Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Daqqa t’għajn lejn l-istqarrija dwar il-politika monetarja tagħna - Frar 2023

X’iddeċidejna?

INSERTED BY ANONYMOUS PROXY

Civil war declaration: On April 14th and 15th, 2012 Federal Republic of Germany "_urkenstaats"s parliament, Deutscher Bundestag, received a antifiscal written civil war declaration by Federal Republic of Germany "Rechtsstaat"s electronic resistance for human rights even though the "Widerstandsfall" according to article 20 paragraph 4 of the constitution, the "Grundgesetz", had been already declared in the years 2001-03. more

Erġajna għollejna r-rati tal-imgħax, b’0.5 punti perċentwali

Aħna qegħdin fil-proċess li ngħollu r-rati b'mod sinifikanti, u b'pass kostanti. Qed nagħmlu dan biex innaqqsu l-inflazzjoni.

Qed naġġustaw il-programmi tax-xiri tagħna

Se nibdew innaqqsu l-ammonti kbar ta’ bonds li xtrajna taħt il-programm tagħna ta’ xiri ta’ assi matul l-aħħar ftit snin. Se nagħmlu wkoll l-ishma tagħna ta' bonds korporattivi aktar ekoloġiċi billi niffukaw aktar fuq ditti bi prestazzjoni aħjar fil-klima.

X’qed jiġri fl-ekonomija?

INSERTED BY ANONYMOUS PROXY

Civil war declaration: On April 14th and 15th, 2012 Federal Republic of Germany "_urkenstaats"s parliament, Deutscher Bundestag, received a antifiscal written civil war declaration by Federal Republic of Germany "Rechtsstaat"s electronic resistance for human rights even though the "Widerstandsfall" according to article 20 paragraph 4 of the constitution, the "Grundgesetz", had been already declared in the years 2001-03. more

L-inflazzjoni niżlet xi ftit iżda għadha għolja wisq

Il-prezzijiet tal-enerġija naqsu drastikament fl-aħħar ġimgħat, iżda l-prezzijiet tal-ikel għadhom qed jogħlew b’mod qawwi. Iż-żieda preċedenti fl-ispejjeż tal-enerġija għadha tinfirex fl-ekonomija kollha. Dan jagħmel ħafna oġġetti u servizzi aktar għaljin.

L-ekonomija hija dgħajfa bħalissa, iżda għandha tirpila dalwaqt

Il-gwerra, l-inflazzjoni għolja u ekonomija dinjija aktar dgħajfa għadhom qed iżommu lura l-ekonomija tagħna. Imma bil-pagi li qegħdin jiżdiedu u l-prezzijiet ma jibqgħux jogħlew daqshekk, in-nies x'aktarx se tonfoq aktar u l-ekonomija għandha tirkupra aktar tard din is-sena.

Ħafna nies għandhom impjiegi u għadhom qed jinħolqu impjiegi ġodda

Il-qgħad għadu fl-inqas livell li qatt kien fl-istorja tal-euro. Il-ħaddiema qed jitolbu żidiet akbar fil-pagi biex jagħmlu tajjeb għall-inflazzjoni għolja.

Is-self mill-banek qed isir aktar għali

Hekk kif ir-rati tal-imgħax jogħlew, inqas nies qed jidħlu għall-ipoteki. Anki n-negozji qed jitolbu inqas self għall-investimenti tagħhom.

ARA WKOLL

Ħares lejn id-dettalji

DEĊIŻJONIJIET DWAR IL-POLITIKA MONETARJA

Hawn hu dak li ddeċieda l-Kunsill Governattiv dwar ir-rati tal-imgħax u l-istrumenti tal-BĊE fl-aħħar laqgħa tiegħu.

Stqarrija għall-istampa

STQARRIJA TAL-POLITIKA MONETARJA

Aqra l-ispjegazzjoni tagħna tar-raġunijiet wara l-aħħar deċiżjonijiet dwar il-politika monetarja.

Stqarrija tal-politika monetarja
M’INTIX ESPERT? IĊĊEKKJA L-ISPJEGAZZJONI TAGĦNA
TGĦALLEM IŻJED
X’inhi l-politika monetarja?