Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

EUR-Lex – Mistoqsijiet komuni

Daħla

Kif nista’ naċċessa l-atti legali tal-BĊE?

It-taqsima tal-BĊE fuq EUR-Lex hija l-punt ewlieni ta’ dħul għall-atti legali kollha tal-BĊE, u hija aċċessibbli permezz tal-links diretti fuq is-sit web tal-BĊE u s-sit web tas-superviżjoni bankarja tal-BĊE kif ukoll permezz tat-tab Fittex skont l-istituzzjonijiet tal-UE fuq is-sit web ta’ EUR-Lex. Tista’ ssib ukoll l-atti legali tal-BĊE billi tuża l-funzjonijiet ta’ tfittxija standard ta’ EUR-Lex.

X’hemm inkluż fit-taqsima tal-BĊE fuq EUR-Lex?

L-atti legali kollha tal-BĊE ppubblikati mill-1998 u l-atti legali kollha tal-Istitut Monetarju Ewropew ippubblikati bejn l-1994 u l-1997 huma disponibbli fid-database, inklużi l-opinjonijiet u l-ittri kollha tal-UE u dawk nazzjonali relatati mal-funzjoni konsultattiva tal-BĊE, il-Memoranda ta’ Ftehim, il-ftehimiet, u d-dokumenti legali l-oħra kollha tal-BĊE. Barra minn hekk, id-database fiha l-ġurisprudenza kollha rilevanti għall-BĊE.

Kif inhi strutturata t-taqsima tal-BĊE fuq EUR-Lex?

Il-paġna web tal-bidu tat-taqsima tal-BĊE fuq EUR-Lex tippreżenta dan li ġej:

  1. funzjoni “Fittex skont is-suġġett”
  2. tliet tipi differenti ta’ funzjoni ta' tiftix, speċifikament “Tfittxija rapida fid-dokumenti tal-BĊE”, “Tfittxija avvanzata”, u “Sib dokument” u “Fittex kawża”
  3. il-funzjoni ta’ “Navigazzjoni viżiva” li tipprovdi statistika dwar atti legali tal-BĊE u aċċess dirett għal ġabriet iddefiniti minn qabel
  4. il-funzjoni “Ippubblikati reċentement” li tpprovdi ħarsa ġenerali lejn l-atti legali tal-BĊE l-iktar riċenti
  5. il-portal “Superviżjoni bankarja Ewropea” li jagħti aċċess għall-atti legali kollha tal-BĊE u l-ġurisprudenza fil-qasam tas-superviżjoni bankarja

Fittex skont is-suġġett

Kif taħdem il-funzjoni “fittex skont is-suġġett”?

L-atti legali kollha tal-BĊE huma kklassifikati skont is-suġġetti u huma disponibbli permezz ta’ tfittxija skont l-oqsma tas-suġġett. Biex issib l-atti kollha relatati ma’ suġġett speċifiku, għandek bżonn biss li tagħżel suġġett u mbagħad tiffoka t-tfittxija tiegħek billi tagħżel is-subtema rilevanti. Meta tikklikkja fuq is-simbolu “+” tespandi s-suġġett ewlieni f'subtemi, u meta tikklikkja l-lenti ħdejn suġġett tagħmel tfittxija għall-atti legali kollha kklassifikati taħt dak is-suġġett.

Kif nista’ nsib l-atti legali kollha adottati fil-qafas ġenerali tal-qafas tal-istrumenti tal-politika monetarja?

Fl-oqsma tat-tfittxija skont is-suġġett, ikklikkja fuq “Operazzjonijiet tal-politika monetarja” imbagħad fuq “Strumenti tal-politika monetarja”. Dan juri s-subtemi, fosthom il-“Qafas Ġenerali”. Meta tikklikkja fuq il-lenti ħdejn "Qafas ġenerali", tara lista tal-atti legali kollha tal-BĊE adottati fi ħdan din is-subtema li tista' mbagħad tirfina aktar kif meħtieġ.

Tfittxija rapida fid-dokumenti tal-BĊE

Kif taħdem it-“Tfittxija rapida”?

Il-funzjoni “Tfittxija rapida fid-dokumenti tal-BĊE” hija mfassla b’mod partikolari għal tiftix ta’ kliem ewlieni u tirrestrinġi r-riżultati tat-tiftix għal dokumenti fis-sottodominju tal-BĊE – għall-kuntrarju tat-tfittxija rapida ġenerali ta’ EUR-Lex li tfittex fid-dominju kollu ta’ EUR-Lex. Ir-riżultati minn din it-tfittxija rapida tal-BĊE jinkludu t-tipi kollha ta’ dokumenti tal-BĊE, inklużi dokumenti f’kawżi tal-qorti rilevanti għall-BĊE. Benefiċċju minn din it-tfittxija rapida huwa li tfittex ukoll fil-metadata tad-dokument, u tagħtik riżultat ta’ tfittxija aktar komprensiv.

