Muniti kommemorattivi ta' €2 – 2017
Id-deskrizzjonijiet li jidhru f’din il-paġna ttieħdu minn Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għalhekk għandhom mnejn ivarjaw xi ftit minn materjal ieħor pubblikat f’din il-websajt.

Andorra
Tema: Andorra – Il-pajjiż tal-Pirinej
Deskrizzjoni: Id-disinn jirriproduċi fil-parti ta’ fuq tiegħu trijangolu, li jikkonsisti minn tliet strixxi mmewġa li jirrappreżentaw verżjoni simplifikata tal-mappa tal-pajjiż, bl-iskrizzjonijiet “Andorra” u “EL PAÍS DELS PIRINEUS” (il-pajjiż tal-Pirinej). Dawn it-tliet elementi jiffurmaw il-marka tal-Gvern ta’ Andorra, li tintuża biex tiġi pprovduta xbieha uniformi, konsistenti u koordinata għall-komunikazzjoni grafika kollha u, fl-istess ħin, tinkiseb identifikazzjoni instantanja u ċara. Fil-parti ta’ isfel tad-disinn hemm is-sena tal-ħruġ ‘2017’. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera tal-Unjoni Ewropea.
Volum tal-ħruġ: 85,000 munita
Volum tal-ħruġ: Diċembru 2017

Andorra
Tema: 100 sena tal-innu nazzjonali ta' Andorra
Deskrizzjoni: Fid-disinn hemm riproduzzjoni parzjali tal-innu nazzjonali ta' Andorra ppubbblikat fl-1914. Fil-parti ċentrali tad-disinn hemm riproduzzjoni tal-ewwel noti tal-innu u maġenbhom hemm ornament ta' fjuri u l-iskrizzjoni ‘Himne Andorrà’ (innu nazzjonali ta' Andorra). Fil-parti ta' fuq tad-disinn hemm is-sena tal-ħruġ ‘2017’ u l-iskrizzjoni ‘100 anys de l’himne d’Andorra’ (100 sena tal-innu nazzjonali ta' Andorra). Din il-munita tfakkar il-100 anniversarju tad-dħul tal-innu bħala l-innu nazzjonali ta' Andorra bi ftehim tal-Kunsill Ġenerali (il-Parlament ta' Andorra) tat-2 ta' April 1917. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera tal-Unjoni Ewropea.
Volum tal-ħruġ: 85,000 munita
Volum tal-ħruġ: Diċembru 2017

Malta
Tema: Solidarjetà u sliem
Deskrizzjoni: It-tema mal-munita hija marbuta mal-kunċett tas-solidarjetà u s-sliem. Id-disinn inħoloq minn student tal-iskola u juri żewġt itfal iżommu l-bandiera Maltija bil-ħamiema tal-paċi ttir fuq rashom. Fin-naħa t'isfel, insibu l-isem tal-pajjiż li ħareġ il-munita "Malta" u s-sena tal-ħruġ "2017". Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera tal-Unjoni Ewropea.
Volum tal-ħruġ: 380,000 munita
Volum tal-ħruġ: Novembru 2017

Monako
Tema: Carabiniers du Prince ("Carabiniers" tal-Prinċep)
Deskrizzjoni: Id-disinn juri CARABINIER u fl-isfond hemm il-Palazz ta' Monaco. Fuq in-naħa ta' fuq hemm il-kitba "MONACO" u maġenbha hemm il-marka taz-zekka u l-marka taz-zekka tal-ewwel munita. Fil-qiegħ hemm is-snin "1817-2017" u taħt hemm il-kitba "CARABINIERS DU PRINCE". Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera tal-Unjoni Ewropea.
Volum tal-ħruġ: 15 000 munita
Volum tal-ħruġ: Novembru 2017

