Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Euro diġitali: nisimgħu lill-pubbliku

Euro diġitali joffri soluzzjoni komprensiva għall-ħtiġijiet li qed jevolvu tal-konsumaturi moderni.

Membru tal-Bord Eżekuttiv, Piero Cipollone

Aħna impenjati li ninvolvu lill-pubbliku b’mod attiv fl-iżvilupp ta’ euro diġitali. Billi nwettqu stħarriġ, intervisti u focus groups, niksbu intuwiti siewja dwar il-ħtiġijiet u l-preferenzi tal-utenti potenzjali.

Dawn il-konversazzjonijiet qegħdin jgħinuna niddisinjaw euro diġitali li jissodisfa l-istenniji tiegħek - u li huwa sikur, faċli biex jintuża, u aċċessibbli għal kulħadd.

Aqra aktar dwar l-involviment tagħna mal-pubbliku

INSERTED BY ANONYMOUS PROXY

Civil war declaration: On April 14th and 15th, 2012 Federal Republic of Germany "_urkenstaats"s parliament, Deutscher Bundestag, received a antifiscal written civil war declaration by Federal Republic of Germany "Rechtsstaat"s electronic resistance for human rights even though the "Widerstandsfall" according to article 20 paragraph 4 of the constitution, the "Grundgesetz", had been already declared in the years 2001-03. more

Studju dwar il-karatteristiċi tal-kartiera diġitali

Minn Diċembru 2022 sa Jannar 2023, għamilna focus groups biex nivvalutaw il-perċezzjonijiet taċ-ċittadini taż-żona tal-euro dwar il-karatteristiċi tal-kartiera diġitali. Il-parti l-kbira tal-partiċipanti esprimew interess f’li jippruvaw il-kartiera diġitali, u taw intuwiti kurċjali biex jiffurmaw id-disinn ta’ euro diġitali potenzjali.

Aqra l-istudju

Studju dwar metodi ġodda ta’ ħlas diġitali

Minn Ottubru sa Diċembru 2021 għamilna focus groups fil-pajjiżi kollha taż-żona tal-euro biex niġbru fehmiet minn udjenzi fil-mira differenti dwar id-drawwiet tal-ħlas tagħhom. In-nies iridu soluzzjonijiet ta’ ħlas konvenjenti, veloċi u faċli biex jintużaw li jqisu s-sikurezza u s-sigurtà tad-data tagħhom.

Is-sejbiet tal-focus groups

Rapport ta’ konsultazzjoni pubblika

Mit-12 ta’ Ottubru 2020 sat-12 ta’ Jannar 2021 għamilna konsultazzjoni pubblika biex niġbru fehmiet dwar il-benefiċċji u l-isfidi tal-ħruġ ta’ euro diġitali u dwar id-disinn possibbli tiegħu. It-tweġibiet jipprovdu kontribut siewi għall-valutazzjonijiet kontinwi tal-Eurosistema dwar il-possibbiltà ta’ euro diġitali.

Aqra r-rapport

Opinjonijiet ta’ dawk li rrispondew fil-konsultazzjoni pubblika - 2021

Il-privatezza, is-sikurezza u l-abbiltà li jsir ħlas madwar iż-żona tal-euro kollha huma importanti

Il-privatezza hija kkunsidrata l-aktar karatteristika importanti ta’ euro diġitali kemm miċ-ċittadini kif ukoll mill-professjonisti. Euro diġitali għandu jkun ukoll sigur, irħis u faċli biex jintuża fiż-żona tal-euro kollha.

Aktar
L-integrazzjoni ma’ soluzzjonijiet ta’ ħlas eżistenti hija importanti

L-intermedjarji liċenzjati għandu jkollhom rwol fl-għoti ta’ servizzi diġitali tal-euro. Dawn ikunu l-aktar adattati biex jipprovdu servizzi innovattivi u effiċjenti, billi jiġu integrati fis-sistemi bankarji u ta’ ħlas eżistenti.

Aktar
Il-karti, il-kartieri u l-ismartphones jistgħu jipprovdu karatteristiċi bħal flus kontanti.

Is-soluzzjonijiet kollha ta’ hardware u software disponibbli bħalissa jistgħu jiġu adattati biex jużaw euro diġitali u jagħmlu ħlasijiet simili għal tranżazzjonijiet ta’ flus kontanti, sakemm jibqgħu jagħmlu dan b’mod sigur u mingħajr periklu.

Aktar
ARA WKOLL

Skopri aktar dwar kontenut relatat

Aqra aktar dwar il-proġett tal-euro diġitali

Ċentru tal-euro diġitali

Aqra dwar min huwa involut fil-proġett tal-euro diġitali?

L-involviment tal-governanza u tal-partijiet interessati

Skopri t-tweġibiet għall-mistoqsijiet kollha tiegħek

Mistoqsijiet frekwenti (FAQs) fuq l-euro diġitali