Tfittxija avvanzata

Kif taħdem it-“Tfittxija avvanzata”?

L-istess bħal “Tfittxija rapida fid-dokumenti tal-BĊE", il-funzjoni "Tfittxija Avvanzata" tirrestrinġi r-riżultati tat-tfittxija għal dokumenti fis-subdominju tal-BĊE fuq EUR-Lex. Madankollu, it-tfittxija avvanzata tagħtik aktar għażliet biex tirfina t-tfittxija skont il-preferenzi tiegħek, eż. id-data, it-tip ta’ dokument u l-awtur, u tippermettilek ukoll li tgħaqqad għażliet differenti. Għall-kuntrarju tat-tfittxija rapida, tfittxija bit-test fi ħdan il-funzjoni tat-tfittxija avvanzata ma tfittixx fil-metadata tad-dokument

Kif nista’ nsib l-opinjonijiet kollha tal-BĊE dwar abbozzi ta’ leġiżlazzjoni tal-UE?

Mur fuq “Tfittxija avvanzata”. Fil-kaxxa "Referenza tad-dokument" u taħt "Tip", ikklkkja fuq is-simbolu "+" biex tara t-tipi kollha ta’ dokumenti. Immarka "Opinjoni (OPIN)" u "Opinjoni fuq inizjattiva proprja (OWNINI_OPIN)" mil-lista. Ikklikkja fuq "Agħżel" u mbagħad fuq "Fittex". Dan jeskludi opinjonijiet dwar abbozzi ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali.

Kif nista’ nsib l-opinjonijiet kollha tal-BĊE dwar abbozz ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li tikkonċerna Stat Membru speċifiku?

Mur fuq “Tfittxija avvanzata”. Fil-qiegħ tal-paġna, il-kaxxa "Destinatarju ta’ Opinjonijiet dwar abbozz ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali" tippermettilek tiffiltra skont l-Istati Membri. Agħżel Stat Membru u kklikkja fuq "Fittex".

Meta nfittex atti legali vinkolanti tal-BĊE dwar ċertu suġġett, insib bosta opinjonijiet tal-BĊE fost ir-riżultati tat-tfittxija. Kif nista’ neskludi l-opinjonijiet mil-lista tar-riżultati?

Mur fuq “Tfittxija avvanzata”. F’“Referenza tad-Dokument - Tip”, ikklikkja fuq "+" u agħżel biss dawk it-tipi ta’ atti legali li tixtieq tara. Jekk qed tfittex atti legali vinkolanti, agħżel: regolament, iż-żewġ tipi ta’ deċiżjonijiet (DEC u DEC_ENTSCHEID), u linja gwida.

Sib dokument

Kif jaħdem “Sib dokument”?

Il-funzjoni "Sib dokument" tippermettilek issib malajr att legali speċifiku billi ddaħħal in-numru tad-dokument. Ir-riżultati tat-tfittxija huma ristretti għal atti u strumenti legali tal-BĊE, ittri relatati mad-dmir ta’ konsultazzjoni, memoranda ta’ ftehim u ftehimiet, għall-kuntrarju tal-għażliet ta’ tfittxija rapida u avvanzata li jfittxu fit-tipi kollha ta’ dokumenti tal-BĊE (inklużi dokumenti f’kawżi tal-qorti rilevanti għall-BĊE).

Hawnhekk, tista’ tfittex ukoll għal atti legali adottati f’ċerta sena, għal ċertu tip ta’ att legali, jew billi tuża taħlita ta’ dawk il-kriterji (bħal-linji gwida kollha tal-BĊE adottati fl-2019).

Sib kawża tal-qorti

Kif taħdem “Fittex kawża”?

Il-funzjoni “Fittex kawża” tippermettilek issib malajr dokument speċifiku relatat mal-qorti billi ddaħħal in-numru tal-kawża tal-qorti. Ir-riżultati tat-tfittxija huma ristretti għal dokumenti f’kawżi tal-qorti rilevanti għall-BĊE, għall-kuntrarju tal-għażliet ta’ tfittxija rapida u avvanzata li jfittxu fit-tipi kollha ta’ dokumenti tal-BĊE. Tista’ ssib sentenzi u digrieti f’kawżi tal-qorti rilevanti għall-BĊE. Dawn jinkludu l-kawżi kollha tal-qorti fejn il-BĊE huwa parti, kif ukoll kawżi oħrajn tal-qorti li huma jew ikklassifikati taħt “Politika ekonomika u monetarja” fid-Direttorju tal-ġurisprudenza tal-EUR-Lex jew li jiċċitaw ċerti atti legali rilevanti għall-kompiti ta’ superviżjoni bankarja tal-BĊE.