Il-Portugall
Tema: 150 sena mit-twelid tal-kittieb Raul Brandão
Deskrizzjoni: Id-disinn juri wiċċ Raul Brandão. Fuq in-naħa tax-xellug hemm il-kitba RAUL BRANDÃO u taħt hemm is-snin "1867" u "2017". Isfel fuq in-naħa tal-lemin hemm l-isem tal-pajjiż li ħareġ il-munita "PORTUGAL" u fil-lemin fin-naħa ta' fuq hemm l-isem tal-awtur ‘LUIS FILIPE DE ABREU" segwit bil-marka taz-zekka "INCM". Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera tal-Unjoni Ewropea.
Volum tal-ħruġ: 520 000 munita
Volum tal-ħruġ: Novembru 2017

Il-Latvia
Tema: Latgale
Deskrizzjoni: Id-disinn jikkonsisti mill-istemma araldika tar-reġjun ta' Latgale. Fin-naħa ta' fuq hemm l-isem tal-pajjiż li ħareġ il-munita "LATVIJA" u fin-naħa t'isfel hemm l-iskrizzjoni ‘LATGALE’. Fuq in-naħa tal-lemin hemm is-sena tal-ħruġ "2017". Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera tal-Unjoni Ewropea.
Volum tal-ħruġ: 530 000 munita
Volum tal-ħruġ: Ottubru 2017

Il-Lussemburgu
Tema: Il-200 anniversarju tal-Gran Duka Guillaume III
Deskrizzjoni: Id-disinn juri fuq in-naħa tax-xellug ix-xbiha tal-Majestà Rjali Tiegħu, il-Gran Duka Henri, iħares lejn ix-xellug u fuq il-lemin ix-xbiha tal-Majestà Rjali Tiegħu il-Gran Duka Guillaume III. Fin-naħa ta' fuq tad-disinn hemm is-sena-data "2017". Isfel hemm it-test "GRANDS-DUCS DE LUXEMBOURG". L-isem "GUILLAUME III" segwit bl-indikazzjoni tas-sena tat-twelid "*1817" jinsab fuq ix-xbiha rispettiva. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera tal-Unjoni Ewropea.
Volum tal-ħruġ: 500,000 munita
Volum tal-ħruġ: Ottubru 2017

Il-Vatikan
Tema: Ċentenarju tad-dehriet ta' Fatima
Deskrizzjoni: Id-disinn juri t-tliet ragħajja żgħażagħ li dehritilhom il-Madonna, fuq l-isfond tas-Santwarju ta' Fatima. Fin-naħa ta’ fuq, f’nofs tond, hemm l-iskrizzjoni ‘CITTÀ DEL VATICANO’ u eżatt taħtha hemm is-sena "1917". Taħt is-sena, mix-xellug għal-lemin, hemm il-kitba "FATIMA 2017". Fin-naħa tax-xellug hemm il-marka taz-zekka "R" u fin-naħa t’isfel hemm l-isem tad-disinjatur "O.ROSSI". Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera tal-Unjoni Ewropea.
Volum tal-ħruġ: 105 000 munita
Volum tal-ħruġ: Ottubru 2017

Il-Finlandja
Tema: In-natura Finlandiża
Deskrizzjoni: Il-parti ta' ġewwa tal-munita fiha disinn li jifforma xbieha kartografika tal-qamar kif jidher minn Harmaja, Finlandja. Fin-naħa ta' fuq tal-qamar hemm ċawlun fuq fergħa ta' siġra. Is-sena tal-ħruġ ‘2017’ tinsab fiċ-ċentru fin-naħa t'isfel. Fiċ-ċentru fuq ix-xellug hemm l-indikazzjoni tal-pajjiż li ħareġ il-munita, ‘FI’. Il-marka taz-zekka tinsab fiċ-ċentru fuq il-lemin. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera tal-Unjoni Ewropea.
Volum tal-ħruġ: 500,000 munita
Volum tal-ħruġ: Ottubru 2017

