Il-Kontijiet Annwali tal-BĊE 2025
Ċifri ewlenin
![]() | ![]() |
Karta tal-bilanċ | Telf għas-sena |
Il-karta tal-bilanċ tal-BĊE ċkienet b’EUR 37.3 biljun fl-2025, prinċipalment minħabba t-tnaqqis fit-titoli tal-politika monetarja, peress li l-Eurosistema ma baqgħetx tinvesti mill-ġdid il-pagamenti prinċipali minn titoli li jimmaturaw taħt l-APP u l-PEPP. | It-telf tal-BĊE kien ferm aktar baxx fl-2025 milli fl-2024, prinċipalment minħabba tnaqqis fl-ispiża tal-imgħax li tirriżulta mill-obbligazzjoni netta tat-TARGET.
It-telf tal-2025, bħat-telf mis-sentejn preċedenti, se jibqa’ fuq il-karta tal-bilanċ tal-BĊE biex jiġi paċut kontra profitti futuri. |
Karta tal-bilanċ | Profitt/(telf) għas-sena |
(biljuni ta’ EUR) | (miljuni ta’ EUR) |
![]() | ![]() |
1 Rapport tal-amministrazzjoni
1.1 Għan tar-rapport amministrattiv tal-BĊE
Ir-rapport amministrattiv huwa parti integrali mill-Kontijiet Annwali tal-BĊE u huwa mfassal biex jipprovdi lill-qarrejja b’informazzjoni kuntestwali relatata mar-rapporti finanzjarji.[1],,[2] Minħabba li l-attivitajiet u l-operazzjonijiet tal-BĊE jitwettqu b’appoġġ għall-objettivi ta’ politika tiegħu, il-pożizzjoni finanzjarja u r-riżultat tal-BĊE għandhom jitqiesu flimkien mal-azzjonijiet ta’ politika tiegħu.
Għal dan il-għan, ir-rapport amministrattiv jippreżenta l-attivitajiet u l-operazzjonijiet ewlenin tal-BĊE, kif ukoll l-impatt tagħhom fuq ir-rapporti finanzjarji tiegħu. Barra dan, janalizza l-iżviluppi ewlenin fil-karta tal-bilanċ u l-kont tal-profitt u t-telf matul is-sena u jinkludi tagħrif dwar l-ekwità netta tal-BĊE.[3] Finalment, jiddeskrivi l-ambjent ta' riskju li fih jopera l-BĊE, waqt li jipprovdi tagħrif dwar ir-riskji speċifiċi li l-BĊE hu espost għalihom, u l-politika għall-ġestjoni tar-riskji użata biex ittaffihom.
1.2 Kompiti u attivitajiet ewlenin
Il-BĊE hu parti mill-Eurosistema, li tinkludi, minbarra l-BĊE, il-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (UE) li l-munita tagħhom hija l-euro.[4] Il-BĊE għandu l-għan ewlieni li jżomm l-istabbiltà tal-prezzijiet. Il-BĊE jaqdi l-kompiti tiegħu kif deskritt fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea[5] u fl-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (Statut tal-SEBĊ)[6] (Figura 1). Il-BĊE jwettaq l-attivitajiet tiegħu biex isegwi l-mandat tiegħu u mhux bl-intenzjoni li jiġġenera profitt.
Figura 1
Il-kompiti ewlenin tal-BĊE

Fid-dawl tal-prinċipju tal-implimentazzjoni deċentralizzata tal-politika monetarja fl-Eurosistema, l-operazzjonijiet tal-politika monetarja huma rreġistrati fir-rapporti finanzjarji tal-BĊE u tal-BĊNi taż-żona tal-euro. Xi strumenti inklużi fil-qafas operazzjonali tal-politika monetarja tal-Eurosistema ma jintużawx mill-BĊE u għalhekk ma għandhom l-ebda impatt fuq ir-rapporti finanzjarji tal-BĊE.[7]
It-Tabella 1 tagħti ħarsa ġenerali lejn l-attivitajiet ewlenin tal-BĊE biex iwettaq il-mandat tiegħu, u l-impatt tagħhom fuq ir-rapporti finanzjarji tal-BĊE.
Tabella 1
L-attivitajiet ewlenin tal-BĊE u l-impatt tagħhom fuq ir-rapporti finanzjarji tiegħu
Id-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika monetarja taż-żona tal-euro
Titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja | Ix-xiri ta’ dawn it-titoli sar mill-BĊE u l-BĊN tal-Eurosistema u ġew reġistrati fil-partita tal-karta tal-bilanċ “Titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja”. It-titoli ta’ dejn miżmuma bħalissa huma kontabilizzati b’kost amortizzat soġġett għal indeboliment. |
Self ta’ titoli | Titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja huma disponibbli għas-self mill-Eurosistema.[8] Għall-BĊE, l-operazzjonijiet ta’ tislif ta’ titoli jsiru permezz ta’ istituzzjonijiet speċjalizzati. Dawn l-operazzjonijiet huma reġistrati fil-karta tal-bilanċ taħt “Obbligazzjonijiet oħrajn lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro denominati f’euro”, “Obbligazzjonjiet lejn residenti oħra taż-żona tal-euro denominati f’euro – Obbligazzjonijiet oħrajn” u “Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona tal-euro denominati f’euro” jekk il-kollateral jiġi pprovdut fil-forma ta’ flus kontanti u dawn il-flus kontanti jibqgħu mhux investiti. Altrimenti, l-operazzjonijiet relatati ta' self ta' titoli jiġu reġistrati f'kontijiet esklużi mill-karta tal-bilanċ. |
Provvediment ta’ likwidità f'muniti barranin | Il-BĊE jaġixxi bħala intermedjarju bejn il-banek ċentrali li mhumiex fiż-żona tal-euro u l-BĊNi taż-żona tal-euro permezz ta’ tranżazzjonijiet ta’ swaps immirati biex joffru finanzjament f’munita barranija għal żmien qasir lill-kontropartijiet tal-Eurosistema.[9] |
Provvediment ta’ likwidità lil banek ċentrali mhux taż-żona tal-euro f’euro | L-Eurosistema tista’ tipprovdi likwidità f’euro lil banek ċentrali mhux fiż-żona tal-euro permezz ta’ tranżazzjonijiet ta’ swaps u repo bi skambju għal kollateral eliġibbli.[10] |
It-twettiq ta’ operazzjonijiet ta’ kambju barrani, u ż-żamma u l-ġestjoni ta’ riżervi barranin
Operazzjonijiet tal-kambju barrani u amministrazzjoni tar-riżervi barranin | Ir-riżervi barranin huma ppreżentati fil-karta tal-bilanċ l-aktar taħt “Deheb u ammonti riċevibbli f’deheb”, “Pretensjonijiet kontra persuni mhux residenti fiż-żona tal-euro denominati f’muniti barranin”, “Pretensjonijiet kontra residenti taż-żona tal-euro denominati f’muniti barranin”, filwaqt li l-obbligazzjonijiet relatati, jekk ikun hemm, huma ppreżentati taħt “Obbligazzjonijiet lejn residenti taż-żona tal-euro denominati f’muniti barranin” u “Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona tal-euro denominati f’muniti barranin”. It-tranżazzjonijiet f'muniti barranin jidhru fil-kontijiet esklużi mill-karta tal-bilanċ sad-data tas-saldu. |
Il-promozzjoni tat-tħaddim bla xkiel tas-sistemi ta’ pagament
Sistemi ta’ pagament (TARGET) | Il-bilanċi fi ħdan l-Eurosistema tal-BĊN taż-żona tal-euro vis-à-vis il-BĊE li jirriżultaw minn TARGET huma preżentati flimkien fil-karta tal-bilanċ tal-BĊE bħala pożizzjoni waħda netta tal-assi jew tal-obbligazzjonijiet u jidhru fi “Pretensjonijiet relatati ma’ TARGET (netti)” jew “Obbligazzjonijiet relatati ma’ TARGET (netti)”.[11] Il-bilanċi intra-SEBĊ ta’ BĊN ta’ barra ż-żona tal-euro fil-konfront tal-BĊE, li jirriżultaw mill-parteċipazzjoni tagħhom f’TARGET, huma divulgati fil-karta tal-bilanċ taħt “Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona tal-euro denominati f’euro”. Bilanċi ta’ sistemi anċillari konnessi ma’ TARGET permezz tal-komponent TARGET-BĊE huma rreġistrati fil-karta tal-bilanċ taħt “Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra taż-żona tal-euro denominati f’euro” jew “Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona tal-euro denominati f’euro”, skont jekk l-entità amministrattiva hijiex stabbilita fiż-żona tal-euro jew barra minnha.[12] |
Kontribuzzjoni għas-sigurtà u s-solidità tas-sistema bankarja u l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja permezz tas-superviżjoni bankarja
Superviżjoni bankarja - il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku (MSU) | L-ispejjeż annwali tal-BĊE relatati mal-kompiti superviżorji tiegħu huma rkuprati permezz ta’ tariffi superviżorji annwali imposti fuq l-entitajiet taħt superviżjoni. It-tariffi superviżorji huma inklużi fil-kont tal-profitt u t-telf taħt “Introjtu/(spiża) nett(a) minn tariffi u kummissjonijiet”. |
Oħrajn
Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni | Il-BĊE ġie allokat sehem ta’ 8% mill-valur totali tal-karti tal-flus tal-euro fiċ-ċirkolazzjoni. Dan is-sehem huwa sostnut minn pretensjonijiet kontra l-BĊNi li huma rreġistrati fil-karta tal-bilanċ taħt “Pretensjonijet relatati mal-allokazzjoni ta’ karti tal-flus tal-euro fi ħdan l-Eurosistema” u remunerati bl-aħħar rata tal-imgħax disponibbli applikata għall-faċilità ta’ depożitu offruta mill-Eurosistema. L-imgħax huwa inkluż fil-kont tal-profitt u t-telf taħt “Introjtu mill-imgħax”. |
Portafoll tal-fondi proprji | Il-portafoll tal-fondi proprji tal-BĊE huwa ppreżentat fil-karta tal-bilanċ, prinċipalment taħt “Assi finanzjarji oħrajn”. |
1.3 Żviluppi finanzjarji
1.3.1 Karta tal-bilanċ
Sal-2022, il-karta tal-bilanċ tal-BĊE kompliet tespandi (Ċart 1), primarjament minħabba xiri dirett ta’ titoli mill-BĊE taħt il-programm ta’ xiri ta’ assi (APP, asset purchase programme ) u l-programm ta’ xiri ta’ emerġenza pandemika (PEPP, pandemic emergency purchase programme) bħala parti mill-implimentazzjoni tal-politika monetarja tal-Eurosistema.[13] Iż-żieda fl-2022 kienet aktar moderata minħabba l-waqfien tax-xiri nett ta’ titoli taħt il-PEPP u l-APP mill-aħħar ta’ Marzu 2022 u mill-1 ta’ Lulju 2022 rispettivament. Il-karta tal-bilanċ ċkienet kemm fl-2023 kif ukoll fl-2024, minħabba tnaqqis gradwali fl-investimenti taħt l-APP bħala riżultat tal-investiment mill-ġdid parzjali biss tal-pagamenti prinċipali minn titoli li mmaturaw bejn Marzu u Ġunju 2023, u l-waqfien totali ta’ tali investimenti mill-ġdid minn Lulju 2023. It-tnaqqis gradwali fl-investimenti taħt il-PEPP, minħabba investiment mill-ġdid parzjali biss tal-pagamenti prinċipali fit-tieni nofs tal-2024, ikkontribwixxa wkoll għat-tnaqqis fil-karta tal-bilanċ tal-BĊE f’dik is-sena. Dawn l-investimenti mill-ġdid twaqqfu fi tmiem l-2024.
€37.3 biljun
Tnaqqis fil-Karta tal-Bilanċ tal-BĊE
Fl-2025 il-karta tal-bilanċ tal-BĊE kompliet tiċkien, bi EUR 37.3 biljun sa EUR 603.3, għal darb’oħra minħabba l-fidi ta’ titoli miżmuma taħt l-APP u l-PEPP. Dawn il-fidjiet irriżultaw fi tnaqqis fit-titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja, waqt li l-ħlas bi flus kontanti għal dawn it-tranżazzjonijiet permezz tal-kontijiet ta’ TARGET wassal għal tnaqqis korrispondenti fl-obbligazzjonijiet fi ħdan l-Eurosistema. Dan it-tnaqqis ġie paċut biss parzjalment bil-ħruġ ta’ flus b’riżultat ta’ depożiti aktar baxxi mqiegħda mal-BĊE, li fl-istess ħin irriżulta fi tnaqqis f’obbligazzjonijiet oħra.
Ċart 1
Komponenti ewlenin tal-karta tal-bilanċ tal-BĊE
(biljuni ta’ EUR)

Sors: BĊE.
Nota: Għall-fini tat-tħejjija tal-Kontijiet Annwali tal-BĊE, l-ekwità netta tal-BĊE tikkonsisti fil-kapital imħallas tiegħu, kwalunkwe ammont miżmum fil-provvediment kontra riskji finanzjarji u l-fond ta’ riżerva ġenerali, il-kontijiet ta’ rivalutazzjoni (eskluż il-kont ta’ rivalutazzjoni għall-benefiċċji ta’ wara l-impjieg), kwalunkwe telf akkumulat minn snin preċedenti u kwalunkwe profitt/telf għas-sena.
Għal informazzjoni dwar l-aġġustamenti taċ-ċifri għall-2023, ara “Bidliet fil-preżentazzjoni fir-rapporti finanzjarji” fit-Taqsima 2.3 “Politiki kontabilistiċi” tar- Rapporti Finanzjarji tal-BĊE għall-2024.
54%
Sehem ta’ titoli miżmuma għal finijiet tal-poltika monetarja f’assi totali
Titoli denominati f’euro miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja rrappreżentaw 54 % tal-assi totali tal-BĊE fi tmiem l-2025. Taħt din il-partita tal-karta tal-bilanċ, il-BĊE għandu titoli li ġew akkwistati fil-kuntest tal-Programm tas-Swieq tat-Titoli (SMP), it-tielet programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti (CBPPs), il-programm ta’ xiri ta’ titoli koperti b’assi (ABSPP), il-programm ta’ xiri mis-settur pubbliku (PSPP) u l-programm ta’ xiri tal-emerġenza pandemika (PEPP). It-titoli mixtrija taħt dawn il-programmi huma vvalutati fuq bażi ta’ kost amortizzat soġġett għal indeboliment.
€51.5 biljun
Tnaqqis fit-titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja
Abbażi tad-deċiżjonijiet rilevanti tal-Kunsill Governattiv, l-Eurosistema waqqfet l-investimenti mill-ġdid tal-pagamenti prinċipali minn titoli li jimmaturaw taħt l-APP u l-PEPP minn Lulju 2023 u fi tmiem l-2024 rispettivament. Bħala riżultat ta' dawn id-deċiżjonijiet, it-titoli miżmuma mill-BĊE għall-finijiet tal-politika monetarja kienu qed jonqsu b'pass meqjus u prevedibbli. Bħala total, il-portafolli tal-politika monetarja naqsu b’EUR 51.5 biljun għal EUR 325.3 biljun fl-2025 (Ċart 2). Il-portafoll tal-APP naqas b’EUR 33.7 biljun għal EUR 186.5 biljun bl-investimenti fil-PSPP, ABSPP u CBPP3 jonqsu b’EUR 26.5, EUR 4 biljun u EUR 3.1 biljun rispettivament. Il-portafoll tal-PEPP naqas b’€17.8 biljun għal €138.6 biljun.
Ċart 2
Titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja
(biljuni ta’ EUR)

Sors: BĊE.
It-titoli miżmuma mill-BĊE taħt l-APP u l-PEPP fi tmiem l-2025 kellhom profil ta’ maturità diversifikat (Ċart 3).[14]
Ċart 3
Profil tal-maturità tal-APP u l-PEPP

Sors: BĊE.
Nota: Għal titoli sostnuti minn assi, il-profil ta’ maturità huwa bbażat fuq it-tul ta’ żmien medju ppeżat tat-titoli aktar milli fuq id-data tal-maturità legali.
Fl-2025 il-valur totali ekwivalenti f'euro tal-assi tal-BĊE f’riżervi barranin, li jikkonsistu minn deheb, drittijiet speċjali ta' prelevament, dollari Amerikani, yen Ġappuniżi u renminbi Ċiniżi, żdied b’EUR 13.6 biljun għal EUR 116.8 biljun.
EUR 18.9 biljun
Żieda fil-valur tal-investimenti tal-BĊE f'deheb minħabba ż-żieda fil-prezz tas-suq tad-deheb
Il-valur ekwivalenti f'euro tal-investimenti tal-BĊE f'deheb żdied b’EUR 18.9 biljun għal EUR 59.8 biljun fl-2025 (Ċart 4), minħabba żieda fil-prezz tas-suq tad-deheb f'termini ta' euro. Din iż-żieda wasslet ukoll għal żieda ekwivalenti fil-kontijiet ta’ rivalutazzjoni tad-deheb tal-BĊE (ara t-Taqsima 1.3.2 “Ekwità netta”).
Ċart 4
Investimenti f’deheb u prezzijiet tad-deheb
(skala tax-xellug: EUR biljuni; skala tal-lemin: euro għal kull uqija ta’ deheb fin)

Sors: BĊE.
Nota: "Kontijiet ta’ rivalwazzjoni tad-deheb" ma tinkludix il-kontribuzzjonijiet tal-banek ċentrali tal-Istati Membri li ssieħbu fiż-żona tal-euro wara l-1 ta’ Jannar 1999 għall-kontijiet akkumulati ta’ rivalwazzjoni tad-deheb tal-BĊE fil-jum ta’ qabel id-dħul tagħhom fl-Eurosistema.
EUR 4.8 biljuni
Tnaqqis fl-investimenti tal-BĊE f’muniti barranin
L-investimenti tal-BĊE f’muniti barranin miżmuma f’dollari Amerikani, yen Ġappuniżi u renminbi Ċiniżi, naqsu f’termini ta’ euro b’EUR 4.8 biljun għal EUR 55.2 biljun (Ċart 5), l-iżjed minħabba d-deprezzament tad-dollaru Amerikan u l-yen Ġappuniż kontra l-euro.[15] Id-deprezzament tad-dollaru Amerikan huwa rifless ukoll fil-bilanċi aktar baxxi fil-kontijiet ta’ rivalutazzjoni tal-BĊE (ara t-Taqsima 1.3.2 “Ekwità netta”), filwaqt li d-deprezzament tal-yen Ġappuniż irriżulta fi tniżżil fil-valur tar-rata tal-kambju rikonoxxut fil-kont tal-profitt u t-telf fi tmiem is-sena, peress li l-kontijiet ta’ rivalutazzjoni relatati kienu ġew eżawriti bis-sħiħ fl-2024 (ara t-Taqsima 1.3.3 “Kont tal-qligħ u t-telf”). Minkejja dan it-tniżżil fil-valur, is-sehem tal-yen Ġappuniż żdied bħala riżultat ta’ riekwilibriju standard biex il-kompożizzjoni tar-riżervi barranin tal-BĊE tiġi allinjata mal-allokazzjoni fil-mira. Bħala parti minn dan l-ibbilanċjar mill-ġdid, matul l-ewwel trimestru tal-2025 il-BĊE biegħ porzjon żgħir tal-parteċipazzjonijiet tiegħu f'dollari Amerikani u investa mill-ġdid bis-sħiħ ir-rikavati fil-yen Ġappuniż.
Ċart 5
Investimenti f'muniti barranin
(biljuni ta’ EUR)

Sors: BĊE.
Id-dollaru Amerikan jibqa’ l-komponent ewlieni fl-investimenti tal-BĊE f'muniti barranin, u jirrappreżenta 78% tat-total fi tmiem is-sena 2025.
Il-BĊE jamministra l-investimenti tiegħu f'muniti barranin bl-użu ta' approċċ bi tliet stadji. L-ewwel, portafoll referenzjali strateġiku jitfassal mill-maniġers tar-riskju tal-BĊE u jiġi approvat mill-Kunsill Governattiv. It-tieni, il-maniġers tal-portafolli tal-BĊE jfasslu l-portafoll referenzjali tattiku, li jiġi approvat mill-Bord Eżekuttiv. It-tielet, operazzjonijiet ta’ investiment isiru b’mod deċentralizzat mill-BĊNi fuq bażi ta’ kuljum.
L-investimenti tal-BĊE f'muniti barranin jiġu investiti l-aktar f'titoli, ftehimiet ta’ repo rriversjat u f'depożiti tas-suq monetarju jew jinżammu f'kontijiet kurrenti (Ċart 6). It-titoli f'dan il-portafoll jiġu valutati bil-prezzijiet tas-suq tal-aħħar tas-sena.
Ċart 6
Kompożizzjoni tal-investimenti f'muniti barranin
(biljuni ta’ EUR)