Tista’ tfittex ukoll il-kawżi kollha tal-qorti minn sena partikolari jew, billi tħalli l-oqsma kollha vojta u tikklikkja fuq il-lenti, il-kawżi kollha tal-qorti rilevanti għall-BĊE.

Navigazzjoni viżiva

Kif taħdem in-“Navigazzjoni viżiva”?

Meta tikklikkja fuq it-tab “Navigazzjoni viżiva” fil-menu tax-xellug jew f'xi waħda mill-graffs murija fuq il-paġna web tal-bidu,din tieħdok fis-subpaġna tan-navigazzjoni viżiva. Hemmhekk tista’ ssir taf aktar dwar atti legali tal-BĊE billi tara statistika skont is-sena, is-suġġett u t-tip ta’ att. Meta tikklikkja fuq bar f'waħda mill-graffs, issib ġabra tal-atti legali kollha taħt dik il-bar. Atti legali bażi biss (esklużi emendi jew corrigenda) huma ppreżentati f’tali ġabriet.

Ippubblikati reċentement

Kif jaħdem “Ippubblikati reċentement”

L-atti legali tal-BĊE ppubblikati l-aktar reċentement fuq l-EUR-Lex jidhru fid-dehra “Ippubblikati reċentement”. Għal ħarsa ġenerali sħiħa tal-atti legali kollha tal-BĊE ppubblikati fuq l-EUR-Lex, uża “Tfittxija rapida fid-dokumenti tal-BĊE” mingħajr xejn fil-qasam tat-tfittxija u mbagħad ikklikkja “Issortja skont id-data tad-dokument" biex tikseb l-iktar riżultat reċenti fil-quċċata.

Il-funzjoni "Ippubblikati reċentement" turi biss atti legali tal-BĊE?

Iva, il-funzjoni "Ippubblikat reċentement" fit-taqsima tal-BĊE turi biss atti legali ppubblikati mill-BĊE, bl-esklużjoni ta' kwalunkwe dokument relatat ma’ kawżi tal-qorti.

Tfittxija effettiva għal dokumenti tal-BĊE fuq EUR-Lex

Kif nista' nsib aktar informazzjoni dwar dokumenti fuq EUR-Lex?

Meta tara kwalunkwe dokument fuq l-EUR-Lex, it-tab tal-informazzjoni dwar id-dokument hija disponibbli fuq in-naħa tax-xellug. Meta tikklikkja fuqha tiftaħ il-paġna ta’ informazzjoni tad-dokument fejn tara l-informazzjoni u l-metadata kollha relatati mad-dokument, inklużi d-dati rilevanti, il-klassifikazzjonijiet u d-dokumenti relatati bħal emendi u verżjonijiet ikkonsolidati.

X’inhi d-differenza bejn il-funzjonalitajiet tat-tfittxija disponibbli?

Id-differenza tinsab fis-subdominji u fl-input li l-funzjonalitajiet tat-tfittxija huma ddisinjati biex jimmaniġġaw. It-tfittxija rapida fid-dokumenti tal-BĊE hija mfassla għal tfittxijiet ta’ kliem ewlieni u tidher fid-dominju kollu tal-BĊE. Il-funzjoni tfittxija avvanzata tidher ukoll fid-dominju tal-BĊE iżda tipprovdi aktar opportunitajiet biex tirfina t-tfittxija: pereżempju billi tillimita t-tfittxija tiegħek għal atti legali biss fis-seħħ jew teskludi l-corrigenda. Il-kaxex tat-tfittxija speċifiċi (Sib dokument, Fittex kawża) huma ddisinjati għal tfittxijiet preċiżi u jfittxu fid-dominju tal-BĊE għal atti legali u kawżi tal-qorti biss, rispettivament.

Kif nista’ nfittex verżjonijiet ikkonsolidati ta’ atti legali?

Fil-lista tar-riżultati, mur fl-atti legali bażi relevanti (mhux emendi jew corrigenda) u kklikkja fuq id-data ħdejn “Verżjoni kkonsolidata kurrenti”. Meta tikklikkja fuq “Uri l-verżjonijiet kollha” issib il-verżjonijiet ikkonsolidati kollha li ġew prodotti, li jinkorporaw emendi preċedenti.