Ċipru
Tema: Paphos 2017 – Belt Kapitali Ewropea tal-Kultura
Deskrizzjoni: Id-disinn juri l-"Odeon Qadim ta' Paphos", anfiteatru żgħir li jmur lura għat-tieni seklu AD. Illum il-ġurnata jintuża fis-sajf għal spettakli teatrali mużikali u se jkun il-post fejn se jsiru għadd ta' avvenimenti b'rabta mal-programm ta' "Paphos 2017 – Belt Kapitali Ewropea tal-Kultura". L-isem tal-pajjiż li ħareġ il-munita "ΚΥΠΡΟΣ KIBRIS" u l-frażi "Πάφος 2017 – Πολιτιστική πρωτεύουσα Ευρώπης" (jiġifieri Paphos 2017 – Belt Kapitali Ewropea tal-Kultura) huma miktuba fuq in-naħa ta' ġewwa tan-naħa nazzjonali tal-munita. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera tal-Unjoni Ewropea.
Volum tal-ħruġ: 430 000 munita
Volum tal-ħruġ: Settembru 2017

Franza
Tema: Il-25 anniversarju taż-żigarella roża, simbolu tal-ġlieda kontra l-kanċer tas-sider
Deskrizzjoni: Sa mis-snin 90, il-ġlieda kontra l-kanċer tas-sider kienet kawża ewlenija madwar id-dinja. Fl-okkażjoni tal-25 anniversarju taż-żigarella roża, simbolu ikoniku ta' din il-ġlieda, Monnaie de Paris ddeċidiet li tappoġġa din il-kawża. Għal kważi 15-il sena, ġie ppreżentat premju taż-żigarella roża kull sena biex jingħata appoġġ għall-isforzi tar-riċerka u l-innovazzjoni.
Id-disinn jirrappreżenta bust ta' mara protett simbolikament minn id u ż-żigarella. Madwaru, fuq in-naħa tal-lemin hemm il-kitba ‘25e ANNIVERSAIRE DU RUBAN ROSE’ (il-25 anniversarju taż-żigarella roża). Fuq in-naħa tal-lemin hemm ukoll is-snin ‘1992 – 2017’, l-indikazzjoni tal-pajjiż li ħareġ il-munita ‘RF’ u l-marki taz-zekka. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera tal-Unjoni Ewropea.
Volum tal-ħruġ: 10 000 000 munita
Volum tal-ħruġ: Settembru 2017

Il-Belġju
Tema: Il-200 anniversarju tal-Università ta' Ghent
Deskrizzjoni: Il-parti ta’ ġewwa tal-munita tirrappreżenta l-logo tal-Università ta’ Ghent, bejn iż-żewġ dati 1817–2017, u madwaru hemm l-iskrizzjoni 200 JAAR UNIVERSITEIT GENT – 200 YEARS GHENT UNIVERSITY u l-indikazzjoni tal-pajjiż BE. Il-marka taz-zekka ta’ Brussell, ir-ras tal-Arkanġlu Mikiel bl-elmu, il-marka tad-diretturi taz-zekka u l-istemma araldika tal-muniċipalità ta’ Herzele, jinsabu rispettivament fuq il-lemin u x-xellug tal-indikazzjoni tal-pajjiż. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera tal-Unjoni Ewropea.
Volum tal-ħruġ: 200 000 munita
Volum tal-ħruġ: Settembru 2017