Sors: BĊE.
Nota: Mill-2025, il-BĊE jippreżenta investiment mil-lum għall-għada ta’ bilanċi tal-flus taħt “Ftehimiet ta’ repo rriversjat” jekk dawn il-fondi jkunu parti minn aggregazzjoni ta’ riakkwist. Il-bilanċi relatati għas-snin 2021-24 ġew ikklassifikati mill-ġdid minn “Kontijiet kurrenti” għal “Ftehimiet ta’ repo rriversjat” kif meħtieġ.
48 %
Titoli denominati f’muniti barranin b’maturità ta’ inqas minn sena
L-għan tal-investimenti f’muniti barranin tal-BĊE huwa li jiffinanzjaw interventi potenzjali fis-suq tal-kambju barrani. Għal din ir-raġuni, l-investimenti tal-BĊE f'muniti barranin huma ġestiti skont tliet għanijiet (f’ordni ta’ prijorità): likwidità, sikurezza u redditu. Għalhekk, kważi nofs dan il-portafoll jinkludi titoli b’maturitajiet qosra (Ċart 7).
Ċart 7
Profil tal-maturità tat-titoli denominati f'muniti barranin

Sors: BĊE.
Il-portafoll tal-fondi proprji tal-BĊE fil-biċċa l-kbira jikkonsisti f’investimenti tal-kapital imħallas tiegħu u ammonti mwarrba fil-fond ġenerali tar-riżervi u fil-provvediment kontra riskji finanzjarji.[16] Il-valur ta’ dan il-portafoll żdied b’EUR 0.4 biljun għal EUR 23.1 biljun (Ċart 8), primarjament minħabba l-investiment mill-ġdid tal-introjtu mill-imgħax iġġenerat fuq dan il-portafoll.
Ċart 8
Il-portafoll tal-fondi proprji
(biljuni ta’ EUR)

Sors: BĊE.
Il-portafoll tal-fondi proprji jikkonsisti kważi kompletament f’titoli denominati f’euro vvalutati bil-prezzijiet tas-suq ta’ tmiem is-sena. Fl-2025 it-titoli tad-dejn tal-gvern ammontaw għal 73% tal-portafoll totali.
33%
Sehem ta’ investimenti ekoloġiċi fil-portafolli ta’ fondi proprji tal-BĊE
Is-sehem tal-investimenti ekoloġiċi fil-portafoll tal-fondi proprji baqa’ jiżdied u minn 28 % fi tmiem l-2024 żdied għal 33 % fi tmiem l-2025.[17] Il-BĊE qed jippjana li jkompli jżid dan is-sehem fis-snin li ġejjin.[18] Fl-2021 u fl-2022, ix-xiri ta’ bonds ekoloġiċi fi swieq sekondarji kien ikkumplimentat minn investimenti fil-fond ta’ investiment f’bonds ekoloġiċi denominati f’euro għall-banek ċentrali (EUR BISIP G2) mniedi mill-Bank għall-Ħlasijiet Internazzjonali f’Jannar 2021. F’Ottubru 2024, il-BĊE beda jinvesti sehem żgħir mill-fondi proprji tiegħu f’fondi nnegozjati fil-borża (ETFs) li jsegwu parametri referenzjarji allinjati mal-Ftehim ta’ Pariġi.[19] Din id-diversifikazzjoni ssaħħaħ il-potenzjal ta’ redditu tal-portafoll tal-fondi proprji tal-BĊE u tkompli tallinja l-investimenti tiegħu ma’ perkors ta’ dekarbonizzazzjoni konsistenti mal-għanijiet tal-Ftehim ta’ Pariġi u l-Liġi Ewropea dwar il-Klima.[20]
L-għan tal-portafoll ta’ fondi proprji hu li jipprovdi introjtu biex jgħin fil-finanzjament tal-ispejjeż operattivi tal-BĊE li mhumiex relatati mat-twettiq tal-kompiti superviżorji tiegħu.[21] Huwa investit f’assi denominati f’euro, soġġett għal-limiti imposti mill-qafas tal-kontroll tar-riskju tiegħu. Dan jirriżulta fi struttura ta’ maturità aktar diversifikata (Ċart 9) meta mqabbla mal-portafoll tar-riżervi barranin.
Ċart 9
Profil tal-maturità tat-titoli tal-fondi proprji

Sors: BĊE.
Fi tmiem l-2025, il-valur totali tal-karti tal-flus tal-euro fiċ-ċirkolazzjoni maħruġa mill-Eurosistema kien ta’ €1,619.5 biljun, żieda ta’ 2.0% meta mqabbel ma’ tmiem l-2024. Il-BĊE ġie allokat sehem ta’ 8% mit-total tal-valur tal-karti tal-flus tal-euro fiċ-ċirkolazzjoni, li ammonta għal EUR 129.6 biljun fl-aħħar tas-sena. Legalment, kemm il-BĊE kif ukoll il-banek ċentrali nazzjonali (BĊN) tal-pajjiżi taż-żona tal-euro għandhom id-dritt joħorġu l-karti tal-flus tal-euro. Fil-prattika, madankollu, il-BĊNi biss joħorġu fiżikament karti tal-flus tal-euro jew jirtirawhom miċ-ċirkolazzjoni. Għalhekk, il-BĊE jżomm pretensjonijiet intra-Eurosistema fil-konfront tal-BĊNi taż-żona tal-euro ekwivalenti għall-valur tal-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni allokati lilu.
L-obbligazzjonijiet fi ħdan l-Eurosistema tal-BĊE, li prinċipalment jikkonsistu fil-bilanċ nett ta' TARGET tal-BĊN taż-żona tal-euro meta mqabbel ma’ tal-BĊE u l-obbligazzjonijiet tal-BĊE fir-rigward tal-assi tar-riżervi barranin ittrasferiti lilu mill-BĊN taż-żona tal-euro meta ngħaqdu mal-Eurosistema, naqsu b’EUR 34.6 biljun għal EUR 354.1 biljun fl-2025.
EUR 34.6 biljun
Tnaqqis fl-obbligazzjoni netta ta’ TARGET tal-BĊE
L-iżvilupp tal-obbligazzjonijiet intra-Eurosistema huwa ddeterminat b’mod predominanti mill-evoluzzjoni tal-obbligazzjoni netta ta’ TARGET. Il-fatturi ewlenin li kkontribwew għall-bidliet fl-obbligazzjoni netta tat-TARGET matul il-perjodu 2021–25 kienu x-xiri u t-tifdijiet ta’ titoli tal-politika monetarja, li jiġu saldati permezz ta’ kontijiet TARGET, u bidliet fl-obbligazzjonijiet lejn residenti taż-żona tal-euro u persuni mhux residenti fiż-żona tal-euro denominati f’euro (Ċart 10). Fl-2025, l-obbligazzjoni netta tat-TARGET tal-BĊE naqset b’EUR 34.6 biljun, prinċipalment minħabba influssi ta’ flus minn fidi ta’ titoli tal-politika monetarja, li ġew parzjalment paċuti bi flussi ta’ ħruġ ta’ flus relatati ma’ (i) it-tnaqqis fl-obbligazzjonijiet lil residenti mhux fiż-żona tal-euro denominati f’euro u (ii) l-ispiża tal-imgħax imħallsa fuq l-obbligazzjoni netta tat-TARGET tal-BĊE.
Ċart 10
Bilanċ nett intra-Eurosistema tat-TARGET, obbligazzjonijiet lejn residenti taż-żona tal-euro u persuni mhux residenti fiż-żona tal-euro denominati f’euro u titoli miżmumin għall-għanijiet tal-politika monetarja
(biljuni ta’ EUR)

Sors: BĊE.
Nota: Għall-iskop ta’ din iċ-ċart “obbligazzjonijiet lejn ir-residenti fiż-żona tal-euro u persuni residenti mhux residenti fiż-żona tal-euro denominati f’euro” tikkonsisti f’“Obbligazzjonijiet oħrajn lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro denominati f’euro”, “Obbligazzjonijiet lejn residenti oħrajn fiż-żona tal-euro ddenominati f’euro” u “Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona tal-euro denominati f’euro”.
Fl-2025, l-obbligazzjonijiet l-oħrajn tal-BĊE naqsu b’EUR 16.1 biljun għal EUR 58.8 biljun, prinċipalment minħabba tnaqqis fl-obbligazzjonijiet lejn residenti mhux fiż-żona tal-euro denominati f’euro bħala riżultat ta’ depożiti aktar baxxi aċċettati mill-BĊE fir-rwol tiegħu bħala aġent fiskali.[22]
1.3.2 Ekwità netta
€60.9 biljun
L-ekwità netta tal-BĊE
L-ekwità netta tal-BĊE tikkonsisti fil-kapital imħallas tiegħu, kull ammont miżmum fil-provvediment għar-riskji finanzjarji u l-fond ta’ riżerva ġenerali, il-kontijiet ta’ rivalutazzjoni, kwalunkwe telf akkumulat mis-snin ta’ qabel u kwalunkwe qligħ/telf għas-sena.[23],,[24]
Fi tmiem l-2025, l-ekwità netta tal-BĊE ammontat għal EUR 60.9 biljun (Ċart 11 u Tabella 2). Dan kien EUR 11.0 biljun ogħla milli fi tmiem l-2024 minħabba ż-żieda fil-kontijiet ta’ rivalutazzjoni, prinċipalment bħala riżultat taż-żieda fil-prezz tas-suq tad-deheb f’termini ta’ euro fl-2025. Iż-żieda fl-ekwità netta tal-BĊE kienet parzjalment ikkumpensata mit-telf imġarrab fl-2025.
Ċart 11
L-ekwità netta tal-BĊE
(biljuni ta’ EUR)

Sors: BĊE.
Nota: “Kontijiet ta’ rivalutazzjoni” tinkludi l-gwadanni totali mir-rivalutazzjoni tal-investiment f’deheb, muniti barranin u titoli u strumenti oħra, iżda teskludi l-kont tar-rivalutazzjoni għall-benefiċċji ta’ wara l-impjieg.
Tabella 2
Bidliet fl-ekwità netta tal-BĊE
(EUR miljuni)
Kapital | Kontijiet ta’ rivalutazzjoni | Telf akkumulat riportat | Telf għas-sena | Ekwità netta totali | |
|---|---|---|---|---|---|
Bilanċ fl-31 ta’ Diċembru 2024 | 8,925 | 50,236 | (1,266) | (7,944) | 49,951 |
Telf riportat | (7,944) | 7,944 | - | ||
Kontijiet ta’ rivalutazzjoni | 12,247 | ||||
- Deheb | 18,860 | ||||
- Munita barranija | (6,777) | ||||
- Titoli u strumenti oħra | 164 | ||||
Telf għas-sena | (1,254) | (1,254) | |||
Bilanċ fl-31 ta’ Diċembru 2025 | 8,925 | 62,483 | (9,210) | (1,254) | 60,944 |
46%
Żieda fil-prezz tas-suq tad-deheb f’termini ta’ euro
Gwadanni mhux realizzati fuq deheb, muniti barranin u titoli u strumenti oħra li huma soġġetti għar-rivalutazzjoni tal-prezzijiet mhumiex rikonoxxuti bħala introjtu fil-kont tal-profitt u t-telf iżda huma rreġistrati direttament fil-kontijiet ta’ rivalutazzjoni li jidhru fuq in-naħa tal-obbligazzjonijiet tal-Karta tal-Bilanċ tal-BĊE. Il-bilanċi f'dawn il-kontijiet jistgħu jintużaw biex jassorbu l-impatt ta’ ċaqliq sfavorevoli fil-prezzijiet u/jew fir-rati tal-kambju rispettivi fil-ġejjieni, u b'hekk isaħħu r-reżiljenza tal-BĊE kontra r-riskji sottostanti. Fl-2025, il-kontijiet ta’ rivalutazzjoni għad-deheb, muniti barranin u għal titoli u strumenti oħra żdiedu b’EUR 12.2 biljun għal EUR 62.5 biljun, b’mod predominanti minħabba bilanċi ta’ rivalutazzjoni ogħla għad-deheb bħala riżultat taż-żieda fil-prezz tas-suq tad-deheb f’termini ta’ euro. Dan l-effett kien parzjalment paċut mit-tnaqqis fil-bilanċi ta’ rivalutazzjoni għal muniti barranin, l-aktar id-dollaru Amerikan, minħabba d-deprezzament tagħhom kontra l-euro (Ċart 12).
Ċart 12
Ir-rati ewlenin tal-kambju barrani u l-prezz tad-deheb matul il-perjodu 2021-25
(bidliet perċentwali fil-konfront tal-2021; data ta’ tmiem is-sena)

Sors: BĊE.
Minħabba l-iskopertura tiegħu għar-riskji finanzjarji (ara t-Taqsima 1.4.1 “Riskji finanzjarji”), il-BĊE jista’ jwarrab provvediment kontra r-riskji finanzjarji, li għandu jintuża sal-punt meqjus meħtieġ mill-Kunsill Governattiv biex ipaċi t-telf li jirriżulta bħala riżultat ta’ din l-iskopertura. Minn tmiem l-2023, din id-dispożizzjoni kienet żero peress li ġiet rilaxxata bis-sħiħ biex tkopri t-telf tal-BĊE li rriżulta fl-2022 u fl-2023. Fil-kuntest tar-rieżami annwali tad-daqs ta’ dan il-provvediment, il-Kunsill Governattiv jista’ jiddeċiedi li jirrifornih ladarba l-BĊE jkun irritorna biex jagħmel profitt u jpaċi t-telf akkumulat riportat mis-snin preċedenti.
It-telf tal-BĊE għas-sena kien ta’ EUR 1.3 biljun (ara t-Taqsima 1.3.3 “Kont tal-profitt u t-telf”). Bħal fis-sentejn ta’ qabel, il-Kunsill Governattiv iddeċieda li jirriporta ’l quddiem dan it-telf fuq il-karta tal-bilanċ tal-BĊE biex jiġi paċut kontra profitti futuri.
1.3.3 Kont tal-profitt u telf
Matul il-perjodu preċedenti ta’ 4 snin (Ċart 13), ir-riżultat tal-BĊE naqas sena wara sena. Fl-2022 u fl-2023, it-tnaqqis fir-riżultat tal-BĊE kien primarjament il-konsegwenza tal-materjalizzazzjoni tar-riskju tar-rata tal-imgħax peress li ż-żieda fir-rati tal-imgħax fiż-żona tal-euro wasslet għal żieda immedjata fl-ispiża tal-imgħax imħallsa mill-BĊE fuq l-obbligazzjoni netta tiegħu tat-TARGET, li ġiet remunerata bir-rata tal-operazzjonijiet ewlenin ta' rifinanzjament (rata MRO).[25] Fl-istess ħin, l-introjtu miksub mill-assi tal-BĊE ma żdiedx bl-istess mod jew bl-istess ritmu. Din is-sitwazzjoni kompliet fl-2024, minkejja t-tnaqqis fir-rata tal-politika li beda f’Ġunju ta’ dik is-sena, peress li l-ispiża tal-imgħax imġarrba fuq l-obbligazzjoni netta tat-TARGET kienet bħala medja xorta ogħla mill-introjtu mill-imgħax miksub fuq l-assi. Fl-2025, ir-riżultat tal-BĊE, għalkemm kien għadu telf, kien konsiderevolment aħjar milli fl-2024, hekk kif id-distakk bejn ir-rati tal-imgħax fuq l-assi bl-imgħax u dawk applikabbli għall-obbligazzjonijiet naqas, prinċipalment minħabba r-rata medja aktar baxxa ta’ remunerazzjoni fuq l-obbligazzjoni netta tat-TARGET, b’mod partikolari wara aktar tnaqqis fir-rati tal-politika (ara t-Taqsima 1.4.1 “Riskji finanzjarji”).
Il-profitti jew it-telf huma effetti sekondarji tal-għan ewlieni tal-BĊE li jżomm l-istabbiltà tal-prezzijiet
It-telf tal-BĊE mill-2022, li kien preċedut minn perjodu twil ta’ profitti sostanzjali, jirrifletti r-rwol u l-azzjonijiet ta’ politika meħtieġa tal-Eurosistema fit-twettiq tal-mandat primarju tagħha li żżomm l-istabbiltà tal-prezzijiet. Barra minn hekk, il-miżuri tal-politika monetarja involuti, bħal programmi ta' xiri ta' assi, għenu biex jitjiebu r-riżultati ekonomiċi. Sal-2022, il-karta tal-bilanċ tal-BĊE kibret b’mod sinifikanti, xprunata prinċipalment mix-xiri ta’ titoli taħt programmi ta’ xiri dirett. Fuq in-naħa tal-assi, il-maġġoranza tat-titoli tal-politika monetarja miżmuma bħalissa għandhom maturitajiet twal u kupuni fissi u nxtraw matul perjodu meta r-rati tal-imgħax kienu baxxi ħafna jew żero. Dawn l-assi mhumiex affettwati immedjatament minn bidliet fir-rati tal-imgħax ewlenin tal-BĊE u jkomplu jiġġeneraw introjtu mill-imgħax relattivament baxx. Fl-istess ħin, is-saldu fi flus kontanti ta’ dan ix-xiri permezz tat-TARGET wassal għal żieda fl-obbligazzjoni netta tal-BĊE fir-rigward ta’ TARGET, li hija sensittiva għal bidliet fir-rati tal-imgħax ewlenin tal-BĊE. Mill-2023, it-tnaqqis gradwali fil-parteċipazzjonijiet ta’ titoli tal-politika monetarja minħabba t-tneħħija gradwali tal-investimenti mill-ġdid wassal għal tnaqqis korrispondenti fl-obbligazzjoni netta tat-TARGET, li rriżulta fi tnaqqis fir-riskju tar-rata tal-imgħax (ara t-Taqsima 1.4.1 “Riskji finanzjarji”).
Il-BĊE mistenni jirritorna għall-profitt fl-2026 jew sena wara
Il-BĊE huwa mistenni li jirritorna għall-profitt fl-2026 jew fis-sena ta’ wara, għalkemm dan se jiddependi fuq livelli futuri tar-rati tal-imgħax ewlenin tal-BĊE u r-rati tal-kambju, kif ukoll fuq id-daqs u l-kompożizzjoni tal-karta tal-bilanċ tal-BĊE.
Fi kwalunkwe każ, is-saħħa finanzjarja tal-BĊE hija enfasizzata mill-kapital tiegħu u mill-kontijiet sostanzjali ta’ rivalutazzjoni tiegħu, li flimkien ammontaw għal EUR 71.4 biljun fi tmiem l-2025 (ara t-Taqsima 1.3.2 “Ekwità netta”), u l-BĊE jibqa’ kompletament kapaċi jissodisfa l-objettiv primarju tiegħu li jżomm l-istabbiltà tal-prezzijiet irrispettivament minn kwalunkwe telf.[26]
Ċart 13
Komponenti ewlenin tal-kont tal-profitt u t-telf tal-BĊE
(EUR miljuni)

Sors: BĊE.
Nota: “Introjtu u spejjeż oħrajn” tikkonsisti f’“Introjtu/(spiża) nett(a) minn tariffi u kummissjonijiet”, “Introjtu minn ishma azzjonarji u l-interessi azzjonarji”, “Introjtu ieħor” u “Spejjeż oħra”.
EUR 1,254 miljun
Telf tal-BĊE għall-2025
Fl-2025, it-telf tal-BĊE għas-sena ammonta għal EUR 1,254 miljun, li kien ħafna inqas mit-telf imġarrab fl-2024 minħabba tnaqqis sinifikanti fl-ispiża netta tal-imgħax (Ċart 14).
Ċart 14
Xprunaturi tal-profitt (telf) tal-BĊE għall-2024 u l-2025
(miljuni ta’ EUR)

