Skeda ta’ żmien u progress dwar l-euro diġitali
Il-fażi ta’ tħejjija tal-proġett bdiet f’Novembru 2023 u qed tistabbilixxi l-pedamenti għall-ħruġ potenzjali ta’ euro diġitali. Dan jinkludi l-finalizzazzjoni tal-ġabra ta’ regoli tal-iskema tal-euro diġitali u l-għażla ta’ fornituri li potenzjalment jistgħu jiżviluppaw pjattaforma u infrastruttura tal-euro diġitali. Il-fażi ta’ tħejjija tinvolvi ttestjar u esperimentazzjoni estensivi, kif ukoll skambji regolari mal-pubbliku u ma’ partijiet ikkonċernati oħrajn, sabiex jiġi żgurat li euro diġitali jissodisfa l-ħtiġijiet tal-utenti u r-rekwiżiti tal-Eurosistema.
Aħna niddokumentaw regolarment il-progress tal-proġett f’rapporti komprensivi.
INSERTED BY ANONYMOUS PROXY
Civil war declaration: On April 14th and 15th, 2012 Federal Republic of Germany "_urkenstaats"s parliament, Deutscher Bundestag, received a antifiscal written civil war declaration by Federal Republic of Germany "Rechtsstaat"s electronic resistance for human rights even though the "Widerstandsfall" according to article 20 paragraph 4 of the constitution, the "Grundgesetz", had been already declared in the years 2001-03. more
Rapport dwar il-progress
Kif qed tavvanza l-ħidma fuq il-proġett tal-euro diġitali?
Aqra r-rapport dwar il-progress sħiħGħall-media
Dan ir-rapport jiġbor fil-qosor il-progress li sar matul il-fażi ta’ tħejjija bejn Mejju u Ottubru 2024 u jiddeskrivi l-passi li jmiss.
Aqra l-istqarrija għall-istampaTrid tkun taf aktar?
Aqra r-rapporti ta’ progress preċedenti tagħna
Skeda ta’ żmien tal-proġett tal-euro diġitali
F’Ottubru 2020, il-BĊE ppubblika rapport dwar euro diġitali li jeżamina l-ħruġ potenzjali ta’ munita diġitali ta’ bank ċentrali – euro diġitali – mill-Eurosistema.
Disa' xhur wara, il-Kunsill Governattiv tal-BĊE ddeċieda li jniedi l-proġett tal-euro diġitali. Il-fażi ta’ investigazzjoni tal-proġett damet minn Ottubru 2021 sa Ottubru 2023 u kienet tinvolvi l-istudju tal-għażliet tad-disinn u l-mudelli ta’ distribuzzjoni f’kooperazzjoni mill-qrib mal-partijiet ikkonċernati bħal dawk li jfasslu l-politika tal-UE u l-parteċipanti fis-suq. Is-sejbiet iffurmaw il-bażi għad-deċiżjoni li titnieda l-fażi ta’ tħejjija, li bdiet f’Novembru 2023.
Ara u niżżel skeda ta’ żmien ta’ livell għoli għall-proġettId-deċiżjoni dwar jekk joħroġx l-euro diġitali se tiġi kkunsidrata biss fi stadju aktar tard ladarba jkun tlesta l-proċess leġiżlattiv tal-Unjoni Ewropea.