San Marino
Tema: Sena Internazzjonali ta' Turiżmu Sostenibbli għall-Iżvilupp
Deskrizzjoni: Fiċ-ċentru tad-disinn hemm id-Dinja bħala pjaneta mdawra bil-mewġ; fuq il-lemin hemm ċirku bl-ittra A, simbolu tad-disinjatur Andrew Lewis. Fit-tond, fin-naħa ta' fuq hemm il-kitba “TURISMO SOSTENIBILE”, taħt “SAN MARINO” u s-sena “2017”; fuq il-lemin hemm l-inizjali tal-inċiżur Uliana Pernazza “UP INC.”; fuq ix-xellug l-ittra “R” taz-zekka Taljana li ħadet ħsieb l-istampar.
L-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti approvat l-adozzjoni tas-sena 2017 bħala s-Sena Internazzjonali tat-Turiżmu Sostenibbli għall-Iżvilupp. L-idea ta' Turiżmu sostenibbli tindika tip ta' vjaġġar li jirrispetta l-pjaneta, ma jbiddilx l-ambjent naturali, soċjali u artistiku u ma jrażżanx l-iżvilupp ta' attivitajiet soċjali u ekonomiċi. Dan hu tip ta' turiżmu divers mit-turiżmu tal-massa u x'aktarx li jippromwovi l-ekonomiji l-aktar dgħajfa. Ir-Repubblika ta' San Marino ddedikat għal din it-tema munita kommemorattiva ta' 2 euro, iddisinjata mill-artist Kanadiż Andrew Lewis, biex tippromwovi mentalità ġdida u biex tinkoraġġixxi r-rispett tat-turisti għall-ambjent. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera tal-Unjoni Ewropea.
Volum tal-ħruġ: 70 500 munita
Volum tal-ħruġ: Settembru 2017

Il-Latvia
Tema: Kurzeme
Deskrizzjoni: Id-disinn jikkonsisti mill-istemma araldika tar-reġjun ta' Kurzeme. Fin-naħa ta' fuq hemm l-isem tal-pajjiż li ħareġ il-munita "LATVIJA" u fin-naħa t'isfel hemm l-iskrizzjoni "KURZEME". Fuq in-naħa tal-lemin hemm is-sena tal-ħruġ "2017". Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera tal-Unjoni Ewropea.
Volum tal-ħruġ: 530 000 munita
Volum tal-ħruġ: Settembru 2017

Il-Litwanja
Tema: Vilnius
Deskrizzjoni: Id-disinn jikkonsisti minn framment tal-panorama tal-belt ta' Vilnjus. Fuq in-naħa tax-xellug hemm l-iskrizzjoni ‘VILNIUS’ u l-marka tad-disinjatur. Fuq il-lemin fin-naħa ta' fuq, hemm l-isem tal-pajjiż li ħareġ il-munita "LIETUVA" u s-sena tal-ħruġ "2017". Fiċ-ċentru hemm il-marka taz-zekka. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera tal-Unjoni Ewropea.
Volum tal-ħruġ: 1 000 000 munita
Volum tal-ħruġ: Lulju 2017

L-Estonja
Tema: L-Indipendenza tal-Estonja
Deskrizzjoni: Fuq il-munita jidher iz-zokk prinċipali milwi u mgħawweġ ta' siġra tal-ballut fejn fuq naħa waħda hemm il-fergħat u fuq in-naħa l-oħra l-weraq. Il-fergħat huma simbolu taż-żmien tar-rivoluzzjonijiet u t-tbatijiet li wittew it-triq lejn l-Indipendenza tal-Estonja. Il-weraq huma simbolu tal-qawwa, il-kisbiet u l-lonġevità tal-Estonja. Fin-naħa t'isfel fuq ix-xellug taz-zokk prinċipali hemm il-kelma "MAAPÄEV" (Assemblea Provviżorja tal-Estonja) u fuqha hemm is-sena "1917". Fin-naħa t'isfel fuq il-lemin hemm l-isem tal-pajjiż li ħareġ il-munita "EESTI" u taħtu hemm is-sena tal-ħruġ "2017". Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera tal-Unjoni Ewropea.
Volum tal-ħruġ: 1 500 000 munita
Volum tal-ħruġ: Lulju 2017