Sors: BĊE.
L-ispiża netta tal-imgħax irriżultat prinċipalment mill-obbligazzjoni netta tal-BĊE ta’ TARGET
L-ispiża netta tal-imgħax tal-BĊE ammontat għal €178 miljun fl-2025, meta mqabbla ma’ €6,983 miljun fl-2024 (Ċart 15). Il-komponent ewlieni baqa’ l-ispiża tal-imgħax sinifikanti li tirriżulta mill-obbligazzjoni netta tat-TARGET tal-BĊE, li aktar milli tpaċi l-introjtu mill-imgħax li jirriżulta minn (i) titoli tal-politika monetarja, (ii) il-pretensjonijiet tal-BĊE relatati mal-allokazzjoni tal-karti tal-flus tal-euro fi ħdan l-Eurosistema u (iii) riżervi barranin.
Ċart 15
Introjtu nett mill-imgħax/(spiża)
(miljuni ta’ EUR)

Sors: BĊE.
Dħul ftit aktar baxx mill-imgħax mit-titoli tal-politika monetarja bħala riżultat ta’ parteċipazzjonijiet aktar baxxi wara t-tmiem tal-investimenti mill-ġdid
L-introjtu nett mill-imgħax iġġenerat fuq titoli miżmuma għal skopijiet tal-politika monetarja naqas biss bi ftit, b’EUR 36 miljun għal EUR 3,814 miljun, fl-2025 (Ċart 16), prinċipalment minħabba introjtu aktar baxx mill-imgħax minn parteċipazzjonijiet taħt l-APP (CBPP3, ABSPP u PSPP). Id-dħul nett mill-imgħax mill-investimenti tal-APP naqas bi EUR 301 miljun għal EUR 2,318 miljun, l-aktar minħabba dħul aktar baxx mill-imgħax mill-investimenti taħt l-ABSPP, li naqas bi EUR 281 miljun għal EUR 137 miljun bħala riżultat tat-tnaqqis sinifikanti fl-investimenti wara r-ripagamenti tat-titoli. L-introjtu mill-imgħax fuq titoli miżmuma taħt il-PSPP kien ta’ EUR 2,022 miljun, kważi l-istess bħal fl-2024, peress li t-titoli miżmuma taħt dan il-portafoll kienu fil-biċċa l-kbira akkwistati b’rendimenti baxxi u għalhekk il-maturazzjoni tagħhom kellha biss impatt żgħir fuq l-introjtu mill-imgħax relatat. B’kuntrast ma’ dan, l-introjtu mill-imgħax nett minn titoli miżmuma taħt il-PEPP żdied b’EUR 275 miljun għal EUR 1481 miljun, li kważi patta kompletament għat-tnaqqis fl-introjtu minn portafolli oħra tal-politika monetarja u kien prinċipalment attribwibbli għall-ispiża aktar baxxa tal-amortizzament tal-primjum fuq it-titoli tas-settur pubbliku.
Ċart 16
Dħul nett mill-imgħax/(spiża) fuq titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja
(EUR miljuni)

Sors: BĊE.
Tnaqqis fid-dħul mill-imgħax fuq il-portafoll tad-dollaru Amerikan
Id-dħul mill-imgħax nett fuq riżervi barranin naqas b’EUR 449 miljun għal EUR 2,089 miljun, l-aktar minħabba dħul aktar baxx mill-imgħax fuq titoli denominati f’dollari Amerikani.
2.3%
DFR medja fl-2025
Id-dħul mill-imgħax li jirriżulta mill-allokazzjoni ta’ karti tal-flus tal-euro lill-BĊE u l- ispiża tal-imgħax li tirriżulta mir-remunerazzjoni tal-pretensjonijiet tal-BĊN fir-rigward ta’ riżervi barranin ittrasferiti naqas b’EUR 2,332 miljun u EUR 2,900 miljun, u b’EUR 659 miljun għal EUR 790 miljun rispettivament fl-2025. Dan it-tnaqqis irriżulta mir-rata medja aktar baxxa ta’ remunerazzjoni (2,3 % fl-2025, meta mqabbla ma’ 4,1 % fl-2024) wara t-tnaqqis fir-rati tal-imgħax ewlenin tal-BĊE u, sa ċertu punt, l-applikazzjoni tar-rata tal-faċilità ta’ depożitu (DFR, deposit facility rate) bħala l-bażi għar-remunerazzjoni minflok ir-rata MRO.
€7,706 miljun
Spiża tal-imgħax li tirriżulta mill-obbligazzjoni netta tat-TARGET tal-BĊE
Fil-biċċa l-kbira għall-istess raġuni, l-ispiża netta tal-imgħax li tirriżulta mill-bilanċi tat-TARGET dovuti minn/lill-BĊNi naqset b’EUR 7,968 miljun għal EUR 7,706 miljun fl-2025. Bilanċi aktar baxxi tat-TARGET, prinċipalment bħala riżultat ta' titoli tal-politika monetarja li jimmaturaw, ikkontribwew ukoll għal dan it-tnaqqis.
L-ispiża netta l-oħra tal-imgħax naqset b’EUR 994 miljun għal EUR 485 miljun fl-2025. Dan kien prinċipalment dovut għal spiża tal-imgħax aktar baxxa fuq (i) depożiti aċċettati mill-BĊE fir-rwol tiegħu bħala aġent fiskali, (ii) bilanċi ta’ sistemi anċillari taż-żona tal-euro, u (iii) flus riċevuti bħala kollateral fi tranżazzjonijiet ta’ self ta’ titoli, minħabba rati medji ta’ remunerazzjoni aktar baxxi fl-2025 u bilanċi medji aktar baxxi ta’ dawn it-tliet elementi. Dawn il-bidliet ġew parzjalment paċuti minn introjtu mill-imgħax aktar baxx fuq il-portafoll tal-fondi proprji, prinċipalment minħabba amortizzament aktar baxx fuq il-bonds ta’ skont.
Qligħ nett realizzat fir-rata tal-kambju rriżulta prinċipalment minn riekwilibriju standard tar-riżervi barranin tal-BĊE
Il-qligħ nett realizzat li jirriżulta minn operazzjonijiet finanzjarji ammonta għal EUR 950 miljun fl-2025, meta mqabbel ma’ telf ta’ EUR 17-il miljun fl-2024 (Grafika 17). Dan huwa attribwit b’mod predominanti għall-qligħ realizzat mir-rata tal-kambju bħala riżultat ta’ riekwilibriju standard tal-kompożizzjoni tar-riżervi barranin tal-BĊE matul l-ewwel trimestru tal-2025 biex tiġi allinjata mal-allokazzjoni fil-mira. Ir-rikavati mill-bejgħ involut ta’ porzjon żgħir ta’ investimenti f’dollari Amerikani ġew investiti mill-ġdid bis-sħiħ fil-yen Ġappuniż (Ċart 18).
Il-qligħ nett fil-prezz realizzat fuq il-bejgħ ta’ titoli denominati f’dollari Amerikani, li l-prezz tas-suq tagħhom kien affettwat b’mod pożittiv mit-tnaqqis fir-rendimenti korrispondenti tal-Istati Uniti matul is-sena (Ċart 19), ikkontribwixxa wkoll għar-riżultat ġenerali.
Ċart 17
Qligħ/telf realizzat minn operazzjonijiet finanzjarji
(miljuni ta’ EUR)

Sors: BĊE.
Ċart 18
Gwadanni/(telf) realizzat kull trimestru minn operazzjonijiet finanzjarji fl-2024 u fl-2025
(miljuni ta’ EUR)

Sors: BĊE.
Ċart 19
Redditi tal-bonds tal-gvern fl-Istati Uniti, fil-Ġappun u fiċ-Ċina
(perċentwali fis-sena; data fl-aħħar tax-xahar)

Sors: LSEG.
EUR 1,316 miljun
Tniżżil fil-valur tar-rata tal-kambju, l-aktar fuq l-investimenti tal-BĊE fil-yen Ġappuniż
It-telf mir-rivalutazzjoni mhux realizzat jitniżżel bħala spiża fil-forma ta’ tnaqqis fil-valur fi tmiem is-sena fil-kont tal-profitt u t-telf tal-BĊE. Fl-2025, dan it-tnaqqis ammonta għal €1,446 miljun (Ċart 20). Bħala riżultat tad-deprezzament tal-muniti barranin kontra l-euro għar-rati tal-kambju taħt il-kost tal-akkwiżizzjoni, it-telf mhux realizzat mir-rata tal-kambju ammonta għal EUR 1,316 miljun. B’mod partikolari, il-yen Ġappuniż iddeprezza 13 % sena wara sena, li rriżulta fi tniżżil fil-valur ta’ EUR 1,229 miljun ta’ investimenti f’dik il-munita. Kien hemm ukoll telf mhux realizzat fil-prezzijiet ta’ EUR 130 miljun minħabba tnaqqis fil-valur tas-suq ta’ għadd ta’ titoli miżmuma prinċipalment fil-fondi proprji u fil-portafolli tal-yen Ġappuniż.
Ċart 20
Tnaqqis tal-valur ta’ assi u pożizzjonijiet finanzjarji
(EUR miljuni)

Sors: BĊE.
L-ispejjeż operazzjonali totali tal-BĊE, inkluż id-deprezzament u s-servizzi tal-produzzjoni tal-karti tal-flus, naqsu b’EUR 42 miljun għal EUR 1,428 miljun (Ċart 21). Dan kien dovut l-aktar għal kostijiet aktar baxxi tal-persunal fir-rigward ta’ benefiċċji ta’ wara l-impjieg u benefiċċji oħra fit-tul, prinċipalment minħabba li r-regoli li jirregolaw il-pjanijiet tal-pensjonijiet tal-BĊE ġew emendati fl-2024 u kost mhux rikorrenti relatat ġie rikonoxxut bis-sħiħ fil-kont tal-profitt u t-telf għal dik is-sena.
€690 miljun
Dħul mit-tariffi superviżorji
L-ispejjeż relatati mas-superviżjoni bankarja huma koperti għalkollox permezz ta’ tariffi imposti annwalment fuq l-entitajiet taħt superviżjoni. Abbażi tal-ispejjeż attwali mġarrba mill-BĊE fit-twettiq tal-kompiti ta’ superviżjoni bankarji tiegħu, id-dħul mit-tariffi superviżorji għall-2025 kien ta’ EUR 690 miljun.[27]
Ċart 21
Spejjeż operattivi u dħul mit-tariffi superviżorji
(EUR miljuni)

Sors: BĊE.
1.4 Ġestjoni tar-riskji
Il-ġestjoni tar-riskju hi parti kritika tal-attivitajiet tal-BĊE u titwettaq permezz ta’ proċess kontinwu ta’ (i) identifikazzjoni u valutazzjoni tar-riskji, (ii) analiżi tal-istrateġija u l-politika tar-riskju, (iii) implimentazzjoni ta’ azzjonijiet li jtaffu r-riskji, u (iv) sorveljanza u rappurtar tar-riskji, li lkoll huma sostnuti b’metodoloġiji, proċessi u sistemi effettivi (Grafika 2).
Figura 2
Ċiklu tal-ġestjoni tar-riskju

It-taqsimiet li ġejjin jiffokaw fuq ir-riskji, is-sorsi tagħhom u l-oqfsa applikabbli tal-kontroll tar-riskju.
1.4.1 Riskji finanzjarji
Il-Bord Eżekuttiv jipproponi politika u proċeduri li jiżguraw livell xieraq ta' protezzjoni kontra r-riskji finanzjarji li l-BĊE hu espost għalihom. Il-Kumitat tal-Ġestjoni tar-Riskju (RMC), li jinkludi esperti mill-banek ċentrali tal-Eurosistema, jikkontribwixxi għas-sorveljanza, il-kejl u r-rappurtar tar-riskji finanzjarji relatati mal-karta tal-bilanċ tal-Eurosistema u jiddefinixxi u jeżamina mill-ġdid il-metodoloġiji u l-oqfsa assoċjati. B’dan il-mod, l-RMC jgħin lill-korpi tat-teħid tad-deċiżjonijiet biex jiżguraw livell xieraq ta’ protezzjoni għall-Eurosistema.
Ir-riskji finanzjarji jirriżultaw mill-attivitajiet ewlenin tal-BĊE u mill-iskoperturi assoċjati. L-oqfsa u l-limiti tal-kontroll tar-riskju li juża l-BĊE biex jamministra l-profil tar-riskju tiegħu f’kull tip ta’ operazzjoni, jirriflettu l-għanijiet tal-politika jew tal-investiment tad-diversi portafolli kif ukoll il-karatteristiċi tar-riskju tal-assi sottostanti.
Biex jissorvelja u jivvaluta r-riskji, il-BĊE juża għadd ta’ metodi tekniċi ta’ stima tar-riskju żviluppati mill-esperti tiegħu. Dawn il-metodi tekniċi huma bbażati fuq qafas konġunt ta’ simulazzjoni tar-riskji tas-suq u tal-kreditu. Il-kunċetti, it-teknika u l-konġetturi tal-mudelli ewlenin li jiffurmaw il-bażi tal-miżuri tar-riskju jużaw l-istandards tal-industrija u d-data tas-suq disponibbli. Ir-riskji huma tipikament kwantifikati bħala n-nuqqas mistenni (ES, expected shortfall), stmat fil-livell ta’ fiduċja ta’ 99% fuq perjodu ta’ sena.[28] Jintużaw żewġ metodi għall-kalkolu tar-riskji: (i) l-approċċ kontabilistiku, li jiffoka fuq l-impatt fuq il-kont tal-profitt u t-telf tal-BĊE, fejn it-telf l-ewwel jiġi assorbit mill-kontijiet ta’ rivalutazzjoni applikabbli; u (ii) l-approċċ finanzjarju, li jiffoka fuq l-impatt tat-telf finanzjarju fuq l-ekwità netta kumplessiva tal-BĊE u ma jqisx il-kontijiet ta’ rivalutazzjoni bħala riżerva fil-kalkolu tar-riskju. Il-BĊE jikkalkola wkoll miżuri oħra tar-riskju fuq livelli differenti ta' fiduċja, jagħmel analiżijiet ta' sitwazzjonijiet ta' sensittività u stress, u jivvaluta tbassir fit-tul tal-iskoperturi u d-dħul biex dejjem ikollu stampa komprensiva tar-riskji.[29]
€15.2 biljun
Riskji totali (ES 99%, metodu tal-kontabilità)
Ir-riskji totali tal-BĊE naqsu kemxejn matul is-sena. Fl-aħħar tal-2025, ir-riskji finanzjarji totali tal-karta tal-bilanċ tal-BĊE, kif imkejlin bl-ES f’livell ta’ fiduċja ta’ 99% fuq perjodu ta’ sena taħt il-metodu tal-kontabilità, kienu ta’ EUR 15.2 biljun, li kien kemxejn aktar baxx mir-riskji stmati fi tmiem l-2024 (Ċart 22). Tnaqqis fir-riskju xprunat mit-tnaqqis fl-investimenti tal-BĊE f’titoli tas-settur pubbliku taħt l-APP u l-PEPP kien fil-biċċa l-kbira paċut minn riskji akbar assoċjati mal-investimenti tal-BĊE f’riżervi barranin u l-portafoll tiegħu ta’ fondi proprji denominati f’euro.
Ċart 22
Riskji finanzarji totali (ES 99% approċċ kontabilistiku)
(biljuni ta’ EUR)

