembru 2007

"Sub-frontloading" ta' karti tal-flus lill-kumpaniji

3 ta’ Diċembru 2007

Bejgħ ta' settijiet tal-bidu bil-muniti tal-euro lill-pubbliku

L-1 ta’ Jannar 2008

Konverżjoni tal-kontijiet bankarji u introduzzjoni tal-karti tal-flus u tal-muniti ta’ l-euro

Il-31 ta’ Jannar 2008

L-aħħar jum li fih, il-karti tal-flus u l-muniti tal-pound Ċiprijotta jibqgħu valuta legali

sat-30 ta’ Ġunju 2008

Kambju bla ħlas tal-karti tal-flus u l-muniti tal-pound Ċiprijotta minn banek u minn soċjetajiet ko-operattivi tal-kreditu

Il-31 ta’ Diċembru 2009

L-aħħar jum għall-kambju tal-muniti tal-pound Ċiprijotta mill-Bank Ċentrali ta' Ċipru

Il-31 ta’ Diċembru 2017

L-aħħar jum għall-kambju tal-karti tal-flus tal-pound Ċiprijotta mill-Bank Ċentrali ta' Ċipru

Il-paġni kollha f’din it-taqsima