Il-Greċja
Tema: 60 sena in memoriam ta' Nikos Kazantzakis
Deskrizzjoni: Id-disinn jikkonsisti minn ritratt profil ta' Nikos Kazantzakis, wieħed mill-akbar kittieba tas-seklu għoxrin tal-Greċja. Fiċ-ċirku ta' ġewwa, fuq ix-xellug, hemm l-iskrizzjoni ‘HELLENIC REPUBLIC’ u l-isem ‘NIKOS KAZANTZAKIS’ (bil-Grieg). Fin-naħa ta’ fuq hemm is-sena tal-ħruġ "2017" u fin-nofs fuq ix-xellug hemm palma żgħira (il-marka taz-Zekka Griega). Isfel fuq il-lemin jidher ukoll il-monogramm tal-artist (George Stamatopoulos). Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera tal-Unjoni Ewropea.
Volum tal-ħruġ: 750 000 munita
Volum tal-ħruġ: Lulju 2017

Il-Greċja
Tema: Sit arkeoloġiku ta' Philippi
Deskrizzjoni: Id-disinn jikkonsisti minn parti tal-Basilica B u motifs lineari ispirati minn disinn tal-bordura ta' mużajk Grieg antik skopert fuq is-sit. Fiċ-ċirku ta' ġewwa hemm l-iskrizzjoni ‘SIT ARKEOLOĠIKU TA' PHILIPPI’ u ‘REPUBBLIKA ELLENIKA’ (bil-Grieg). Fuq l-isfond hemm ukoll il-kitba tas-sena tal-ħruġ "2017" u fuq il-lemin hemm palma żgħira (il-marka taz-Zekka Griega). Isfel fuq ix-xellug hemm il-monogramm tal-artist (George Stamatopoulos). Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera tal-Unjoni Ewropea.
Volum tal-ħruġ: 750 000 munita
Volum tal-ħruġ: Lulju 2017

Il-Portugall
Tema: 150 Sena ta’ Sigurtà Pubblika
Deskrizzjoni: Id-disinn juri figuri umani u bini, rappreżentazzjonijiet simboliċi taċ-ċittadini u l-bliet, fejn tiġi garantita prinċipalment is-sigurtà pubblika, u l-arma simplifikata tal-pulizija. Il-kitbiet jinkludu s-sena "1867" u s-sena "2017" meta ħarġet il-munita, il-pajjiż li ħariġha "PORTUGAL", is-suġġett tal-kommemorazzjoni ("SEGURANÇA PÚBLICA" – Sigurtà Pubblika), it-tliet pilastri taċ-ċittadinanza ("DIREITOS", "LIBERDADES", "GARANTIAS" – Drittijiet, Libertajiet, Garanziji), u isem l-awtur JOSÉ DE GUIMARÃES. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera tal-Unjoni Ewropea.
Volum tal-ħruġ: 520 000 munita
Volum tal-ħruġ: Lulju 2017

Il-Vatikan
Tema: L-1,950 anniversarju tal-martirju ta’ San Pietru u San Pawl
Deskrizzjoni: Id-disinn ewlieni juri x-xbihat ta’ San Pietru u San Pawl u s-simboli tagħhom, iċ-ċwievet u x-xabla rispettivament. Fin-naħa ta’ fuq, f’nofs tond, tidher l-iskrizzjoni ‘CITTÀ DEL VATICANO’. Fin-naħa t’isfel, f’nofs tond ukoll, hemm l-iskrizzjoni ‘1950o DEL MARTIRIO DEI SANTI PIETRO E PAOLO’. Fin-naħa t’isfel fuq ix-xellug hemm is-sena "2017" meta ħarġet il-munita u fuq il-lemin il-marka taz-zekka "R". Bejniethom hemm isem l-artist ‘G. TITOTTO’. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera tal-Unjoni Ewropea.
Volum tal-ħruġ: 105 000 munita
Volum tal-ħruġ: Ġunju 2017