Sors: BĊE.
Riskju tal-kreditu
Ir-riskju għall-kreditu jiġi mill-portafolli tal-politika monetarja tal-BĊE, mill-portafoll tal-fondi proprji tiegħu u mill-investimenti tar-riżervi barranin tiegħu. Waqt li t-titoli ta’ dejn miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja huma valwati b’kost amortizzat soġġett għal indeboliment u għalhekk, fin-nuqqas ta’ bejgħ, mhumiex soġġetti għal bidliet fil-prezzijiet assoċjati ma’ migrazzjonijiet tal-kreditu, xorta waħda huma soġġetti għal riskju ta’ inadempjenza tal-kreditu. Il-fondi proprji denominati f’euro u r-riżervi barranin jiġu vvalutati bil-prezz tas-suq u, bħala tali, huma soġġetti għar-riskju tal-migrazzjoni tal-kreditu u r-riskju tal-inadempjenza tal-kreditu. Ir-riskju tal-kreditu naqas meta mqabbel mal-2024 bħala riżultat tat-tnaqqis fit-titoli miżmuma għall-finijiet tal-politika monetarja.
Ir-riskju tal-kreditu jittaffa l-iżjed permezz tal-applikazzjoni tal-kriterji tal-eliġibbiltà, tal-proċeduri tad-diliġenza dovuta u l-limiti li jvarjaw fil-portafolli kollha.
Riskji tal-munita u tal-materja prima
Ir-riskji tal-kambju u tal-materja prima jiġu mill-investimenti tal-BĊE f'muniti barranin u f'deheb. Ir-riskju tar-rata tal-kambju żdied meta mqabbel mal-2024.
Minħabba r-rwol ta’ dawn l-assi fil-politika, il-BĊE ma jagħmilx hedging tar-riskji relatati mal-munita u mal-komoditajiet. Minflok, dawn ir-riskji jittaffew permezz tal-kontijiet ta' rivalutazzjoni eżistenti u d-diversifikazzjoni tal-investimenti fil-muniti differenti u d-deheb.
Riskju ta' ekwità
Sehem żgħir tal-portafoll ta’ fondi proprji denominat f’euro tal-BĊE jiġi investit f’ETFs ta’ ekwità li jsegwu parametri referenzjarji allinjati mal-Ftehim ta’ Pariġi, li joħloq riskju ta’ ekwità.
Minħabba l-allokazzjoni żgħira, ir-riskju tal-ekwità tal-BĊE huwa pjuttost marġinali. Dan jiġi mmitigat permezz tad-diversifikazzjoni u l-kontijiet ta’ rivalutazzjoni applikabbli.
Riskju tar-rata tal-imgħax
L-investimenti tal-BĊE f’riżervi barranin u l-portafoll ta’ fondi proprji denominati f’euro jiġu investiti l-iżjed f’titoli b'introjtu fiss u huma soġġetti għar-riskju tar-rata tal-imgħax valutat skont is-suq, billi jiġu valutati bil-prezzijiet tas-suq. Kważi nofs ir-riżervi barranin tal-BĊE huma investiti l-iżjed f'assi b'maturità relattivament qasira (ara ċ-Ċart 7 fis-Taqsima 1.3.1 “Karta tal-bilanċ”), filwaqt li l-assi fil-portafoll tal-fondi proprji ġeneralment ikollhom maturitajiet itwal (ara ċ-Ċart 9 fit-Taqsima 1.3.1 “Karta tal-bilanċ”). Ir-riskju tar-rata tal-imgħax tal-portafoll tal-fondi proprji tal-BĊE, kif imkejjel skont il-metodu tal-kontabilità, żdied meta mqabbel mal-2024.
Ir-riskju tar-rata tal-imgħax valutat skont is-suq huwa mtaffi permezz tal-politika tal-allokazzjoni tal-assi u l-kontijiet ta’ rivalutazzjoni.
Il-BĊE huwa soġġett ukoll għar-riskju tar-rata tal-imgħax li jirriżulta mid-diskrepanza bejn ir-rata tal-imgħax li jdaħħal fuq l-assi tiegħu u r-rata tal-imgħax li jħallas fuq l-obbligazzjonijiet tiegħu, u dan għandu impatt fuq l-introjtu nett tiegħu mill-imgħax. Dan ir-riskju mhuwiex marbut direttament ma’ xi portafoll partikolari, iżda pjuttost mal-istruttura tal-karta tal-bilanċ tal-BĊE kollha kemm hi, u b’mod partikolari, l-eżistenza ta’ diskrepanzi fil-maturità u r-redditu bejn l-assi u l-obbligazzjonijiet. Ir-riskju tar-rata tal-imgħax naqas fl-2025, u dan jirrifletti t-tnaqqis fl-obbligazzjonijiet tal-BĊE wara t-tnaqqis tal-parteċipazzjonijiet f’titoli skont l-APP u l-PEPP. Minbarra li jitkejjel bħala parti mill-ES bil-livell ta’ fiduċja ta’ 99% fuq orizzont ta’ sena, dan ir-riskju huwa mmonitorjat permezz ta’ projezzjonijiet tal-profittabbiltà tal-BĊE fuq orizzont medju sa twil.
Dan it-tip ta’ riskju jiġi amministrat permezz tal-politika tal-allokazzjoni ta’ assi u jittaffa ulterjorment bl-eżistenza ta’ obbligazzjonijiet mhux remunerati fil-karta tal-bilanċ tal-BĊE.
Il-materjalizzazzjoni tar-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax wasslet għal telf mill-2022, u l-BĊE xorta ġarrab spiża netta tal-imgħax fl-2025. L-ispiża netta tal-imgħax kienet ferm aktar baxxa meta mqabbla mas-sentejn preċedenti, prinċipalment minħabba d-DFR li qed jonqos, li mill-1 ta’ Jannar 2025 hija r-rata ta’ remunerazzjoni ewlenija fuq in-naħa tal-obbligazzjonijiet. Filwaqt li l-BĊE huwa mistenni li jibda jirreġistra l-introjtu mill-imgħax nett fil-futur qrib, il-possibbiltà ta’ aktar telf mill-imgħax fis-snin li ġejjin ma tistax tiġi eskluża, minħabba d-diskrepanzi fil-maturità u fir-rendiment imsemmija qabel bejn l-assi u l-obbligazzjonijiet.
Riskju relatat mat-tibdil fil-klima
Ir-riskji assoċjati mat-tibdil fil-klima qed jiġu inkorporati gradwalment fil-qafas tal-ġestjoni tar-riskju tal-BĊE. Fl-2022, l-Eurosistema wettqet l-ewwel test tal-istress relatat mal-klima fuq il-karta tal-bilanċ tal-Eurosistema, u dan ippermetta stima preliminari tal-impatt ta’ dan ir-riskju fuq il-karta tal-bilanċ tal-BĊE.[30] Test tal-istress klimatiku ieħor twettaq fl-2024, u l-ittestjar tal-istress klimatiku se jkompli jitwettaq fuq bażi regolari fis-snin li ġejjin.[31]
1.4.2 Riskju operazzjonali
Il-ġestjoni tar-riskju operattiv (ORM, operational risk management) hu parti integrali tal-istruttura tal-governanza u l-proċessi ta' ġestjoni tal-BĊE.[32] Il-Bord Eżekuttiv huwa responsabbli għall-politika u l-qafas tal-ORM tal-BĊE u japprovahom, u l-Kumitat tar-Riskju Operazzjonali jappoġġa lill-Bord Eżekuttiv fit-twettiq tar-rwol tiegħu fis-sorveljanza tal-ġestjoni tar-riskji operazzjonali.[33]
L-għan ewlieni tal-qafas ORM tal-BĊE hu li jagħti kontribut biex jiżgura li l-BĊE jilħaq il-missjoni u l-għanijiet tiegħu, filwaqt li jħares ir-reputazzjoni u l-assi tiegħu kontra t-telf, l-użu ħażin u d-danni. Fil-qafas tal-ORM, kull qasam ta’ ħidma huwa responsabbli biex jidentifika, jivvaluta, jirreaġixxi għal, jirrapporta dwar u jissorvelja r-riskji, l-inċidenti u l-kontrolli operazzjonali tiegħu. F’dan il-kuntest, il-politika tal-BĊE relatata mat-tolleranza tar-riskju tipprovdi gwida dwar l-istrateġiji ta’ reazzjoni għar-riskju u l-proċeduri ta’ aċċettazzjoni tar-riskju. Hija marbuta ma’ matriċi ta’ riskju ta’ ħamsa b’ħamsa abbażi ta’ skali ta’ gradazzjoni tal-impatt u l-probabbiltà bl-applikazzjoni ta’ kriterji kwantitattivi u kwalitattivi.
L-ambjent li fih jopera l-BĊE huwa espost għal theddid dejjem aktar kumpless u interkonness, inklużi riskji ġeopolitiċi, theddid għaċ-ċibersigurtà u sfidi għas-sostenibbiltà. Hemm firxa wiesgħa ta’ riskji operazzjonali assoċjati mal-attivitajiet ta’ kuljum tal-BĊE. L-oqsma ewlenin ta’ tħassib għall-BĊE jinkludu firxa wiesgħa ta' riskji mhux finanzjarji li jirriżultaw minn nies, sistemi, proċessi, relazzjonijiet ma’ partijie terzi u avvenimenti esterni. Konsegwentement, il-BĊE stabbilixxa proċessi biex jiffaċilita ġestjoni kontinwa u effettiva tar-riskji operazzjonali tiegħu u biex jintegra l-informazzjoni dwar ir-riskju fil-proċess deċiżjonali. Barra minn hekk, il-BĊE qed ikompli jiffoka fuq it-tisħiħ tar-reżiljenza tiegħu u jqis ir-riskji b’mod wiesa’ u l-opportunitajiet minn perspettiva minn tarf sa tarf, inklużi l-aspetti tas-sostenibbiltà. Ġew stabbiliti strutturi ta’ reazzjoni u pjani ta' kontinġenza biex tiġi żgurata l-kontinwità tal-funzjonijiet kritiċi tan-negożju f'każ ta' xi tfixkil jew kriżi.
1.4.3 Riskju tal-kondotta
Il-BĊE għandu Uffiċċju ta’ Konformità u Governanza bħala funzjoni ewlenija tal-ġestjoni tar-riskju biex isaħħaħ il-qafas tal-governanza tal-BĊE sabiex jindirizza r-riskju tal-kondotta.[34] L-għan tiegħu huwa li jappoġġja lill-Bord Eżekuttiv fil-protezzjoni tal-integrità u r-reputazzjoni tal-BĊE, li jippromwovi standards etiċi ta’ mġiba u li jsaħħaħ ir-responsabbiltà u t-trasparenza tal-BĊE. Kumitat għall-Etika indipendenti jipprovdi pariri u gwida lil uffiċjali għolja tal-BĊE dwar kwistjonijiet ta’ integrità u kondotta u jappoġġa lill-Kunsill Governattiv fil-ġestjoni tar-riskji fil-livell eżekuttiv b’mod xieraq u koerenti. Fil-livell tal-Eurosistema u l-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku, il-Kumitat tal-Etika u l-Konformità jaħdem lejn il-kisba ta’ implimentazzjoni koerenti tal-oqfsa ta’ kondotta għall-BĊNi u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti.
2 Rapporti finanzjarji tal-BĊE
2.1 Karta tal-bilanċ fil-31 ta' Diċembru 2025
Assi
(miljuni ta’ EUR)
Numru | 2025 | 2024 | |
|---|---|---|---|
Deheb u ammonti riċevibbli f’deheb | 1 | 59,754 | 40,895 |
Pretensjonijiet kontra persuni mhux residenti fiż-żona tal-euro denominati f’muniti barranin | 2 | 54,764 | 58,117 |
Ammonti riċevibbli mill-FMI | 2.1 | 1,772 | 2,227 |
Bilanċi ma’ banek u investimenti f’titoli, self barrani u assi esterni oħrajn | 2.2 | 52,992 | 55,890 |
Pretensjonijiet kontra residenti taż-żona tal-euro denominati f’muniti barranin | 2.2 | 2,236 | 4,094 |
Pretensjonijiet oħra kontra istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro denominati f’euro | 3 | 1 | 2 |
Titoli ta’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’euro | 4 | 325,265 | 376,781 |
Titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja | 4.1 | 325,265 | 376,781 |
Pretensjonijiet intra-Eurosistema | 5 | 129,563 | 127,067 |
Pretensjonijiet relatati mal-allokazzjoni ta’ karti tal-flus tal-euro fi ħdan l-Eurosistema | 5.1 | 129,563 | 127,067 |
Assi oħrajn | 6 | 31,756 | 33,644 |
Assi fissi tanġibbli u intanġibbli | 6.1 | 1,055 | 971 |
Assi finanzjarji oħra | 6.2 | 23,211 | 22,781 |
Differenzi fir-rivalutazzjoni ta’ strumenti barra mill-karta tal-bilanċ | 6.3 | 273 | 681 |
Dovuti u spejjeż imħallsin bil-quddiem | 6.4 | 7,108 | 9,158 |
Diversi | 6.5 | 110 | 53 |
Assi totali | 603,339 | 640,600 |
Nota: It-totali fir-rapporti finanzjarji u fit-tabelli inklużi fin-noti jistgħu ma jaqblux minħabba żieda/tnaqqis sal-eqreb euro. Iċ-ċifri 0 u (0) jindikaw ammonti pożittivi jew negattivi mqarrba għal żero, waqt li s-sing (-) jindika żero.
Obbligazzjonijiet
(miljuni ta’ EUR)
Numru | 2025 | 2024 | |
|---|---|---|---|
Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni | 7 | 129,563 | 127,067 |
Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta' kreditu taż-żona tal-euro denominati f’euro | 8 | 489 | 2,388 |
Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra taż-żona tal-euro denominati f’euro | 9 | 26,022 | 24,554 |
Gvern ġenerali | 9.1 | 74 | 73 |
Obbligazzjonijiet oħra | 9.2 | 25,947 | 24,482 |
Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona tal-euro denominati f’euro | 10 | 26,846 | 39,859 |
Obbligazzjonijiet intra-Eurosistema | 11 | 354,060 | 388,676 |
Obbligazzjonijiet ekwivalenti għat-trasferiment ta’ riżervi barranin | 11.1 | 40,562 | 40,562 |
Obbligazzjonijiet relatati mat-TARGET (nett) | 11.2 | 313,491 | 348,074 |
Obbligazzjonijiet oħra fi ħdan l-Eurosistema (netti) | 11.3 | 8 | 40 |
Obbligazzjonijiet oħra | 12 | 4,745 | 7,615 |
Differenzi fir-rivalutazzjoni ta’ strumenti barra mill-karta tal-bilanċ | 12.1 | 0 | - |
Dovuti u introjti miġbura bil-quddiem | 12.2 | 3,661 | 6,288 |
Diversi | 12.3 | 1,084 | 1,327 |
Provvedimenti | 13 | 84 | 72 |
Provvedimenti oħra | 13.1 | 84 | 72 |
Kontijiet ta’ rivalutazzjoni | 14 | 63,068 | 50,653 |
Kapital u riżervi | 15 | 8,925 | 8,925 |
Kapital | 15.1 | 8,925 | 8,925 |
Telf akkumulat riportat | 16 | (9,210) | (1,266) |
Profitt/(telf) għas-sena | (1,254) | (7,944) | |
Obbligazzjonijiet totali | 603,339 | 640,600 |
2.2 Kont tal-profitt u t-telf għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2025
(miljuni ta’ EUR)
Numru | 2025 | 2024 | |
|---|---|---|---|
Introjtu/(spiża) nett/a mill-imgħax | 22 | (178) | (6,983) |
Dħul mill-imgħax | 39,328 | 66,898 | |
Spejjeż tal-imgħax | (39,507) | (73,881) | |
Riżultat nett ta’ operazzjonijiet finanzjarji u tnaqqis tal-valur | (497) | (286) | |
Qligħ/telf realizzat li jirriżulta minn operazzjonijiet finanzjarji | 23 | 950 | (17) |
Tnaqqis tal-valur ta’ assi u pożizzjonijiet finanzjarji | 24 | (1,446) | (269) |
Dħul/(spiża) nett(a) minn tariffi u kummissjonijiet | 25 | 700 | 674 |
Dħul minn ishma azzjonarji u interessi parteċipanti | 26 | 14 | 1 |
Dħul ieħor | 27 | 135 | 119 |
Kostijiet tal-persunal | 28 | (809) | (844) |
Spejjeż amministrattivi | 29 | (516) | (513) |
Deprezzament ta’ assi fissi tanġibbli u intanġibbli | (94) | (104) | |
Servizzi tal-produzzjoni tal-karti tal-flus | 30 | (8) | (9) |
Profitt/(telf) qabel it-trasferiment (lejn)/mill-provvedimenti kontra r-riskji | (1,254) | (7,944) | |
Trasferiment (lil)/minn provvedimenti kontra r-riskju | 31 | - | - |
Profitt/(telf) għas-sena | (1,254) | (7,944) |
Frankfurt am Main, 17 ta’ Frar 2025
Bank Ċentrali Ewropew
Christine Lagarde
President
2.3 Politika tal-kontabilità
Forma u preżentazzjoni tar-rapporti finanzjarji
Ir-rapporti finanzjarji tal-BĊE tfasslu skont il-politika ta’ kontabilità li ġejja,[35] li, fil-fehma tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE, jagħtu preżentazzjoni ġusta tar-rapporti finanzjarji u fl-istess ħin jirriflettu n-natura tal-attivitajiet ta’ bank ċentrali.
Prinċipji tal-kontabilità
Ġew applikati l-prinċipji tal-kontabilità li ġejjin: ir-realtà u trasparenza ekonomika, il-prudenza, il-materjalità, il-konsistenza u l-komparabbiltà, in-negozju avvjat, il-prinċipju tad-dovuti u l-għarfien ta’ avvenimenti wara l-għeluq tas-sena finanzjarja.
Rikonoxximent tal-assi u l-obbligazzjonijiet
Assi jew obbligazzjoni hija rikonoxxuta biss fil-Karta tal-Bilanċ meta jkun probabbli li kull benefiċċju assoċjat fil-ġejjieni jgħaddi minn jew lejn il-BĊE, ir-riskji jew il-premijijiet assoċjati kollha jkunu ġew ittrasferiti lill-BĊE, u l-ispiża jew il-valur ta’ l-assi jew l-ammont ta’ l-obbligu jistgħu jitkejlu b’mod affidabbli.
Bażi tal-kontabilità
Il-kontijiet tħejjew abbażi tal-kost storiku, modifikat biex jinkludi l-valutazzjoni tas-suq tat-titoli negozjabbli (barra titoli ta’ dejn attwalment miżmumin għall-għanijiet tal-politika monetarja), tad-deheb u tal-assi u l-obbligazzjonijiet l-oħra kollha inklużi fil-karta tal-bilanċ u esklużi minnha denominati f’munita barranija.
It-tranżazzjonijiet f’assi u obbligazzjonijiet finanzjarji jidhru fil-kontijiet bid-data meta jkunu ġew konklużi.
Bl-eċċezzjoni tat-tranżazzjonijiet spot f’titoli, it-tranżazzjonijiet fi strumenti finanzjarji denominati f’muniti barranin jidħlu fil-kontijiet esklużi mill-karta tal-bilanċ bid-data ta’ meta jkunu saru. Fid-data tal-ħlas, l-entrati esklużi mill-karta tal-bilanċ jiġu riversjati, u t-tranżazzjonijiet jiddaħħlu fil-karta tal-bilanċ. Ix-xiri u l-bejgħ ta’ munita barranija jaffettwa l-pożizzjoni netta f’munita barranija fid-data ta’ meta jkun sar, u r-riżultati realizzati mill-bejgħ jiġu kalkulati wkoll f’din id-data. L-imgħax, il-primjums u l-iskontijiet dovuti relatati mal-istrumenti finanzjarji denominati f’muniti barranin jiġu kalkulati u rreġistrati kuljum, u l-pożizzjoni f’munita barranija tiġi affettwata wkoll kuljum minn dawn id-dovuti.
Assi u obbligazzjonijiet f’deheb u f’munita barranija
L-assi u l-obbligazzjonijiet denominati f’munita barranija jinqalbu f’euro bir-rata tal-kambju tad-data tal-karta tal-bilanċ. Id-dħul u l-ispejjeż jinqalbu bir-rata tal-kambju tad-data meta jiġu rreġistrati. Ir-rivalutazzjoni ta’ assi u obbligazzjonijiet tal-kambju barrani, fosthom l-istrumenti inklużi fil-karta tal-bilanċ u esklużi minnha, issir għal kull munita individwali.
Ir-rivalutazzjoni bil-prezz tas-suq ta’ assi u obbligazzjonijiet denominati f’muniti barranin tinħadem b’mod separat mir-rivalutazzjoni tar-rata tal-kambju.
Id-deheb jiġi vvalutat bil-prezz tas-suq prevalenti fid-data tal-karta tal-bilanċ. Ma ssir ebda distinzjoni bejn id-differenzi fir-rivalutazzjoni tal-prezz u tal-munita fil-każ tad-deheb. Minflok, jingħata kont ta’ stima waħda tad-deheb abbażi tal-prezz f’euro għal kull uqija ta’ deheb fin, li, għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2025, kienet derivata mir-rata tal-kambju tal-euro kontra d-dollaru Amerikan fil-31 ta’ Diċembru 2025.