Il-verżjonijiet ikkonsolidati jitħejjew b'ċertu dewmien, u għalhekk jista’ jiġri li verżjoni kkonsolidata li tinkorpora l-aktar emendi reċenti tkun għadha ma saritx.

Kif nista’ nsib l-emendi kollha ta’ att legali?

Agħmel tfittxija “Sib dokument” billi tuża n-numru ta’ referenza tal-att legali. Fil-lista tar-riżultati tat-tfittxija, iftaħ l-att legali rilevanti u mbagħad ikklikkja fuq “Informazzjoni dwar id-Dokument” fuq in-naħa tax-xellug ta’ fejn jidher id-dokument. Hemmhekk tkun tista’ tara l-informazzjoni kollha dwar emendi għall-att.

Lista tal-atti legali kollha li jemendaw b’links attivi tista’ tinstab ukoll fl-ewwel paġna tal-“Verżjoni kkonsolidata kurrenti”.

Tista’ ssir tfittxija testwali f’atti legali tal-BĊE li huma ppubblikati biss bħala dokumenti PDF?

Huwa possibbli li ssir tfittxija f’test ta’ dokumenti PDF?

Nista’ nara d-dokumenti ta’ ħidma tekniċi li huma parti minn ċerti opinjonijiet tal-abbozzi ta' liġijiet tal-UE?

Iva, għal opinjonijiet tal-UE fejn ikunu jeżistu dawk id-dokumenti ta’ ħidma tekniċi, tista’ taċċessahom billi tikklikkja fuq “Dokumenti ta’ ħidma tekniku relatat" fil-faxxa fuq ix-xellug.

It-tfittxija turi r-riżultati biss fil-lingwa tat-tfittxija jew tfittex fost il-lingwi kollha?

It-tfittxija turi r-riżultati fil-lingwa tat-tfittxija biss.

Ikolli aċċess għal aktar informazzjoni jekk noħloq kont tal-utent?

L-atti legali kollha fuq EUR-Lex huma aċċessibbli għall-utenti kollha kemm jekk ikollhom kont tal-utent kif ukoll jekk le. Għalhekk, il-ħolqien ta’ kont tal-EUR-Lex ma jagħtikx aċċess għal aktar informazzjoni, iżda jagħtik aċċess għal funzjonalitajiet aktar avvanzati. Billi tikklikkja fuq il-profil tiegħek fir-rokna ta’ fuq tal-lemin tal-paġna, tista’ taċċessa t-tfittxijiet issejvjati u reċenti tiegħek, l-affarijet li tkun issejvjajt u l-allerti RSS tiegħek. Tista’ wkoll tibdel il-preferenzi tat-tfittxija tiegħek billi tikklikkja fuq "Preferenzi", u mbagħad "Preferenzi tat-tfittxija" u "Żid preferenza ġdida". B’hekk tinfetaħ paġna ġdida fejn tista’ tagħżel ukoll il-kriterji awtomatiċi tal-issortjar għar-riżultati tat-tfittxija tiegħek (eż. tista’ tibdel biex tissortja r-riżultati tat-tfittxija tiegħek skont id-"Data tad-dokument" minflok skont ir-"Relevanza"). Jekk jogħġbok ara l-Paġna ta’ reġistrazzjoni għal aktar informazzjoni dwar il-ħolqien ta’ kont fuq EUR-Lex.

Nista’ nara l-abbozzi tal-leġiżlazzjoni nazzjonali li dwarhom, il-BĊE joħroġ uħud mill-opinjonijiet tiegħu?

Iva, għall-opinjonijiet dwar abbozzi ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali fejn dawk id-dokumenti jkunu disponibbli fuq EUR-Lex, tista’ taċċesssahom billi tikklikkja fuq "Abbozz ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali relatata" fil-faxxa fuq ix-xellug.

Informazzjoni addizzjonali fuq EUR-Lex

Minn fejn nista’ nsir naf aktar dwar EUR-Lex?

Jekk tixtieq issir taf aktar dwar EUR-Lex b’mod ġenerali, jekk jogħġbok agħti ħarsa lejn ir-riżorsi li ġejjin:

Għad għandi mistoqsijiet relatati mat-taqsima tal-BĊE fuq EUR-Lex. Lil min nista’ nikkuntattja għall-għajnuna?

Jekk għandek xi mistoqsijiet dwar l-atti legali tal-BĊE kif ippreżentati fit-taqsima tal-BĊE dwar EUR-Lex, jekk jogħġbok ikkuntattja lill-BĊE permezz ta’ DG-LKMT@ecb.europa.eu.

Il-paġni kollha f’din it-taqsima