Malta
Tema: Sit tal-Wirt Dinji tal-UNESCO: It-tempji preistoriċi Maltin ta’ Ħaġar Qim
Deskrizzjoni: Il-munita turi t-tempji preistoriċi ta’ Ħaġar Qim li jinsabu fuq il-gżira ta’ Malta. Fin-naħa ta’ fuq lejn il-lemin jidhru l-kitbiet "ĦAĠAR QIM", "TEMPLES" u s-snin "3600-3200 BC" waħda taħt l-oħra. Fin-naħa t’isfel lejn ix-xellug hemm l-isem tal-pajjiż li ħareġ il-munita "MALTA" u taħtu s-sena "2017" meta nħarġet. Fin-naħa t’isfel fuq il-lemin jidhru l-inizjali ‘NGB’ tal-artist Noel Galea Bason. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera tal-Unjoni Ewropea.
Volum tal-ħruġ: 405 000 munita
Volum tal-ħruġ: Ġunju 2017

Il-Finlandja
Tema: Il-Finlandja 100 sena indipendenti
Deskrizzjoni: Il-parti ta’ ġewwa tal-munita fiha disinn ikkusksjat bħal mużajk, bil-biċċiet l-iktar mifruxin fuq il-lemin jiffurmaw xbieha tal-mappa tal-Finlandja. Il-kliem "SUOMI FINLAND", is-sena tal-indipendenza "1917" u s-sena "2017" meta ħarġet il-munita jidhru miktubin minn isfel għal fuq maġenb xulxin fuq ix-xellug. Fin-nofs lejn il-lemin hemm l-indikazzjoni tal-pajjiż li ħareġ il-munita ‘FI’ kif ukoll il-marka taz-zekka. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera tal-Unjoni Ewropea.
Volum tal-ħruġ: 2.5 miljun munita
Volum tal-ħruġ: April 2017

L-Italja
Tema: L-elfejn anniversarju tal-mewt ta’ Titu Livju
Deskrizzjoni: Ix-xbieha ewlenija turi l-bust tal-istoriku Ruman Titu Livju, meħud mix-xogħol ta’ Lorenzo Larese Moretti. Fuq ix-xellug jidhru l-logo tar-Repubblika Taljana ‘RI’ u l-inizjali ‘C.M.’ tal-awtriċi Claudia Momoni. Fuq il-lemin hemm iċ-ċifri ‘17’ u ‘2017’, is-sena meta miet Titu Livju u s-sena meta ħarġet il-munita rispettivament, kif ukoll il-marka taz-Zekka ta’ Ruma ‘R’. Madwar ix-xifer ta’ ġewwa hemm ċirku ta’ tikek, bl-iskrizzjoni ‘TITO • LIVIO’ għat-tond fin-naħa t’isfel. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera tal-Unjoni Ewropea.
Volum tal-ħruġ: 1.5 miljun munita
Volum tal-ħruġ: April 2017

Il-Belġju
Tema: Il-200 anniversarju tal-Università ta’ Liège
Deskrizzjoni: Il-parti ta’ ġewwa tal-munita turi l-logo tal-Università ta’ Liège bejn iż-żewġ dati 1817–2017, imdawwar bl-iskrizzjoni ‘200 ANS UNIVERSITE DE LIEGE – 200 YEARS UNIVERSITY OF LIEGE’ u l-indikazzjoni tal-pajjiż ‘BE’ li ħareġ il-munita. Il-marka taz-zekka ta’ Brussell, ir-ras tal-Arkanġlu Mikiel bl-elmu u l-marka tad-diretturi taz-zekka, l-istemma araldika tal-muniċipalità ta’ Herzele, jinsabu rispettivament fuq il-lemin u x-xellug tal-indikazzjoni tal-pajjiż. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera tal-Unjoni Ewropea.
Volum tal-ħruġ: 200 000 munita
Volum tal-ħruġ: April 2017