Id-dritt speċjali ta’ kreditu (SDR, special drawing right) jiġi definit f’termini ta’ basket ta’ muniti u l-valur tiegħu jiġi ddeterminat mis-somma ppeżata tar-rati tal-kambju ta’ ħames valuti kbar (id-dollaru Amerikan, l-euro, ir-renminbi Ċiniż, il-yen Ġappuniż u l-lira sterlina). L-investimenti tal-BĊE f'SDRs inqelbu f'euro bir-rata tal-kambju tal-euro kontra l-SDR tal-31 ta’ Diċembru 2025.
Titoli
Titoli miżmumin għall-għanijiet tal-politika monetarja
It-titoli tad-dejn miżmumin attwalment għall-għanijiet tal-politika monetarja jidħlu fil-kontijiet b’kost amortizzat soġġett għal indeboliment.
Titoli oħra
It-titoli negozjabbli (barra dawk miżmumin għall-għanijiet tal-politika monetarja) u assi simili jiġu vvalutati jew bil-prezzijiet medji tas-suq jew abbażi tal-kurva tar-redditi rilevanti fid-data tal-karta tal-bilanċ, għal kull titolu individwali. L-opzjonijiet inkorporati fit-titoli ma jiġux separati għall-għanijiet tal-valutazzjoni. Għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2025, intużaw il-prezzijiet medji tas-suq tat-30 ta’ Diċembru 2025.
Fondi ta’ investiment negozjabbli jiġu rivalwati fuq bażi netta fuq livell ta’ fond, bl-użu tal-valur nett tal-assi tagħhom. Ma jiġi applikat ebda nnettjar bejn gwadanni u telf mhux realizzati f’fondi ta’ investiment differenti.
Ishma azzjonarji illikwidi u strumenti azzjonarji oħra miżmumin bħala investimenti permanenti jiġu vvalutati bil-prezz tal-akkwist soġġett għal indeboliment.
Rikonoxximent tad-dħul
Id-dħul u l-ispejjeż jiġu rikonoxxuti fil-perjodu meta jidħlu jew meta jiġġarrbu.[36] Il-profitt u telf realizzati li jirriżultaw mill-bejgħ ta’ muniti barranin, deheb u titoli jiġu rreġistrati fil-kont tal-profitt u t-telf. Dawn il-gwadanni u t-telf realizzati jiġu kkalkulati b’referenza għall-kost medju tal-assi rispettivi.
Il-qligħ mhux realizzat ma jiġix rikonoxxut bħala dħul iżda jiġi trasferit direttament f’kont ta’ rivalutazzjoni.
It-telf mhux realizzat jiġi rreġistrat fil-kont tal-profitt u t-telf jekk, fl-aħħar tas-sena, ikun ikbar mill-qligħ tar-rivalutazzjoni preċedenti akkumulat fil-kont ta’ rivalutazzjoni rispettiv. Dan it-telf mhux realizzat fuq kwalunkwe titolu jew munita jew fuq investimenti f’deheb ma jiġix innettjat kontra l-gwadanni mhux realizzati fuq titoli oħra, muniti jew deheb. Fil-każ li dan it-telf mhux realizzat minn xi partita jiġi reġistrat fil-kont tal-profitt u t-telf, il-kost medju ta’ din il-partita jitnaqqas bir-rata tal-kambju jew bil-prezz tas-suq tal-aħħar tas-sena.
It-telf mill-indeboliment jiġi rreġistrat fil-kont tal-profitt u t-telf u ma jiġix riversjat fis-snin ta’ wara ħlief jekk l-indeboliment jonqos u t-tnaqqis jista’ jiġi attribwit ma’ avveniment osservabbli li jseħħ wara li l-indeboliment ikun ġie rreġistrat għall-ewwel darba.
Primjums jew skontijiet fuq titoli jiġu amortizzati fuq il-bqija tal-ħajja kuntrattwali tat-titoli.
Tranżazzjonijiet inversi
It-tranżazzjonijiet inversi huma operazzjonijiet li bihom il-BĊE jixtri jew ibigħ assi taħt ftehim ta’ riakkwist.
Fi ftehim ta’ riakkwist, it-titoli jinbiegħu bi flus kontanti bi ftehim li jsir fl-istess ħin biex jerġgħu jinxtraw mingħand il-kontroparti bi prezz miftiehem f’data stabbilita fil-ġejjieni. Ftehimiet ta’ riakkwist jidħlu fil-kontijiet bħala depożiti kollateralizzati fuq in-naħa tal-obbligazzjonijiet tal-karta tal-bilanċ. Titoli mibjugħin b’tali ftehim jibqgħu fuq il-karta tal-bilanċ tal-BĊE.
Fi ftehim ta’ riakkwist riversjat, it-titoli jinxtraw bi flus kontanti bi ftehim li jsir fl-istess ħin biex jerġgħu jinbiegħu lill-kontroparti bi prezz miftiehem f’data stabbilita fil-ġejjieni. Ftehimiet ta’ riakkwist riversjat jiġu reġistrati fil-kontijiet bħala self kollateralizzat fuq in-naħa tal-attivi tal-karta tal-bilanċ iżda ma jiġux inklużi fl-investimenti f’titoli tal-BĊE.
It-tranżazzjonijiet inversi (fosthom tranżazzjonijiet ta’ self ta’ titoli) li jsiru fi programm offrut minn istituzzjoni speċjalizzata jiġu rreġistrati biss fil-karta tal-bilanċ meta jiġi pprovdut kollateral fi flus kontanti u dawn il-flus kontanti jibqgħu ma jiġux investiti.
Strumenti barra l-karta tal-bilanċ
L-istrumenti tal-munita, li jinkludu tranżazzjonijiet forward tal-kambju barrani, il-forward legs tal-iswaps tal-kambju barrani u strumenti oħra tal-munita li jinvolvu l-kambju minn munita għall-oħra f’data fil-ġejjieni, jiġu inklużi fil-pożizzjoni netta tal-munita barranija biex jiġu kkalkulati l-kost medju u l-qligħ u t-telf mill-kambju barrani.
L-istrumenti tar-rati tal-imgħax jiġu rivalutati individwalment. Bidliet ta’ kuljum fil-marġni ta’ varjazzjoni tar-rata tal-imgħax ta’ kuntratti futures miftuħin jidħlu fil-kont tal-profitt u t-telf.
Il-valutazzjoni tat-tranżazzjonijiet forward f’titoli ssir abbażi ta’ metodi ta’ valutazzjoni aċċettati b’mod ġenerali bi prezzijiet u b’rati osservabbli tas-suq, kif ukoll il-fatturi ta’ skont mid-dati tas-saldu sad-data tal-valutazzjoni.
Assi fissi
Assi fissi, fosthom assi intanġibbli iżda bl-esklużjoni tal-artijiet u x-xogħlijiet tal-arti, jiġu valutati bil-prezz tal-akkwist li minnu jitnaqqas id-deprezzament. L-artijiet u x-xogħlijiet tal-arti jiġu valutati bil-prezz tal-akkwist. Il-bini ewlieni tal-BĊE jiġi valwat bil-prezz tal-akkwist bid-deprezzament imnaqqas u soġġett għall-indeboliment. Għad-deprezzament tal-bini ewlieni tal-BĊE, il-kostijiet jiġu assenjati lill-komponenti xierqa tal-assi li jiġu deprezzati skont l-istima tal-ħajja utli tagħhom. Id-deprezzament jiġi kalkolat bil-metodu straight-line matul il-ħajja utli mistennija tal-assi, mit-trimestru wara li l-assi jsir disponibbli għall-użu. Il-ħajja utli mistennija għall-kategoriji ewlenin ta’ assi tidher hawn taħt:
Bini | 20, 25 jew 50 sena |
Impjanti fil-bini | 10 jew 15-il sena |
Hardware u software tal-IT | 4 snin |
Tagħmir tekniku | 4, 10 jew 15-il sena |
Għamara | 10 snin |
Vetturi bil-mutur | 4 snin |
Il-perjodu ta’ deprezzament għall-ispiża kapitalizzata fuq it-tiġdid tal-bini relatata mal-bini mikri bħalissa mill-BĊE ġie aġġustat biex jitqiesu l-avvenimenti li jkollhom impatt fuq il-ħajja utli mistennija tal-assi kkonċernat.
Il-BĊE jwettaq test annwali ta’ indeboliment tal-bini ewlieni tiegħu u assi bid-dritt tal-użu relatati mal-bini tal-uffiċċji (ara "Kirjiet" hawn taħt). Jekk jiġi identifikat indikatur tal-indeboliment u jiġi stmat li l-assi jista' jkun fi stat ta' indeboliment, issir stima tal-ammont rekuperabbli. Telf minħabba indeboliment jiġi reġistrat fil-kont tal-profitt u t-telf jekk l-ammont rekuperabbli jkun inqas mill-valur nominali nett.
L-assi fissi li jiswew inqas minn EUR 10,000 jiġu mħassra fis-sena tal-akkwist.
Assi fissi li jikkonformaw mal-kriterji ta’ kapitalizzazzjoni iżda li jkunu għadhom qegħdin jinbnew jew jiġu żviluppati jiġu rreġistrati taħt “Assi li qegħdin jinbnew”. Il-kostijiet relatati huma trasferiti għall-klassijiet rilevanti tal-assi fissi ladarba l-assi jkunu disponibbli għall-użu.
Kirjiet
Il-BĊE jaġixxi kemm bħala lokatarju kif ukoll bħala sublokatur.
Il-BĊE bħala lokatarju
Għall-kirjiet kollha li għalihom il-BĊE huwa lokatarju u li jinvolvu assi tanġibbli, l-assi tad-dritt tal-użu u l-obbligazzjoni tal-lokazzjoni relatati huma rikonoxxuti fil-karta tal-bilanċ fid-data tal-bidu tal-lokazzjoni, jiġifieri ladarba l-assi jkun disponibbli għall-użu, u jiġu inklużi taħt il-klassijiet rilevanti tal-assi fissi ta’ “Assi fissi tanġibbli u intanġibbli” u taħt “Diversi” (obbligazzjonijiet) rispettivament. Meta l-kirjiet jikkonformaw mal-kriterji tal-kapitalizzazzjoni, iżda l-assi involut ikun għadu qed jinbena jew jiġi adattat, il-kostijiet imġarrba qabel id-data tal-bidu tal-kirja jiġu rreġistrati taħt “Assi taħt kostruzzjoni”.
Assi marbuta mad-dritt tal-użu jiġu vvalutati bil-prezz tal-akkwist nieqes id-deprezzament. Barra minn hekk, assi bid-dritt tal-użu relatati ma' binjiet ta’ uffiċċji huma soġġetti għal indeboliment (għal aktar informazzjoni dwar it-test annwali tal-indeboliment, ara “Assi fissi” hawn fuq). Id-deprezzament jiġi kkalkolat fuq bażi straight-line mid-data tal-bidu tal-lokazzjoni sa, jew it-tmiem tal-ħajja utli tal-assi bid-dritt ta’ użu jew it-tmiem tal-perjodu tal-lokazzjoni, skont liema jiġi l-ewwel.
L-obbligazzjoni tal-lokazzjoni titkejjel inizjalment bil-valur preżenti tal-pagamenti futuri tal-lokazzjoni (li jinkludu biss komponenti tal-kirja), skontati bl-użu tar-rata inkrementali tas-self tal-BĊE. Sussegwentement, ir-responsabbiltà tal-kirja titkejjel b’kost amortizzat bl-użu tal-metodu ta’ imgħax effettiv. L-ispiża tal-imgħax relatata tiġi rreġistrata taħt “Spiża tal-imgħax” fil-kont tal-qligħ u t-telf. Meta jkun hemm bidla fil-pagamenti ta’ kirja futura li tirriżulta minn bidla f’indiċi jew minn rivalutazzjoni oħra tal-kuntratt eżistenti, l-obbligazzjoni tal-kirja titkejjel mill-ġdid. Kull kejl mill-ġdid bħal dan jirriżulta f'aġġustament korrispondenti għall-ammont miżmum fil-kotba tal-assi bid-dritt tal-użu.
Kirjiet għal żmien qasir b’tul ta’ 12-il xahar jew inqas u kirjiet ta’ assi ta’ valur baxx taħt €10,000 (konsistenti mal-limitu użat għar-rikonoxximent ta’ assi fissi) jiġu rreġistrati bħala spiża fil-kont tal-profitt u t-telf.
Il-BĊE bħala sullokatur
Għal-kirjiet kollha li għalihom il-BĊE huwa sullokatur, il-BĊE jagħti lil partijiet terzi d-dritt li jużaw l-assi sottostanti (jew parti minn dak l-assi), filwaqt li l-kirja bejn is-sid oriġinali u l-BĊE (il-kirja prinċipali) tibqa’ fis-seħħ. Is-sullokazzjoni hija kklassifikata bħala kirja finanzjarja jew operatorja[37] b’referenza għall-assi tad-dritt tal-użu li tirriżulta mill-kirja prinċipali, aktar milli b’referenza għall-assi sottostanti.
Is-sullokazzjonijiet li għalihom il-BĊE huwa sullokatur huma kklassifikati bħala kirja finanzjarja. Għal tali kirjiet, il-BĊE jirtira minn taħt “Assi fissi eliġibbli u intanġibbli” l-assi bid-dritt tal-użu relatat mal-kirja prinċipali (jew parti minn tali assi) li jiġi ttrasferit lis-sullokatarju u jirrikonoxxi riċevibbli ta’ sullokazzjoni taħt “Diversi” (assi). L-obbligazzjoni ta’ kirja relatata mal-kirja prinċipali tibqa’ mhux affettwata mis-sullokazzjoni.
Fid-data tal-bidu tal-kirja, ir-riċevibbli tas-sublokazzjoni inizjalment jitkejjel bil-valur preżenti tal-ħlasijiet tal-kiri futuri li jakkumulaw għall-BĊE, skontati bl-użu tar-rata ta’ skont użata għall-lokazzjoni prinċipali. Sussegwentement, ir-riċevibbli tas-sullokazzjoni jitkejjel b’kost amortizzat bl-użu tal-metodu ta’ imgħax effettiv. L-introjtu mill-imgħax relatat jiġi rreġistrat taħt “Introjtu mill-imgħax” fil-kont tal-qligħ u t-telf.
Benefiċċji ta’ wara l-impjieg u benefiċċji oħra fit-tul
Ħarsa ġenerali lejn l-arranġamenti
Il-BĊE jħaddem skemi ta’ benefiċċji definiti għall-persunal tiegħu u għall-membri tal-Bord Eżekuttiv, kif ukoll għall-membri tal-Bord Superviżorju impjegati mill-BĊE.
L-iskema tal-pensjoni tal-persunal hija finanzjata b’assi miżmumin f’fond ta’ benefiċċji fit-tul għall-impjegati. Dan jinkludi pilastru ta’ benefiċċju definit u pilastru ta’ kontribuzzjoni definita. Kemm il-BĊE kif ukoll il-membri tal-persunal jagħmlu kontribuzzjonijiet obbligatorji għall-pilastru ta’ benefiċċju ddefinit tal-iskema. Il-membri tal-persunal jistgħu jagħmlu kontribuzzjonijiet volontarji addizzjonali għal pilastru ta’ kontribuzzjoni definita. Meta jirtiraw, il-membri tal-persunal jistgħu jikkonvertu l-valur akkumulat tal-kont tal-kontribuzzjoni definita tagħhom f’annwalità addizzjonali.[38]
Għall-membri tal-Bord Eżekuttiv u l-membri tal-Bord Superviżorju impjegati mill-BĊE, hemm fis-seħħ arranġamenti mhux iffinanzjati għal benefiċċji ta’ wara l-impjieg u benefiċċji oħra fit-tul (inklużi pensjonijiet). Għall-persunal, hemm fis-seħħ arranġamenti mhux iffinanzjati għal benefiċċji ta’ wara l-impjieg u benefiċċji oħra fit-tul (minbarra l-pensjonijiet).
Obbligazzjoni tal-benefiċċji definiti netti
L-obbligazzjoni rikonoxxuta taħt “Diversi” (obbligazzjonijiet) fil-karta tal-bilanċ fir-rigward tal-pjanijiet ta’ benefiċċju ddefiniti, inklużi benefiċċji oħra fit-tul, hi l-valur preżenti tal-obbligu tal-benefiċċji definiti fid-data tal-karta tal-bilanċ, li minnu jitnaqqas il-valur ġust tal-assi tal-pjan.
Il-valur preżenti tal-obbligu tal-benefiċċji ddefinit jiġi kalkulat kull sena minn attwarji indipendenti bl-użu tal-metodu tal-unità ta’ kreditu projettata. Dan isir billi jiġu skontati l-flussi tal-flus futuri stmati bl-użu ta’ rata li hija bbażata fuq ir-rendimenti tas-suq fid-data tal-karta bilanċjali ta’ bonds korporattivi denominati f’euro ta’ kwalità għolja li għandhom termini simili għall-maturità għall-obbligu relatat.
Il-gwadanni u t-telf attwarji jistgħu jirriżultaw minn aġġustamenti għall-esperjenza (fejn ir-riżultati attwali jkunu differenti mis-suppożizzjonijiet attwarji li jkunu saru qabel) u minn bidliet fis-suppożizzjonijiet attwarji.
Kost nett tal-benefiċċji definiti
Il-kost nett tal-benefiċċji definiti jinqasam f’komponenti rrapportati fil-kont tal-profitt u t-telf u kalkoli ġodda fir-rigward tal-benefiċċji ta’ wara l-impjieg li jidħlu fil-“Kontijiet ta’ rivalutazzjoni” tal-karta tal-bilanċ.
L-ammont nett li jidħol fil-kont tal-profitt u t-telf jiġbor fih:
- il-kost kurrenti tas-servizz tal-benefiċċji definiti dovuti għas-sena;
- il-kost tas-servizz tal-passat, jekk preżenti, tal-benefiċċji definiti li tirriżulta minn emenda fl-iskema;
- il-kost tal-imgħax nett bir-rata ta’ skont fuq l-obbligazzjoni tal-benefiċċju definit nett;
- kejl mill-ġdid fir-rigward ta’ benefiċċji oħra fit-tul.
L-ammont nett li jidher fil-“Kontijiet ta’ rivalutazzjoni” jinkludi l-partiti li ġejjin:
- gwadanni u telf attwarji fir-rigward ta’ benefiċċji ta’ wara l-impjieg;
- ir-redditu attwali fuq l-assi tal-iskema, minbarra l-ammonti inklużi fl-imgħax nett fuq l-obbligazzjoni netta tal-benefiċċji definiti.
Dawn l-ammonti jiġu ddeterminati kull sena minn attwarji indipendenti.
Bilanċi intra-SEBĊ/intra-Eurosistema
Il-bilanċi intra-SEBĊ jiġu primarjament mill-ħlasijiet transkonfinali fl-Unjoni Ewropea (UE) li jiġu konklużi f’euro bi flus tal-banek ċentrali. Dawn it-tranżazzjonijiet fil-biċċa l-kbira tagħhom isiru minn entitajiet privati (eż. istituzzjonijiet ta’ kreditu, korporazzjonijiet u individwi). Jiġu saldati f’TARGET – it-Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer system – u joħolqu bilanċi bilaterali fil-kontijiet ta’ TARGET tal-banek ċentrali tal-UE. Il-ħlasijiet li jsiru mill-BĊE u mill-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) jaffettwaw ukoll dawn il-kontijiet. Kull saldu jiġi awtomatikament aggregat u aġġustat biex jifforma parti minn pożizzjoni waħda għal kull BĊN fil-konfront tal-BĊE. Dawn il-pożizzjonijiet fil-kotba tal-BĊE jirrappreżentaw l-klejm jew l-obbligazzjoni netta ta’ kull BĊN kontra l-bqija tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali (SEBĊ). Il-movimenti fil-kontijiet tat-TARGET huma riflessi fir-rekords tal-kontabilità tal-BĊE u tal-BĊNi fuq bażi ta’ kuljum.
Il-bilanċi fi ħdan l-Eurosistema tal-BĊN taż-żona tal-euro vis-à-vis il-BĊE li jirriżultaw minn TARGET huma ppreżentati fil-karta tal-bilanċ tal-BĊE bħala pożizzjoni waħda netta tal-assi jew tal-obbligazzjonijiet u jidhru taħt “Pretensjonijiet relatati ma’ TARGET (netti)” jew “Obbligazzjonijiet relatati ma’ TARGET (netti)”. Il-bilanċi f’intra-SEBĊ ta’ BĊNi barra ż-żona tal-euro meta mqabbla mal-BĊE, li jirriżultaw mill-parteċipazzjoni tagħhom f’TARGET,[39] huma divulgati taħt “Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona tal-euro denominati f’euro”.
Il-bilanċi fi ħdan l-Eurosistema mill-allokazzjoni ta’ karti tal-flus tal-euro fl-Eurosistema jidħlu bħala assi wieħed nett fi “Pretensjonijiet relatati mal-allokazzjoni ta’ karti tal-flus tal-euro fi ħdan l-Eurosistema” (ara “Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni” hawn taħt).
Il-bilanċi fi ħdan l-Eurosistema mit-trasferiment ta’ assi f’riżervi barranin lill-BĊE mill-BĊN li jissieħbu fl-Eurosistema huma denominati f’euro u jidħlu f’“Obbligazzjonijiet ekwivalenti għat-trasferiment ta’ riżervi barranin”.