San Marino
Tema: Is-750 anniversarju tat-twelid ta’ Giotto
Deskrizzjoni: Fuq ix-xellug jidher dettall mit-torri tal-arloġġ ta’ Santa Maria del Fiore f’Firenze, wieħed mix-xogħlijiet arkitettoniċi ta’ Giotto, filwaqt li l-kliem ‘SAN MARINO’, ‘GIOTTO’ u d-dati ‘1267-2017’ jidhru miktubin minn fuq għal isfel. Fuq il-lemin hemm dettall mix-xbieha ta’ wiċċ Giotto u t-taqsira tal-artista Luciana De Simoni ‘LDS’. Fin-naħa t’isfel tidher l-ittra ‘R’ li tindika z-Zekka ta’ Ruma. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera tal-Unjoni Ewropea.
Volum tal-ħruġ: 80 000 munita
Volum tal-ħruġ: Marzu 2017

Spanja
Tema: Tema: Siti tal-Wirt Kulturali u Naturali Dinji tal-UNESCO – il-Knejjes tar-Renju ta’ Asturias
Deskrizzjoni: Id-disinn ewlieni juri l-Knisja ta’ Santa Maria del Naranco. Fin-naħa ta’ fuq taċ-ċirku ta’ ġewwa u miktub għat-tond hemm isem il-pajjiż li ħareġ il-munita "ESPAÑA" (Spanja) u taħtu fuq il-lemin hemm is-sena "2017" meta ħarġet. Fuq ix-xellug taċ-ċirku ta’ ġewwa hemm il-marka taz-zekka. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera tal-Unjoni Ewropea.
Volum tal-ħruġ: 4 miljun munita
Volum tal-ħruġ: Frar 2017

Il-Ġermanja
Tema: Rheinland-Pfalz (mis-sensiela Bundesländer ‘Stati Federali’)
Deskrizzjoni: Id-disinn juri Porta Nigra fi Trier, x’aktarx l-iżjed bieb ta’ belt Rumana konservat tajjeb fit-tramuntana tal-Alpi. Fil-parti ta’ ġewwa taħt ix-xbieha ewlenija jidher il-kliem ‘RHEINLAND-PFALZ’ (isem l-Istat Federali) u taħtu l-kodiċi ‘D’ tal-pajjiż li ħareġ il-munita. Il-marka taz-zekka rispettiva ("A", "D", "F", "G" jew "J") tinsab fuq ix-xellug filwaqt li s-sena "2017" tidher fin-naħa ta’ fuq. Fuq il-lemin jidhru l-inizjali tad-disinjatur ‘CH’ (Chocola Frantisek). Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera tal-Unjoni Ewropea.
Volum tal-ħruġ: 30 miljun munita
Volum tal-ħruġ: Frar 2017

Is-Slovakkja
Tema: Il-550 anniversarju tal-Università Istropolitana
Deskrizzjoni: Id-disinn juri xbieha ta’ għalliem u żewġ studenti quddiem il-faċċata tal-bini ta’ dik li dari kienet l-Universitas Istropolitana fi Bratislava. Fin-naħa ta’ fuq lejn ix-xellug tad-disinn hemm medaljun tar-Re Matthias Corvinus, il-fundatur tal-università. Fuq il-medaljun hemm il-kitba "1467", is-sena meta fetħet l-università. Isem il-pajjiż li ħareġ il-munita "SLOVENSKO" (Slovakkja) jidher fin-naħa t’isfel taċ-ċirku ta’ ġewwa fuq is-sena "2017". Max-xifer tax-xellug taċ-ċirku ta’ ġewwa hemm l-iskrizzjoni ‘UNIVERZITA’ (Università) u max-xifer tal-lemin jidher isem l-università ‘ISTROPOLITANA’. Fin-naħa t’isfel lejn ix-xellug tad-disinn tidher il-marka taz-Zekka Kremnica (Mincovňa Kremnica) magħmula mill-inizjali ‘MK’ bejn żewġ dadi. Taħt il-marka taz-zekka jidhru l-ittri stilizzati ‘MP’ li huma l-inizjali tad-disinjatriċi Mária Poldaufová. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera tal-Unjoni Ewropea.
Volum tal-ħruġ: 1 miljun munita
Volum tal-ħruġ: Jannar 2017