Bilanċi oħra intra-Eurosistema denominati f’euro (eż. it-tqassim tal-profitt interim tal-BĊE lill-BĊNi, jekk ikun hemm), huma ppreżentati fil-karta tal-bilanċ tal-BĊE bħala pożizzjoni waħda netta tal-assi jew tal-obbligazzjonijiet taħt “Pretensjonijiet oħra fi ħdan l-Eurosistema (netti)” jew “Obbligazzjonijiet oħra fi ħdan l-Eurosistema (netti)”.
Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni
Il-BĊE u l-BĊNi taż-żona tal-euro, li flimkien jikkostitwixxu l-Eurosistema, joħorġu l-karti tal-flus tal-euro.[40] Il-valur totali tal-karti tal-flus tal-euro fiċ-ċirkolazzjoni jiġi allokat lill-banek ċentrali tal-Eurosistema fl-aħħar jum tax-xogħol ta’ kull xahar skont l-iskema tal-allokazzjoni tal-karti tal-flus.[41]
Il-BĊE ġie allokat sehem ta’ 8% tal-valur totali tal-karti tal-flus tal-euro fiċ-ċirkolazzjoni, li huwa divulgat fil-karta tal-bilanċ fil-partita tal-obbligazzjonijiet “Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni”. Is-sehem tal-BĊE fil-karti tal-flus tal-euro fiċ-ċirkolazzjoni huwa kopert bi pretensjonijiet fil-konfront tal-BĊN. Dawn il-pretensjonijiet, li jagħtu l-imgħax,[42] huma ddivulgati taħt “Pretensjonijiet relatati mal-allokazzjoni ta’ karti tal-flus tal-euro fi ħdan l-Eurosistema” (ara “Bilanċi intra-SEBĊ/intra-Eurosistema” hawn fuq). L-introjtu mill-imgħax fuq dawn il-pretensjonijiet huwa inkluż fil-kont tal-profitt u t-telf taħt "Introjtu mill-imgħax".
Provvediment kontra riskji finanzjarji
Il-Kunsill Governattiv jista’ jiddeċiedi li jittrasferixxi dan l-introjtu tal-BĊE kollu jew parti minnu għal provvediment kontra riskji finanzjarji. Dan il-provvediment jista’ jintuża sal-grad meqjus bħala meħtieġ mill-Kunsill Governattiv sabiex jiġi paċut telf li jseħħ bħala riżultat ta’ skoperturi għal riskji finanzjarji. Id-daqs u r-rekwiżit kontinwu għall-provvediment għal riskji finanzjarji jiġu rieżaminati kull sena, abbażi tal-valutazzjoni tal-BĊE tal-iskopertura tiegħu għal dawn ir-riskji u b’kunsiderazzjoni ta’ firxa ta’ fatturi, sakemm id-daqs tiegħu ma jkunx żero u, fl-istess ħin, ma jkun hemm l-ebda introjtu tal-BĊE li għandu jiġi ttrasferit lilu.[43]
Tqassim tal-profitti interim
Ammont li jkun daqs id-dħul tal-BĊE mill-karti tal-flus tal-euro fiċ-ċirkolazzjoni u d-dħul mit-titoli miżmumin għall-għanijiet tal-politika monetarja mixtrija (i) fil-Programm tas-Swieq tat-Titoli; (ii) fit-tielet programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti; (iii) fil-programm ta’ xiri ta’ titoli koperti b’assi; (iv) fil-programm ta’ xiri ta’ assi mis-settur pubbliku; u (v) fil-programm ta’ xiri tal-emerġenza pandemika jitqassam f’Jannar tas-sena ta’ wara permezz ta’ tqassim tal-profitt interim, sakemm il-Kunsill Governattiv ma jiddeċidix mod ieħor.[44] Kull deċiżjoni ta’ dan it-tip tittieħed meta, fuq il-bażi ta’ stima motivata mħejjija mill-Bord Eżekuttiv, il-Kunsill Governattiv jistenna li l-BĊE jkollu telf ġenerali annwali jew jagħmel profitt annwali li jkun inqas minn dan l-introjtu. Il-Kunsill Governattiv jista’ jiddeċiedi wkoll li jittrasferixxi dan id-dħul kollu jew parti minnu għal provvediment għal riskji finanzjarji (ara “Provvediment għal riskji finanzjarji” fuq).
Barra minn hekk, il-Kunsill Governattiv jista’ jiddeċiedi li jnaqqas l-ammont tad-dħul fuq il-karti tal-flus tal-euro fiċ-ċirkolazzjoni li għandu jitqassam f'Jannar bl-ammont tal-kostijiet imġarrbin mill-BĊE fir-rigward tal-ħruġ u l-ipproċessar tal-karti tal-flus tal-euro.
Avvenimenti wara l-karta tal-bilanċ
Il-valuri tal-assi u l-obbligazzjonijiet jiġu aġġustati għal avvenimenti li jseħħu bejn id-data tal-karta tal-bilanċ annwali u d-data meta l-Bord Eżekuttiv jawtorizza l-preżentazzjoni tal-Kontijiet Annwali tal-BĊE għall-approvazzjoni tal-Kunsill Governattiv, jekk dawn l-avvenimenti jaffettwaw materjalment il-kundizzjoni tal-assi u l-obbligazzjonijiet fid-data tal-karta tal-bilanċ.
Avvenimenti importanti post karta tal-bilanċ li ma jaffettwawx il-kundizzjoni tal-assi u l-obbligazzjonijiet fid-data tal-karta tal-bilanċ jidhru fin-noti.
Bidliet fil-politika tal-kontabilità
Fl-2025 ma kien hemm ebda bidla fil-politika tal-kontabilità applikata mill-BĊE.
Kwistjonijiet oħra
Fit-13 ta’ Marzu 2024, il-Kunsill Governattiv iddeċieda dwar bidliet fil-qafas operattiv għall-implimentazzjoni tal-politika monetarja.[45] Fl-istess kuntest, il-Kunsill Governattiv iddeċieda wkoll li mill-1 ta’ Jannar 2025 ir-rata tal-imgħax applikata għall-faċilità ta’ depożitu offruta mill-Eurosistema ssir il-bażi għar-remunerazzjoni ta’ (i) pretensjonijiet relatati mal-allokazzjoni ta’ karti tal-flus tal-euro fi ħdan l-Eurosistema, (ii) bilanċi tat-TARGET dovuti minn/lill-BĊNi, u (iii) obbligazzjonijiet ekwivalenti għat-trasferiment ta’ riżervi barranin. Sa tmiem is-sena 2024, il-bażi għal din ir-remunerazzjoni kienet ir-rata tal-imgħax użata mill-Eurosistema fis-sejħiet għall-offerti tagħha għal operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament.
Ħatra ta’ awditur estern
Skont l-Artikolu 27 tal-Istatut tas-SEBĊ, u abbażi ta’ rakkomandazzjoni tal-Kunsill Governattiv, il-Kunsill tal-UE inizjalment approva l-ħatra ta’ Forvis Mazars GmbH & Co. KG Wirtschaftsprüfungsgesellschaft Steuerberatungsgesellschaft, Hamburg (Repubblika Federali tal-Ġermanja) bħala l-awdituri esterni tal-BĊE għal perjodu ta’ 5 snin sa tmiem is-sena finanzjarja 2029. Dan il-perjodu ta’ 5 snin jista’ jiġi estiż sa sentejn finanzjarji addizzjonali.
2.4 Noti għall-karta tal-bilanċ
Nota 1 - Deheb u ammonti riċevibbli f’deheb
L-investimenti tal-BĊE f’deheb kienu skont kif ġej:
2025 | 2024 | |
|---|---|---|
Kwantità | ||
Uqiji ta’ deheb fin 1 | 16,285,778 | 16,285,778 |
Prezz | ||
Dollari Amerikani għal kull uqija ta’ deheb fin | 4,311.200 | 2,608.750 |
Dollari Amerikani għal kull euro | 1.1750 | 1.0389 |
Valur tas-suq (miljuni ta’ EUR) | 59,754 | 40,895 |
1) Dan jikkorrispondi għal 506.5 tunnellata kemm għall-2025 kif ukoll għall-2024.
Iż-żieda fil-valur ekwivalenti f’euro ta’ dawn l-investimenti kien dovut għaż-żieda fil-prezz tas-suq tad-deheb f’termini ta’ euro (ara “Assi u obbligazzjonijiet f’deheb u f’munita barranija” fit-Taqsima 2.3 “Politika tal-kontabilità” u n-nota 14 “Kontijiet ta’ rivalwazzjoni”).
Nota 2 - Pretensjonijiet kontra persuni mhux residenti fiż-żona tal-euro u residenti taż-żona tal-euro denominati f’muniti barranin
Nota 2.1 - Ammonti riċevibbli mill-FMI
Din il-partita tirrappreżenta l-investimenti tal-BĊE f’SDRs, li ammontaw għal EUR 1,772 miljun fil-31 ta’ Diċembru 2025 (2024: €2,227 miljun). Il-parteċipazzjonijiet jirriżultaw bħala riżultat ta’ arranġament kummerċjali reċiproku volontarju mal-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI) ta’ xiri u bejgħ ta’ SDRs fejn l-FMI huwa awtorizzat jorganizza bejgħ jew xiri ta’ SDRs bl-euro, f’isem il-BĊE, fi ħdan livelli minimi u massimi ta’ investiment. Għall-għanijiet tal-kontabilità, l-SDRs jitqiesu bħala munita barranija (ara “Assi u obbligazzjonijiet f’deheb u f’munita barranija” fit-Taqsima 2.3 “Politika tal-kontabilità”). Il-parteċipazzjonijiet ta’ SDRs tal-BĊE naqsu fl-2025 prinċipalment bħala riżultat ta’ tranżazzjonijiet li seħħew fil-kuntest tal-ftehim ta’ negozjar volontarju msemmi hawn fuq. Barra minn hekk, id-deprezzament tal-SDR meta mqabbel mal-euro matul l-2025 ikkontribwixxa għaż-żieda fil-valur ekwivalenti għall-euro ta’ dawn l-investimenti.
Nota 2.2 – Bilanċi ma’ banek u investimenti f’titoli, self estern u assi esterni oħra; u pretensjonijiet fil-konfront ta’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’muniti barranin
Dawn iż-żewġ partiti jikkonsistu f’bilanċi ma’ banek u self denominat f’munita barranija, u f’investimenti f’titoli denominati f’dollari Amerikani, yen Ġappuniżi u renminbi Ċiniżi.
Il-komponenti ta’ din il-partita kienu kif ġej:
(miljuni ta’ EUR)
2025 | 2024 | Bidla | |
|---|---|---|---|
Pretensjonijiet fil-konfront ta’ persuni mhux residenti fiż-żona tal-euro | |||
Kontijiet kurrenti1 | 4,685 | 3,809 | 876 |
Depożiti fis-suq monetarju | 1,384 | 737 | 647 |
Ftehimiet ta’ repo rriversjat | 1,777 | 3,209 | (1,432) |
Investimenti f’titoli | 45,146 | 48,135 | (2,989) |
Pretensjonijiet totali fil-konfront ta’ persuni mhux residenti fiż-żona tal-euro | 52,992 | 55,890 | (2,899) |
Pretensjonijiet kontra residenti taż-żona tal-euro | |||
Kontijiet kurrenti | 25 | 17 | 8 |
Depożiti fis-suq monetarju | 670 | 1,464 | (794) |
Ftehimiet ta’ repo rriversjat | 1,541 | 2,613 | (1,072) |
Pretensjonijiet totali kontra residenti taż-żona tal-euro | 2,236 | 4,094 | (1,858) |
Total | 55,228 | 59,985 | (4,757) |
1) Sa mill-2025, il-BĊE jippreżenta investiment mil-lum għall-għada ta’ bilanċi tal-flus taħt “Ftehimiet ta’ repo rriversjat” jekk dawn il-fondi jkunu parti minn akkomunament ta’ riakkwist. Il-bilanċi relatati ta’ EUR 2,968 miljun fi tmiem l-2024 ġew riklassifikati minn “Kontijiet kurrenti” għal “Ftehimiet ta’ repo rriversjat” skont dan.
Il-valur totali ta' dawn il-partiti naqas fl-2025, l-iżjed minħabba d-deprezzament tad-dollaru Amerikan u tal-yen Ġappuniż kontra l-euro. Dan it-tnaqqis kien parzjalment paċut, prinċipalment mill-introjtu ggwadanjat matul is-sena fuq il-portafoll tad-dollaru Amerikan.
L-investimenti netti f’muniti barranin [46] kienu skont kif ġej:
(munita barranija, miljuni)
2025 | 2024 | |
|---|---|---|
Dollari Amerikani | 53,316 | 55,047 |
Yen Ġappuniż | 1,715,294 | 1,087,826 |
Renminbi Ċiniżi | 4,802 | 4,694 |
Matul l-ewwel trimestru tal-2025, il-BĊE biegħ porzjon żgħir tal-parteċipazzjonijiet tiegħu f’dollari Amerikani u investa mill-ġdid kompletament ir-rikavati fil-yen Ġappuniż. Dan kien parti minn riekwilibriju standard tal-kompożizzjoni tar-riżervi barranin tiegħu biex jallinja mal-allokazzjoni fil-mira.
Ma sar ebda intervent tal-kambju barrani matul l-2025.
Nota 3 – Pretensjonijiet oħra kontra istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro denominati f’euro
Fil-31 ta’ Diċembru 2025, din il-partita kienet tikkonsisti mill-bilanċi tal-kont kurrenti ma’ residenti taż-żona tal-euro li kienu jammontaw għal EUR 1 miljun (2024: €2 miljun).
Nota 4 – Titoli ta’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’euro
Nota 4.1 - Titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja
Fil-31 ta’ Diċembru 2025, din il-partita kienet tikkonsisti f’titoli ta’ dejn akkwistati mill-BĊE taħt il-Programm tas-Swieq tat-Titoli (SMP, Securities Markets Programme), it-tielet programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti (CBPPs, third covered bond purchase programme), il-programm ta’ xiri ta’ titoli koperti b’assi (ABSPP, asset-backed securities purchase programme), il-programm ta’ xiri mis-settur pubbliku (PSPP, public sector purchase programme) u l-programm ta’ xiri tal-emerġenza pandemika (PEPP, pandemic emergency purchase programme).
Data tal-bidu | Data tat-tmiem1 | Deċiżjoni | Univers ta’ titoli eliġibbli2 | |
|---|---|---|---|---|
Programm tas-Swieq tat-Titoli (SMP) | ||||
SMP | Mejju 2010 | Settembru 2012 | BĊE/2010/5 | Titoli ta’ dejn pubbliku u privat maħruġin fiż-żona tal-euro3 |
Programm ta' xiri ta' assi (APP) | ||||
CBPP3 | Ottubru 2014 | Ġunju 2023 | BĊE/2020/8, kif emendat | Bonds garantiti ta’ residenti taż-żona tal-euro |
ABSPP | Novembru 2014 | Ġunju 2023 | BĊE/2014/45, kif emendat | Porzjonijiet intermedji superjuri u garantiti ta’ titoli garantiti b’assi ta’ residenti taż-żona tal-euro |
PSPP | Marzu 2015 | Ġunju 2023 | BĊE/2020/9 | Bonds maħruġa minn gvernijiet ċentrali, reġjonali jew lokali taż-żona tal-euro jew aġenziji rikonoxxuti kif ukoll minn organizzazzjonijiet internazzjonali u banek ta’ żvilupp multilaterali li jinsabu fiż-żona tal-euro |
CSPP4 | Ġunju 2016 | Ġunju 2023 | BĊE/2016/16, kif emendat | Bonds u karti kummerċjali maħruġa minn korporazzjonijiet mhux bankarji stabbiliti fiż-żona tal-euro |
Programm ta’ xiri għall-emerġenza pandemika (PEPP) | ||||
PEPP | Marzu 2020 | Diċembru 2024 | BĊE/2020/17, kif emendat | Il-kategoriji kollha ta’ assi eliġibbli taħt l-APP |
1) għall-SMP, “Data tat-tmiem” tirreferi għad-data tat-terminazzjoni tal-programm, filwaqt li għall-APP u għall-PEPP hija tirrappreżenta d-data finali tax-xiri.
2) Aktar kriterji ta’ eliġibbiltà għall-programmi individwali jistgħu jinstabu fid-deċiżjonijiet relevanti tal-Kunsill Governattiv.
3) Titoli ta’ dejn pubbliku maħruġa minn ħames teżoreriji taż-żona tal-euro biss inxtraw taħt l-SMP.
4) Il-BĊE ma akkwistax titoli taħt il-programm ta’ xiri mis-settur korporattiv (CSPP).
Fl-2025, il-programm ta’ xiri ta’ assi (APP, asset purchase programme)[47] u[48] l-portafolli tal-PEPP komplew jonqsu b’pass meqjus u prevedibbli, peress li l-Eurosistema ma baqgħetx tinvesti mill-ġdid il-pagamenti prinċipali minn titoli li jimmaturaw.
It-titoli ta’ dejn akkwistati mill-BĊE f’dawn il-programmi jitqiesu fuq bażi tal-kost amortizzat, soġġett għal indeboliment (ara “Titoli” fit-Taqsima 2.3 “Politiki tal-kontabilità”).
Il-kost amortizzat tat-titoli tad-dejn miżmumin mill-BĊE kif ukoll il-valur tas-suq tagħhom[49] (li ma jidħolx fil-karta tal-bilanċ jew fil-kont tal-profitt u t-telf, u qed jingħata għal finijiet ta’ tqabbil biss) kienu kif ġej:
(miljuni ta’ EUR)
2025 | 2024 | Bidla | ||||
|---|---|---|---|---|---|---|
Kost | Valur | Kost | Valur | Kost | Valur | |
SMP | 185 | 190 | 286 | 298 | (101) | (108) |
APP | ||||||
CBPP3 | 17,326 | 15,953 | 20,437 | 18,844 | (3,111) | (2,891) |
ABSPP | 3,038 | 3,006 | 7,047 | 6,979 | (4,010) | (3,973) |
PSPP – titoli tal-gvern/aġenzija | 166,126 | 149,387 | 192,664 | 175,885 | (26,539) | (26,498) |
Total APP | 186,490 | 168,345 | 220,149 | 201,708 | (33,659) | (33,362) |
PEPP | ||||||
PEPP – bonds koperti | 786 | 710 | 867 | 781 | (80) | (71) |
PEPP – titoli tal-gvern/aġenzija | 137,804 | 121,407 | 155,480 | 138,927 | (17,676) | (17,520) |
Total PEPP | 138,590 | 122,118 | 156,347 | 139,709 | (17,756) | (17,591) |
Total | 325,265 | 290,653 | 376,781 | 341,714 | (51,516) | (51,061) |
Il-bidliet matul is-sena fil-kost amortizzat tat-titoli ta’ dejn miżmuma mill-BĊE kienu kif ġej:
(miljuni ta’ EUR)
2024 | Xiri 1 | Fidi | Skont nett/ | 2025 | |
|---|---|---|---|---|---|
SMP | 286 | - | (105) | 4 | 185 |
APP | |||||
CBPP3 | 20,437 | - | (3,102) | (9) | 17,326 |
ABSPP | 7,047 | - | (3,978) | (32) | 3,038 |
PSPP – titoli tal-gvern/aġenzija | 192,664 | (102) | (25,328) | (1,108) | 166,126 |
Total APP | 220,149 | (102) | (32,408) | (1,149) | 186,490 |
PEPP | |||||
PEPP – bonds koperti | 867 | - | (81) | 1 | 786 |
PEPP – titoli tal-gvern/aġenzija | 155,480 | - | (16,545) | (1,131) | 137,804 |
Total PEPP | 156,347 | - | (16,626) | (1,131) | 138,590 |
Total | 376,781 | (102) | (49,139) | (2,275) | 325,265 |
1) għall-APP, wara l-waqfien tal-investimenti mill-ġdid, din il-kolonna tista’ turi ammonti negattivi li jirriżultaw mill-bejgħ ta’ titoli mwettaq primarjament biex tiġi żgurata l-konformità mal-qafas tal-kontroll tar-riskju.
2) “Skont/(primjum) nett” jinkludi gwadann/(telf) nett realizzat, jekk ikun hemm.
Il-Kunsill Governattiv jivvaluta regolarment ir-riskji finanzjarji assoċjati mat-titoli miżmumin f’dawn il-programmi.
F’dan il-kuntest, it-testijiet tal-indeboliment isiru kull sena bl-użu ta’ data ta’ tmiem is-sena, u jiġu approvati mill-Kunsill Governattiv. F’dawn it-testijiet, l-indikaturi tal-indeboliment jiġu valutati separatament għal kull programm. Fil-każijiet fejn jiġu osservati indikaturi tal-indeboliment, issir analiżi oħra biex tikkonferma li l-flussi tal-likwidità tat-titoli bażi ma jkunux ġew affettwati minn avveniment ta’ indeboliment. Skont ir-riżultati tat-testijiet tal-indeboliment ta’ din is-sena, ma ġie reġistrat ebda telf mill-BĊE fuq it-titoli ta’ dejn miżmumin fil-portafolji tiegħu tal-politika monetarja fl-2025.
Il-kost amortizzat[50] tat-titoli miżmuma mill-Eurosistema kien kif ġej:
(miljuni ta’ EUR)
2025 | 2024 | |||||
|---|---|---|---|---|---|---|
BĊE | BĊN taż-żona tal-euro | Total Eurosistema | BĊE | BĊN taż-żona tal-euro | Total Eurosistema | |
SMP | 185 | 521 | 706 | 286 | 1,050 | 1,336 |
APP | ||||||
CBPP3 | 17,326 | 193,147 | 210,473 | 20,437 | 232,571 | 253,009 |
ABSPP | 3,038 | - | 3,038 | 7,047 | - | 7,047 |
PSPP – titoli tal-gvern/aġenzija | 166,126 | 1,495,709 | 1,661,835 | 192,664 | 1,704,258 | 1,896,922 |
PSPP – titoli sovranazzjonali | - | 197,845 | 197,845 | - | 227,808 | 227,808 |
CSPP | - | 248,543 | 248,543 | - | 288,377 | 288,377 |
Total APP | 186,490 | 2,135,245 | 2,321,734 | 220,149 | 2,453,015 | 2,673,164 |
PEPP | ||||||
PEPP – bonds koperti | 786 | 4,339 | 5,125 | 867 | 5,097 | 5,964 |
PEPP – titoli tal-gvern/aġenzija | 137,804 | 1,090,166 | 1,227,970 | 155,480 | 1,243,391 | 1,398,871 |
PEPP – titoli sovranazzjonali | - | 148,959 | 148,959 | - | 158,931 | 158,931 |
PEPP – titoli tas-settur korporattiv | - | 40,965 | 40,965 | - | 45,105 | 45,105 |
Total PEPP | 138,590 | 1,284,429 | 1,423,019 | 156,347 | 1,452,524 | 1,608,871 |
Total | 325,265 | 3,420,194 | 3,745,459 | 376,781 | 3,906,590 | 4,283,371 |
Nota: Iċ-ċifri tal-“BĊN taż-żona tal-euro” huma preliminari u jistgħu jkunu soġġetti għal reviżjoni, li tirriżulta wkoll f’bidla ekwivalenti fiċ-ċifri tat-“Total Eurosistema”.
Nota 5 - Pretensjonijiet fi ħdan l-Eurosistema
Nota 5.1 - Pretensjonijiet relatati mal-allokazzjoni ta’ karti tal-flus tal-euro fi ħdan l-Eurosistema
Din il-partita tikkonsisti fil-pretensjonijiet tal-BĊE vis-à-vis il-BĊN taż-żona tal-euro relatati mal-allokazzjoni ta’ karti tal-flus tal-euro fl-Eurosistema (ara “Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni” fit-Taqsima 2.3 “Politiki tal-kontabilità). Fil-31 ta’ Diċembru 2025, it-total ammonta għal EUR 129,563 miljun (2024: €127,067 miljun). Sa mill-1 ta’ Jannar 2025, ir-remunerazzjoni ta’ dawn il-pretensjonijiet ġiet ikkalkulata fuq bażi ta’ kuljum bl-aħħar rata tal-imgħax disponibbli applikata għall-faċilità ta’ depożitu offruta mill-Eurosistema. Sa dik id-data, din ir-remunerazzjoni kienet ikkalkolata bl-aħħar rata tal-imgħax disponibbli użata mill-Eurosistema fis-sejħiet għall-offerti tagħha għal operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament (ara “Ħruġ ieħor” fit-Taqsima 2.3 “Politika ta’ kontabbiltà” u n-nota 22.2 “Introjtu mill-imgħax li jirriżulta mill-pretensjonijiet relatati mal-allokazzjoni tal-karti tal-flus tal-euro fi ħdan l-Eurosistema”).
Nota 6 - Assi oħra
Nota 6.1 - Assi fissi tanġibbli u intanġibbli
L-assi fissi tanġibbli u intanġibbli kienu skont kif ġej:
(miljuni ta’ EUR)
2025 | 2024 | Bidla | |
|---|---|---|---|
Kost | |||
Art u bini | 1,004 | 1,015 | (11) |
Bini bid-dritt tal-użu | 332 | 352 | (20) |
Impjanti fil-bini | 222 | 222 | (0) |
Hardware u software tal-IT | 141 | 142 | (1) |
Tagħmir tekniku, għamara u vetturi bil-mutur | 117 | 114 | 3 |
Tagħmir bid-dritt tal-użu | 0 | 1 | (1) |
Assi li qegħdin jinbnew | 0 | 10 | (9) |
Assi fissi oħra | 11 | 11 | (0) |
Kost totali | 1,827 | 1,866 | (39) |
Deprezzament akkumulat | |||
Artijiet u bini | (256) | (251) | (5) |
Bini bid-dritt tal-użu | (102) | (243) | 141 |
Impjanti fil-bini | (172) | (160) | (12) |
Hardware u software tal-IT | (137) | (135) | (2) |
Tagħmir, għamara u vetturi bil-mutur | (102) | (102) | 0 |
Tagħmir bid-dritt tal-użu | (0) | (1) | 1 |
Assi fissi oħra | (4) | (4) | (0) |
Total tad-deprezzament akkumulat | (772) | (895) | 123 |
Valur kontabilistiku totali nett | 1,055 | 971 | 84 |
Fl-2025, il-BĊE rrikonoxxa bini ġdid ta’ uffiċċji mikri taħt “Bini bid-dritt tal-użu”. Iż-żieda relatata fil-kost għal din il-klassi ta’ assi kienet aktar minn ikkumpensata bl-irtirar tar-rikonoxximent ta’ bini ta’ uffiċċji mikri ieħor meta ntemm it-terminu tal-kirja tiegħu, li wassal ukoll għal tnaqqis korrispondenti fid-deprezzament akkumulat relatat.
Fi tmiem is-sena, sar test tal-indeboliment fuq il-bini ewlieni tal-BĊE u fuq il-bini tal-uffiċċji bid-dritt tal-użu u ma ġie reġistrat ebda telf minħabba indeboliment.
Nota 6.2 - Assi finanzjarji oħra
Din il-partita tikkonsisti prinċipalment mill-portafoll tal-fondi proprji tal-BĊE, li fil-biċċa l-kbira jikkonsisti minn investimenti tal-kapital imħallas tal-BĊE kif ukoll minn ammonti mwarrba fil-fond tar-riżervi ġenerali u fil-provvediment kontra r-riskji finanzjarji. Din tinkludi wkoll 3,211-il sehem fil-Bank għall-Ħlasijiet Internazzjonali (BIS, Bank for International Settlements) bil-kost tal-akkwist ta’ €42 miljun u kontijiet kurrenti oħrajn denominati f’euro.
Il-komponenti ta’ din il-partita kienu kif ġej:
(miljuni ta’ EUR)
2025 | 2024 | Bidla | |
|---|---|---|---|
Kontijiet kurrenti f’euro | 41 | 45 | (4) |
Titoli denominati f’euro | 21,612 | 21,269 | 343 |
Ftehimiet riversjati ta’ riakkwist f’euro | 1,516 | 1,425 | 91 |
Assi finanzjarji oħra | 42 | 42 | (0) |
Total | 23,211 | 22,781 | 430 |
Iż-żieda netta f’din il-partita fl-2025 kienet dovuta primarjament għall-investiment mill-ġdid tal-introjtu mill-imgħax iġġenerat mill-portafoll tal-fondi proprji.
Nota 6.3 - Differenzi fir-rivalutazzjoni ta’ strumenti barra mill-karta tal-bilanċ
Din il-partita tikkonsisti primarjament minn bidliet fil-valutazzjoni tat-tranżazzjonijiet swap u forward f’munita barranija li kienu pendenti fil-31 ta’ Diċembru 2025 (ara n-nota 20 “Tranżazzjonijiet swap u forward tal-kambju barrani”). Dawn il-bidliet fil-valutazzjoni ammontaw għal €273 miljun (2024: €681 miljun). Huma r-riżultat tat-traduzzjoni ta' tranżazzjonijiet simili fl-ekwivalenti tagħhom f’euro bir-rati tal-kambju tad-data tal-karta tal-bilanċ, imqabblin mal-valuri f’euro li jirriżultaw mit-traduzzjoni tat-tranżazzjonijiet bil-kost medju tal-munita barranija rispettiva f’dik id-data (ara “Strumenti esklużi mill-karta tal-bilanċ” u “Assi u obbligazzjonijiet f’deheb u f’munita barranija” fit-Taqsima 2.3, “Politika tal-kontabilità”).
Nota 6.4 - Dovuti u spejjeż imħallsin bil-quddiem
Id-dovuti u l-ispejjeż imħallsa minn qabel kienu skont kif ġej:
(miljuni ta’ EUR)
2025 | 2024 | Bidla | |
|---|---|---|---|
Imgħax akkumulat fuq bilanċi TARGET dovuti mill-BĊNi | 2,207 | 3,656 | (1,449) |
Imgħax dovut fuq pretensjonijiet relatati mal-allokazzjoni ta’ karti tal-flus tal-euro fi ħdan l-Eurosistema | 651 | 1,093 | (442) |
Imgħax akkumulat fuq titoli | 3,386 | 3,519 | (133) |
Dħul akkumulat relatat mal-kompiti superviżorji | 690 | 681 | 9 |
Dovuti oħra u spejjeż imħallsin bil-quddiem | 175 | 210 | (35) |
Total | 7,108 | 9,158 | (2,050) |
Fil-31 ta’ Diċembru 2025 din l-entrata kienet tinkludi imgħax ta’ kupun dovut fuq titoli, inkluż imgħax pendenti mħallas mal-akkwiżizzjoni (ara n-nota 2.2 “Bilanċi ma’ banek u investimenti f’titoli, self estern u assi esterni oħra”; u “Pretensjonijiet ma’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’muniti barranin”, in-nota 4.1 “Titoli miżmuma għall-finijiet tal-politika monetarja” u n-nota 6.2 “Assi finanzjarji oħra”).
Kienet tinkludi wkoll imgħax akkumulat riċevibbli fuq bilanċi TARGET dovuti minn BĊNi taż-żona tal-euro għal Diċembru 2025 (ara n-nota 11.2 “Obbligazzjonijiet relatati mat-TARGET (netti)”) u imgħax akkumulat riċevibbli mingħand BĊNi taż-żona tal-euro għall-aħħar trimestru tal-2025 fir-rigward tal-pretensjonijiet tal-BĊE relatati mal-allokazzjoni ta’ karti tal-flus tal-euro fi ħdan l-Eurosistema (ara n-nota 5.1 “Pretensjonijiet relatati mal-allokazzjoni ta’ karti tal-flus tal-euro fi ħdan l-Eurosistema”). Dawn l-ammonti tħallsu f’Jannar 2026.
Id-dħul akkumulat relatat mal-kompiti superviżorji jikkorrispondi mat-tariffi superviżorji li għandhom jiġu riċevuti għall-perjodu tariffarju 2025 li se jinġabru fl-2026 (ara n-nota 25 “Dħul/(spejjeż) netti mit-tariffi u l-kummissjonijiet”).[51]
Il-bqija ta’ din il-partita kienet tinkludi prinċipalment (i) introjtu dovut minn proġetti u servizzi tas-SEBĊ (ara n-nota 27 “Introjtu ieħor”), (ii) prepagamenti mixxellanji, u (iii) introjtu mill-imgħax dovut fuq strumenti finanzjarji oħra.
Nota 6.5 - Diversi
Fil-31 ta’ Diċembru 2025, din il-partita ammontat għal EUR 110 miljun (2024: €53 miljun) u kienet tinkludi prinċipalment bilanċi b’valur ta’ €78 miljun (2024: EUR 24 miljun) relatati ma' tranżazzjonijiet swap u forward f’muniti barranin li kienu pendenti fil-31 ta’ Diċembru 2025 (ara n-nota 20, “Tranżazzjonijiet swap u forward tal-kambju barrani”). Dawn il-bilanċi ħarġu mit-traduzzjoni ta’ tranżazzjonijiet simili fl-ekwivalenti f’euro bil-kost medju tal-munita rispettiva fid-data tal-karta tal-bilanċ; imqabbel mal-valuri f’euro li bihom it-tranżazzjonijiet daħlu fil-kontijiet għall-ewwel darba (ara “Strumenti esklużi mill-karta tal-bilanċ” fit-Taqsima 2.3 “Politika tal-kontabilità”).
Inkludiet ukoll riċevibbli fir-rigward ta’ proġetti u servizzi tas-SEBĊ (ara n-nota 27 “Dħul ieħor”) u bilanċi fir-rigward ta’ taxxa fuq il-valur miżjud li tista’ tiġi rkuprata.
Nota 7 - Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni
Din il-partita tikkonsisti mis-sehem tal-BĊE (8%) mit-total tal-karti tal-flus tal-euro fiċ-ċirkolazzjoni (ara “Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni” fit-Taqsima 2.3 “Politiki tal-kontabilità”), li fil-31 ta’ Diċembru 2025 ammontat għal EUR 129,563 miljun (2024: €127,067 miljun).
Nota 8 – Obbligazzjonijiet oħra ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro denominati f’euro
Il-banek ċentrali tal-Eurosistema jitħallew jaċċettaw flus kontanti bħala kollateral fil-faċilitajiet tagħhom ta’ self ta’ titoli fil-PSPP u fil-PEPP tas-settur pubbliku, mingħajr ma jkollhom jerġgħu jinvestuhom. Fil-każ tal-BĊE, dawn l-operazzjonijiet isiru permezz ta’ istituzzjonijiet speċjalizzati.
Din il-partita tinkludi l-bilanċi li jirriżultaw minn tali tranżazzjonijiet ta’ self pendenti mwettqa ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro. Peress li l-flus kontanti riċevuti bħala kollateral ġew ittrasferiti lill-kontijiet tat-TARGET bħala kollateral baqgħu mhux investiti fi tmiem is-sena, dawn it-tranżazzjonijiet ġew irreġistrati fil-karta tal-bilanċ (ara “Tranżazzjonijiet inversi” fit-Taqsima 2.3 “Politiki kontabilistiċi” u n-nota 17 “Programmi ta’ self ta’ titoli”).[52]
Nota 9 - Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra taż-żona tal-euro denominati f’euro
Nota 9.1 - Amministrazzjoni pubblika
Fil-31 ta’ Diċembru 2025, din il-partita kienet tikkonsisti minn depożiti tal-Faċilità Ewropea ta' Stabbiltà Finanzjarja (EFSF, European Financial Stability Facility) li ammontaw għal EUR 74 miljun (2024: €73 miljun). Skont l-Artikolu 21 tal-Istatut tas-SEBC, il-BĊE jista’ jaġixxi bħala aġent fiskali għal istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji jew aġenziji tal-Unjoni, gvernijiet ċentrali, reġjonali, lokali jew awtoritajiet pubbliċi oħra, korpi oħra regolati bil-liġi pubblika, jew intrapriżi pubbliċi ta’ Stati Membri.
Nota 9.2 – Obbligazzjonijiet oħrajn
Fil-31 ta’ Diċembru 2025, din il-partita ammontat għal EUR 25,947 miljun (2024: EUR 24,482 miljun), li tikkonsisti f’bilanċi tas-sistemi anċillari taż-żona tal-euro[53] konnessi mat-TARGET permezz tal-komponent TARGET-BĊE.
Nota 10 - Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona tal-euro denominati f’euro
L-obbligazzjonijiet lejn residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’euro kienu skont kif ġej:
(miljuni ta’ EUR)
2025 | 2024 | Bidla | |
|---|---|---|---|
Bilanċi fil-mira ta’ BĊN mhux fiż-żona tal-euro u sistemi anċillari | 2,671 | 2,908 | (236) |
Flus kontanti riċevuti bħala kollateral fi tranżazzjonijiet ta’ self ta’ titoli | 188 | 2,062 | (1,874) |
Depożiti aċċettati mill-BĊE fir-rwol tiegħu bħala aġent fiskali | 23,576 | 33,823 | (10,246) |
Arranġamenti swap għall-provvista ta’ likwidità | 410 | 1,067 | (656) |
Total | 26,846 | 39,859 | (13,013) |
Fl-31 ta’ Diċembru 2025 l-akbar komponent ta’ din il-partita kien depożiti aċċettati mill-BĊE fir-rwol tiegħu bħala aġent fiskali għall-Kummissjoni Ewropea, relatati mal-amministrazzjoni ta’ attivitajiet ta’ għoti u teħid b’self tal-UE (ara n-nota 21 “Amministrazzjoni ta’ operazzjonijiet ta’ għoti u teħid b’self”).
Din il-partita inkludiet ukoll bilanċi ta’ TARGET, li kienu jikkonsistu f’bilanċi ta’ BĊN mhux taż-żona tal-euro meta mqabbla mal-BĊE (ara “Bilanċi intra-SEBĊ/intra-Eurosistema” fit-Taqsima 2.3 “Politiki tal-kontabilità”) u bilanċi tas-sistemi anċillari mhux taż-żona tal-euro konnessi ma’ TARGET permezz tal-komponent TARGET-BĊE.
Barra minn hekk, inkludiet bilanċ li jirriżulta mill-arranġament monetarju reċiproku permanenti mal-Federal Reserve System. B’dan l-arranġament, id-dollari Amerikani huma pprovduti mill-Federal Reserve Bank ta’ New York lill-BĊE permezz ta’ tranżazzjonijiet swap, bil-għan li jiġi permess li l-finanzjament f’dollari Amerikani għal żmien qasir jiġi offrut lil kontropartijiet tal-Eurosistema. Simultanjament, il-BĊE jagħmel tranżazzjonijiet swap back-to-back mal-BĊNi taż-żona tal-euro, li jużaw dawn il-fondi biex iwettqu operazzjonijiet għall-provvista ta’ likwidità f’dollari Amerikani ma’ kontropartijiet fl-Eurosistema bħala tranżazzjonijiet inversi. It-tranżazzjonijiet swap back-to-back jirriżultaw f’bilanċi fi ħdan l-Eurosistema bejn il-BĊE u l-BĊN taż-żona tal-euro. Barra minn hekk, it-tranżazzjonijiet swap li jsiru mill-BĊE mal-Federal Reserve Bank of New York u l-BĊN taż-żona tal-euro joħolqu pretensjonijiet u obbligazzjonijiet forward li jiġu rreġistrati fil-kontijiet esklużi mill-karta tal-bilanċ (ara n-nota 20 “Tranżazzjonijiet swap u forward tal-kambju barrani”).
Il-kumplament ta’ din il-partita kien jikkonsisti f’bilanċi li jirriżultaw minn tranżazzjonijiet ta’ self ta’ titoli tal-PSPP u titoli tal-PSPP tas-settur pubbliku mwettqa ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu mhux fiż-żona tal-euro. Peress li l-flus kontanti riċevuti fil-kontijiet tat-TARGET bħala kollateral baqgħu mhux investiti fi tmiem is-sena, dawn it-tranżazzjonijiet ġew irreġistrati fil-karta tal-bilanċ (ara “Tranżazzjonijiet inversi” fit-Taqsima 2.3 “Politiki tal-kontabilità” u n-nota 17 “Programmi ta’ self ta’ titoli”).
Nota 11 – Obbligazzjonijiet intra-Eurosistema
Nota 11.1 – Obbligazzjonijiet ekwivalenti għat-trasferiment ta’ riżervi barranin
Dawn huma l-obbligazzjonijiet lejn il-BĊN taż-żona tal-euro li jirriżultaw mit-trasferiment ta’ assi f’riżervi barranin lill-BĊE meta dawk il-BĊN issieħbu fl-Eurosistema. Skont l-Artikolu 30.2 tal-Istatut tas-SEBĊ, dawn il-kontribuzzjonijiet huma fissi fi proporzjon tal-ishma tal-BĊN fil-kapital sottoskritt tal-BĊE. Ma kienx hemm bidliet fl-2025.
L-obbligazzjonijiet lill-BĊNi taż-żona tal-euro li jirriżultaw mit-trasferiment ta’ assi ta’ riżervi barranin lill-BĊE kienu skont kif ġej:
(miljuni ta’ EUR)
Sa minn | |
|---|---|
Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique (il-Belġju) | 1,488 |
Deutsche Bundesbank (il-Ġermanja) | 10,802 |
Eesti Pank (l-Estonja) | 121 |
Central Bank of Ireland (l-Irlanda) | 884 |
Bank of Greece (il-Greċja) | 916 |
Banco de España (Spanja) | 4,796 |
Banque de France (Franza) | 8,114 |
Hrvatska narodna banka (il-Kroazja) | 314 |
Banca d'Italia (l-Italja) | 6,498 |
Central Bank of Cyprus (Ċipru) | 89 |
Latvijas Banka (il-Latvja) | 157 |
Lietuvos bankas (il-Litwanja) | 239 |
Banque centrale du Luxembourg (il-Lussemburgu) | 148 |
Bank Ċentrali ta' Malta (Malta) | 52 |
De Nederlandsche Bank (in-Netherlands) | 2,396 |
Oesterreichische Nationalbank (l-Awstrija) | 1,199 |
Banco de Portugal (il-Portugall) | 943 |
Banka Slovenije (is-Slovenja) | 200 |
Národná banka Slovenska (is-Slovakkja) | 466 |
Suomen Pankki – Finlands Bank (il-Finlandja) | 737 |
Total | 40,562 |