Is-Slovenja
Tema: L-għaxar anniversarju tal-euro fis-Slovenja
Deskrizzjoni: Id-disinn juri għaxar ħuttafiet jittajru f’għamla ta’ ċirku. Fin-naħa t’isfel f’nofs tond tidher il-kitba "10 LET SKUPNE EVROPSKE VALUTE" (10 snin tal-munita unika Ewropea). Fin-naħa ta’ fuq lejn ix-xellug hemm il-kitba "SLOVENIJA 2017" (Slovenja 2017). Iż-żewġ skrizzjonijiet huma mifrudin b’tikka. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera tal-Unjoni Ewropea.
Volum tal-ħruġ: 1 miljun munita
Volum tal-ħruġ: Jannar 2017

Franza
Tema: Iċ-Ċentinarju tal-mewt ta’ Auguste Rodin
Deskrizzjoni: Fl-okkażjoni tal-mitt anniversarju tal-mewt tiegħu, La Monnaie de Paris (iz-Zekka ta’ Pariġi) tagħti ġieħ lill-iskultur magħruf Franċiż Auguste Rodin. Imwieled fl-1840, Rodin huwa wieħed mill-ikbar ikoni tal-istil realista. Ix-xogħlijiet tiegħu, fosthom Il-Ħassieb, Il-Bewsa, Il-Bibien tal-Infern u l-Borgiżi ta’ Calais, jibqgħu kapulavuri tal-iskultura dinjija li ma jgħaddix żmien minn fuqhom. Id-disinn jirrappreżenta lil Auguste Rodin u Il-Ħassieb, l-iżjed xogħol magħruf tiegħu, wiċċ imb’wiċċ. L-ittri ‘RF’ għal République Française (Repubblika Franċiża) jidhru qishom skolpiti fin-naħa ta’ fuq tal-munita. Isem l-artist "A. Rodin" u d-dati rilevanti ‘1917-2017’ jinsabu minquxin fid-daqna tiegħu. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera tal-Unjoni Ewropea.
Volum tal-ħruġ: 10 miljun munita
Volum tal-ħruġ: Jannar 2017

Il-Lussemburgu
Tema: Il-50 anniversarju tal-volontarjat tal-armata tal-Lussemburgu
Deskrizzjoni: Id-disinn juri fuq in-naħa tal-lemin ix-xbieha ta’ wiċċ l-Altezza Rjali Tiegħu, il-Gran Duka Henri, iħares lejn il-lemin u fuq in-naħa tax-xellug il-kliem ‘50 Joer Fräiwëllegen-Arméi’ rappreżentat bħala logo. Fin-naħa ta’ fuq tad-disinn hemm is-sena "2017", li tinsab bejn il-marka taz-zekka u l-inizjali tal-istampatur. Fin-naħa t’isfel jidher isem il-pajjiż li ħareġ il-munita ‘LËTZEBUERG’ (Lussemburgu). Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera tal-Unjoni Ewropea.
Volum tal-ħruġ: 500,000 munita
Volum tal-ħruġ: Jannar 2017

L-Italja
Tema: L-400 anniversarju tat-tlestija tal-Bażilika ta’ San Mark f’Venezja
Deskrizzjoni: Ix-xbieha ewlenija turi l-faċċata tal-Bażilika ta’ San Mark f’Venezja. Taħtha jidhru d-dati ‘1617’ u ‘2017’, is-sena tat-tlestija tal-bażilika u s-sena meta ħarġet il-munita rispettivament, fuq kull naħa tal-logo tar-Repubblika Taljana ‘RI’. Isfel hemm l-iskrizzjoni ‘SAN MARCO’, fuq il-lemin l-ittri ‘LDS’, l-inizjali tal-awtriċi Luciana De Simoni, u fuq jidhru l-iskrizzjoni ‘VENEZIA’ u l-marka taz-Zekka ta’ Ruma ‘R’. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera tal-Unjoni Ewropea.
Volum tal-ħruġ: 1.5 miljun munita
Volum tal-ħruġ: Jannar 2017