Mill-1 ta’ Jannar 2025, ir-remunerazzjoni ta’ dawn l-obbligazzjonijiet ġiet ikkalkolata fuq bażi ta’ kuljum bl-aħħar rata tal-imgħax disponibbli applikata għall-faċilità ta’ depożitu offruta mill-Eurosistema, aġġustata biex tirrifletti redditu żero fuq il-komponent tad-deheb. Sa dik id-data, din ir-remunerazzjoni kienet ikkalkolata bl-aħħar rata tal-imgħax disponibbli użata mill-Eurosistema fis-sejħiet għall-offerti tagħha għal operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament, aġġustata wkoll biex tirrifletti redditu żero fuq il-komponent tad-deheb (ara “Ħruġ ieħor” fit-Taqsima 2.3 “Politiki ta’ kontabbiltà” u n-nota 22.3 “Remunerazzjoni tal-pretensjonijiet tal-BĊNi fir-rigward ta’ riżervi barranin ittrasferiti”).
Nota 11.2 – Obbligazzjonijiet relatati ma’ TARGET (netti)
Din il-partita tikkonsisti mill-bilanċi tat-TARGET tal-BĊNi taż-żona tal-euro fir-rigward tal-BĊE (ara “Bilanċi intra-SEBĊ/intra-Eurosistema” fit-Taqsima 2.3 “Politiki tal-kontabilità), li kienu skont kif ġej:
(miljuni ta’ EUR)
2025 | 2024 | |
|---|---|---|
Dovuti lill-BĊNi taż-żona tal-euro fir-rigward tat-TARGET | 1,545,403 | 1,593,185 |
Dovuti mill-BĊNi taż-żona tal-euro fir-rigward tat-TARGET | (1,231,912) | (1,245,111) |
Obbligazzjoni netta tat-TARGET | 313,491 | 348,074 |
It-tnaqqis fl-obbligazzjoni netta tat-TARGET kien prinċipalment attribwibbli għall-influssi ta’ flus bħala riżultat tal-maturazzjoni tat-titoli skont l-APP u l-PEPP, li ġew saldati permezz ta’ kontijiet tat-TARGET (ara n-nota 4.1 “Titoli miżmuma għal skopijiet ta’ politika monetarja”). L-impatt ta’ dan il-fattur kien paċut parzjalment, prinċipalment mill-ħruġ ta’ flus li jirriżulta minn (i) depożiti aktar baxxi aċċettati mill-BĊE fir-rwol tiegħu bħala aġent fiskali għall-Kummissjoni Ewropea, relatati mal-amministrazzjoni ta’ attivitajiet ta’ teħid u għoti b’self tal-UE (ara n-nota 10 “Obbligazzjonijiet lil residenti mhux fiż-żona tal-euro denominati f’euro”); u (ii) l-ispiża tal-imgħax imħallsa fuq l-obbligazzjoni netta tat-TARGET tal-BĊE (ara n-nota 22.5 “Spiża netta tal-imgħax li tirriżulta mill-bilanċi tat-TARGET dovuti minn/lill-BĊNi”).
Bl-eċċezzjoni ta’ bilanċi li jirriżultaw minn tranżazzjonijiet ta’ swaps back-to-back b’rabta ma’ operazzjonijiet li jipprovdu likwidità fid-dollaru Amerikan, mill-1 ta’ Jannar 2025 ir-remunerazzjoni tal-pożizzjonijiet tat-TARGET miżmuma mill-BĊNi taż-żona tal-euro fil-konfront tal-BĊE ġiet ikkalkolata fuq bażi ta’ kuljum fl-aħħar rata tal-imgħax disponibbli applikata għall-faċilità ta’ depożitu offruta mill-Eurosistema. Sa dik id-data, din ir-remunerazzjoni kienet ikkalkolata fl-aħħar rata tal-imgħax disponibbli użata mill-Eurosistema fis-sejħiet għall-offerti tagħha għal operazzjonijiet ta’ rifinanzjament ewlenin (ara “Ħruġ ieħor” fit-Taqsima 2.3 “Politiki tal-kontabilità” u n-nota 22.5 “Spiża tal-imgħax netta li tirriżulta mill-bilanċi tat-TARGET dovuti minn/lill-BĊNi”).
Nota 11.3 - Obbligazzjonijiet oħra fi ħdan l-Eurosistema (netti)
Fil-31 ta’ Diċembru 2025, din il-partita ammontat għal EUR 8 miljun (2024: €40 miljun). Kienet tinkludi depożiti aċċettati mill-BĊE fir-rwol tiegħu bħala aġent fiskali għall-Kummissjoni Ewropea, relatati mal-amministrazzjoni ta’ attivitajiet ta’ għoti u teħid b’self tal-UE (ara n-nota 21 “Amministrazzjoni ta’ operazzjonijiet ta’ teħid u għoti b’self”).
Kienet tinkludi wkoll kont korrispondenti użat għall-ipproċessar ta’ pagamenti amministrattivi tal-BĊE.
Nota 12 – Obbligazzjonijiet oħrajn
Nota 12.1 - Differenzi fir-rivalutazzjoni ta’ strumenti barra mill-karta tal-bilanċ
Din l-entrata kienet tinkludi bidliet fil-valutazzjoni fi tranżazzjonijiet forward f’titoli denominati f’munita barranija li kienu pendenti fil-31 ta’ Diċembru 2025 (ara n-nota 19 “Tranżazzjonijiet forward f’titoli”). Dawn il-bidliet fil-valutazzjoni ammontaw għal EUR 0.2 miljun u kienu primarjament riżultat tat-tnaqqis fil-prezz tas-suq forward tat-titoli. Il-bidliet fil-valutazzjoni rimanenti kienu relatati mat-tisrif ta' dawk it-tranżazzjonijiet fl-ekwivalenti tagħhom f’euro bir-rati tal-kambju tad-data tal-karta tal-bilanċ, imqabblin mal-valuri f’euro li jirriżultaw mit-tisrif tat-tranżazzjonijiet bil-kost medju tal-munita barranija rispettiva f’dik id-data (ara “Strumenti li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ” u “Assi u obbligazzjonijiet f’deheb u f’munita barranija” fit-Taqsima 2.3, “Politiki tal-kontabilità”). Sal-31 ta’ Diċembru 2024 ma kien hemm l-ebda bilanċ taħt din il-partita.
Nota 12.2 – Dovuti u dħul miġbura bil-quddiem
Id-dovuti u l-introjtu miġbur minn qabel kienu skont kif ġej:
(miljuni ta’ EUR)
2025 | 2024 | Bidla | |
|---|---|---|---|
Imgħax akkumulat fuq bilanċi tat-TARGET dovuti lill-BĊNi | 2,743 | 4,636 | (1,892) |
Imgħax akkumulat fuq pretensjonijiet tal-BĊN fir-rigward tar-riżervi barranin trasferiti lill-BĊE | 790 | 1,448 | (659) |
Imgħax akkumulat fuq depożiti aċċettati mill-BĊE fir-rwol tiegħu bħala aġent fiskali | 45 | 103 | (58) |
Dovuti oħra u dħul differit | 83 | 101 | (18) |
Total | 3,661 | 6,288 | (2,627) |
Fil-31 ta’ Diċembru 2025, iż-żewġ komponenti ewlenin taħt din il-partita kienu imgħax akkumulat pagabbli fuq il-bilanċi tat-TARGET dovuti lill-BĊNi għal Diċembru 2025 (ara n-nota 10 “Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona tal-euro denominati f’euro” u n-nota 11.2 “Obbligazzjonijiet relatati mat-TARGET (netti)”) u imgħax akkumulat pagabbli lill-BĊN taż-żona tal-euro għall-2025 fir-rigward tal-pretensjonijiet tagħhom relatati mar-riżervi barranin trasferiti lill-BĊE (ara n-nota 11.1 “Obbligazzjonijiet ekwivalenti għat-trasferiment ta’ riżervi barranin”). Dawn l-ammonti tħallsu f’Jannar 2026.
Din il-partita kienet tinkludi wkoll imgħax akkumulat pagabbli fuq depożiti aċċettati mill-BĊE fir-rwol tiegħu bħala aġent fiskali (ara n-nota 9.1 “Gvern ġenerali”, in-nota 10 “Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona tal-euro denominati f’euro” u n-nota 11.3 “Obbligazzjonijiet oħrajn fi ħdan l-Eurosistema (netti)”).
Il-bqija ta’ din il-partita kienet tikkonsisti f’(i) imgħax akkumulat pagabbli fuq bilanċi tas-sistemi anċillari taż-żona tal-euro konnessi mat-TARGET permezz tal-komponent TARGET-BĊE (ara n-nota 9.2 “Obbligazzjonjiet oħrajn”), (ii) akkumulazzjonijiet mixxellanji u dħul differit;
Nota 12.3 - Diversi
Fil-31 ta’ Diċembru 2025, din il-partita ammontat għal EUR 1,084 miljun (2024: €1,327 miljun). It-total inkluda bilanċi li ammontaw għal €286 miljun (2024: EUR 574 miljun) relatati ma' tranżazzjonijiet swap u forward f’muniti barranin li kienu pendenti fil-31 ta’ Diċembru 2025 (ara n-nota 20, “Tranżazzjonijiet swap u forward tal-kambju barrani”). Dawn il-bilanċi ħarġu mill-konverżjoni ta’ tranżazzjonijiet simili fl-ekwivalenti f’euro bil-prezz medju tal-munita rispettiva fid-data tal-karta tal-bilanċ, imqabbel mal-valuri f’euro li bihom it-tranżazzjonijiet daħlu fil-kontijiet għall-ewwel darba (ara “Strumenti esklużi mill-karta tal-bilanċ” fit-Taqsima 2.3 “Politika tal-kontabilità”).
Din il-partita kienet tinkludi wkoll obbligazzjoni ta’ kiri ta’ €227 miljun (2024: €110 miljun) (ara “Kirjiet” fit-Taqsima 2.3 “Politika tal-kontabilità”).
Il-bqija ta’ din il-partita kienet tinkludi prinċipalment (i) obbligazzjonijiet fir-rigward tas-servizzi tas-SEBĊ, u (ii) obbligazzjonijiet li jirriżultaw mill-pjanijiet ta’ kura medika u fit-tul tal-BĊE għall-persunal kif ukoll għall-membri tal-Bord Eżekuttiv u l-membri tal-Bord Superviżorju impjegati mill-BĊE.
Barra minn hekk, din il-partita inkludiet l-obbligazzjoni netta tal-benefiċċji definiti tal-BĊE fir-rigward tal-benefiċċji ta’ wara l-impjieg u benefiċċji oħra fit-tul tal-persunal tiegħu,[54] il-membri tal-Bord Eżekuttiv, u l-membri tal-Bord Superviżorju impjegati mill-BĊE.
Benefiċċji ta’ wara l-impjieg u benefiċċji oħra fit-tul
Karta tal-bilanċ
L-ammonti rikonoxxuti taħt “Diversi” (obbligazzjonijiet) fil-karta tal-bilanċ fir-rigward ta’ benefiċċji ta’ wara l-impjieg u benefiċċji oħra fit-tul kienu kif ġej:
(miljuni ta’ EUR)
2025 | 2024 | |||||
|---|---|---|---|---|---|---|
Persunal | Bordijiet | Total | Persunal | Bordijiet | Total | |
Obbligu tal-benefiċċji definiti | 2,948 | 42 | 2,990 | 2,712 | 37 | 2,749 |
Valur ġust tal-assi tal-iskema | (2,604) | - | (2,604) | (2,253) | - | (2,253) |
Obbligazzjoni netta tal-benefiċċji definiti inkluża taħt “Diversi” (obbligazzjonijiet) | 344 | 42 | 386 | 459 | 37 | 496 |
Nota: Il-kolonni bl-isem “Bordijiet” jagħtu l-ammonti fir-rigward kemm tal-Bord Eżekuttiv kif ukoll tal-Bord Superviżorju.
Fl-31 ta’ Diċembru 2025, il-valur preżenti tal-obbligu ta’ benefiċċju definit fil-konfront tal-persunal kien jammonta għal EUR 2,948 miljun (2024: EUR 2,712 miljun) inklużi benefiċċji mhux finanzjati ta’ EUR 356 miljun (2024: €293 miljun) relatati mal-benefiċċji ta’ wara l-impjieg, barra l-pensjonijiet, u ma’ benefiċċji oħra fit-tul. Il-valur preżenti tal-obbligu tal-benefiċċji vis-à-vis l-membri tal-Bord Eżekuttiv u l-membri tal-Bord Superviżorju, ta’ €42 miljun (2024: €37 miljun) hu relatat biss ma' provvedimenti mhux finanzjati li jeżistu għall-benefiċċji ta’ wara l-impjieg u benefiċċji oħra fit-tul.
Il-kalkolu mill-ġdid tal-obbligazzjoni netta tal-benefiċċji definiti tal-BĊE fir-rigward tal-benefiċċji ta’ wara l-impjieg huma rikonoxxuti fil-karta tal-bilanċ taħt “Kontijiet ta’ rivalutazzjoni”. Fl-31 ta’ Diċembru 2025, il-qligħ mill-kejl mill-ġdid taħt dik il-partita kien jammonta għal EUR 585 miljun (2024: €416 miljun (ara n-nota 14 “Kontijiet ta’ rivalutazzjoni”).
Bidliet fl-obbligu tal-benefiċċji definiti, assi tal-iskema u riżultati tal-kejl mill-ġdid
Il-bidliet fil-valur attwali tal-obbligu tal-benefiċċji definiti jidher hawn taħt:
(miljuni ta’ EUR)
2025 | 2024 | |||||
|---|---|---|---|---|---|---|
Persunal | Bordijiet | Total | Persunal | Bordijiet | Total | |
Obbligu tal-bidu tal-benefiċċji definiti | 2,712 | 37 | 2,749 | 2,458 | 35 | 2,493 |
Kost kurrenti tas-servizz | 128 | 2 | 130 | 121 | 3 | 123 |
Kost ta’ servizz tal-passat | 0 | 0 | 0 | 119 | 1 | 120 |
Kost tal-imgħax fuq l-obbligu | 99 | 1 | 101 | 85 | 1 | 86 |
Kontribuzzjonijiet li tħallsu mill-parteċipanti fl-iskema1 | 40 | 0 | 41 | 38 | 0 | 38 |
Benefiċċji mħallsin | (39) | (3) | (42) | (31) | (3) | (34) |
(Gwadanni)/telf mill-kalkoli ġodda | 7 | 4 | 11 | (77) | 0 | (77) |
Obbligu tal-għeluq tal-benefiċċji definiti | 2,948 | 42 | 2,990 | 2,712 | 37 | 2,749 |
Nota: Il-kolonni bl-isem “Bordijiet” jagħtu l-ammonti fir-rigward kemm tal-Bord Eżekuttiv kif ukoll tal-Bord Superviżorju.
1) Total nett li jinkludi kontribuzzjonijiet obbligatorji u trasferimenti fi/barra mill-iskemi. Il-kontribuzzjonijiet obbligatorji mħallsa mill-persunal jammontaw għal 7.4 % tas-salarju bażiku tagħhom, filwaqt li dawk imħallsa mill-BĊE jammontaw għal 20.7 %.
It-telf tal-kejl mill-ġdid fuq l-obbligu tal-benefiċċju definit irriżulta fl-2025 bħala riżultat tal-aġġustamenti tal-esperjenza li jirriflettu d-differenza bejn is-suppożizzjonijiet attwarjali magħmula fir-rapport tas-sena preċedenti u l-esperjenza attwali. It-telf li rriżulta kien parzjalment ikkumpensat mill-qligħ mill-kejl mill-ġdid li rriżulta prinċipalment miż-żieda fir-rata ta’ skont użata għall-valutazzjoni attwarja minn 3,6 % fl-2024 għal 3,9 % fl-2025.
Il-kost tas-servizz tal-passat rikonoxxut fl-2024 kien relatat mal-kontributuri u mal-pensjonanti attwali u rriżulta minn emenda għar-regoli li jirregolaw il-pjanijiet tal-pensjoni tal-BĊE li ġew introdotti f’dik is-sena, skont liema, iż-żieda annwali tal-pensjonijiet tallinja mal-aġġustamenti ġenerali annwali tas-salarji għall-impjegati tal-BĊE mill-2025.
Il-bidliet fil-valur ġust tal-assi tal-iskema fl-istruttura tal-benefiċċji definiti fir-rigward tal-persunal jidhru hawn taħt:
(miljuni ta’ EUR)
2025 | 2024 | |
|---|---|---|
Valur ġust tal-bidu tal-assi tal-iskema | 2,253 | 1,983 |
Dħul mill-imgħax fuq l-assi tal-iskema | 83 | 69 |
Qligħ bil-kalkolu mill-ġdid. | 166 | 104 |
Kontribuzzjonijiet imħallsin minn min iħaddem | 88 | 81 |
Kontribuzzjonijiet imħallsin mill-parteċipanti fl-iskema | 40 | 38 |
Benefiċċji mħallsin | (26) | (21) |
Valur ġust tal-għeluq tal-assi tal-iskema | 2,604 | 2,253 |
Il-gwadanni bil-kalkolu mill-ġdid fuq l-assi tal-iskema fl-2025 jirriflettu l-fatt li r-redditu attwali mill-assi tal-fondi kien ogħla mill-introjtu mill-imgħax assunt fuq l-assi tal-iskema, li kien ibbażat fuq ir-rata ta’ skont ta’ 3.6 % użata għall-valutazzjoni attwarja fl-2024.
Il-bidliet fir-riżultati tal-kejl mill-ġdid kienu kif ġej:
(miljuni ta’ EUR)
2025 | 2024 | |
|---|---|---|
Qligħ mill-kejl mill-ġdid tal-ftuħ | 416 | 238 |
Dħul mill-assi tal-iskema | 166 | 104 |
Gwadanni/(telf) fuq l-obbligu | (11) | 77 |
(Qligħ)/telf rikonoxxut fil-kont tal-profitt u t-telf | 14 | (2) |
Qligħ tal-għeluq bil-kalkoli mill-ġdid inkluż fil-“Kontijiet ta’ rivalutazzjoni” | 585 | 416 |
Kont tal-profitt u t-telf
L-ammonti rikonoxxuti fil-kont tal-profitt u t-telf kienu skont kif ġej:
(miljuni ta’ EUR)
2025 | 2024 | |||||
|---|---|---|---|---|---|---|
Persunal | Bordijiet | Total | Persunal | Bordijiet | Total | |
Kost kurrenti tas-servizz | 128 | 2 | 130 | 121 | 3 | 123 |
Kost ta’ servizz tal-passat | 0 | 0 | 0 | 119 | 1 | 120 |
Imgħax nett fuq l-obbligazzjoni netta tal-benefiċċji definiti | 16 | 1 | 18 | 16 | 1 | 17 |
- Kost tal-imgħax fuq l-obbligu | 99 | 1 | 101 | 85 | 1 | 86 |
- Dħul mill-imgħax fuq l-assi tal-iskema | (83) | - | (83) | (69) | - | (69) |
(Gwadanni)/telf bil-kalkoli ġodda fuq benefiċċji oħra fit-tul | 14 | 0 | 14 | (2) | 0 | (2) |
Total inkluż f’“Kostijiet tal-persunal” | 159 | 3 | 162 | 253 | 5 | 258 |
Nota: Il-kolonni bl-isem “Bordijiet” jagħtu l-ammonti fir-rigward kemm tal-Bord Eżekuttiv kif ukoll tal-Bord Superviżorju.
L-ammonti rikonoxxuti fil-kont tal-profitt u t-telf għall-kost tas-servizz kurrenti, il-kost tal-imgħax fuq l-obbligu u l-introjtu mill-imgħax fuq l-assi tal-pjan huma stmati bl-użu tas-suppożizzjonijiet li kienu applikabbli fis-sena preċedenti. Ir-rata ta’ skont applikabbli żdiedet minn 3,4 % għal 3,6 %, kif użata għall-valutazzjonijiet attwarjali fl-2023 u fl-2024 rispettivament. Il-bilanċi ogħla u r-rata ta’ skont ogħla wasslu għal żieda fil-kost tal-imgħax fuq l-obbligu u l-introjtu mill-imgħax fuq l-assi tal-pjan. Il-kost tas-servizz attwali żdied marġinalment fl-2025, li rriżulta prinċipalment mill-emenda għar-regoli li jirregolaw il-pjanijiet tal-pensjoni tal-BĊE fl-2024.
Il-kost tas-servizz tal-passat li jirriżulta minn din l-emenda ġie rikonoxxut bis-sħiħ fil-kont tal-profitt u t-telf għall-2024, li kienet is-sena li fiha ttieħdet id-deċiżjoni dwar l-emenda.
Suppożizzjonijiet ewlenin
Fit-tħejjija tal-valwazzjonijiet imsemmijin f’din in-nota, l-attwarji indipendenti użaw suppożizzjonijiet li ġew aċċettati mill-Bord Eżekuttiv għall-għanijiet tal-kontabilità u l-pubblikazzjoni. Is-suppożizzjonijiet ewlenin użati għal skopijiet ta’ kalkolu tal-obbligazzjoni tal-benefiċċji ta’ wara l-impjieg u benefiċċji oħra fit-tul kienu skont kif ġej:
(%)
2025 | 2024 | |
|---|---|---|
Rata ta’ skont | 3.90 | 3.60 |
Redditu mistenni fuq il-fondi unitarji tal-membri1 | 4.90 | 4.60 |
Żidiet ġenerali fis-salarji fil-ġejjieni2 | 2.00 | 2.00 |
Żidiet futuri fil-pensjoni3 | 2.00 | 2.00 |
1) Dawn is-suppożizzjonijiet intużaw għall-kalkolu tal-parti tal-obbligu tal-benefiċċji definiti tal-BĊE li hi finanzjata minn assi b’garanzija ta’ kapital ta’ bażi.
2) Barra dan, issir konċessjoni għal żidiet prospettivi fis-salarji individwali ta’ mhux aktar minn 1.8% fis-sena, skont l-età tal-parteċipanti fl-iskema.
3) Skont ir-regoli tal-iskema tal-pensjoni tal-BĊE, il-pensjonijiet għandhom jiżdiedu kull sena. Fl-2024, dawn ir-regoli ġew emendati biex jallinjaw iż-żieda annwali fil-pensjonijiet mal-aġġustamenti ġenerali annwali tas-salarji għall-impjegati tal-BĊE mill-2025. Qabel din l-emenda, iż-żieda annwali fil-pensjonijiet kienet marbuta wkoll mal-aġġustament ġenerali tas-salarji, iżda soġġetta għal kundizzjonijiet ulterjuri.
Nota 13 - Provvedimenti
Nota 13.1 - Provvedimenti oħra
Fil-31 ta’ Diċembru 2025, din il-partita inkludiet provvedimenti amministrattivi li jammontaw għal EUR 84 miljun (2024: €72 miljun).
Nota 14 - Kontijiet ta’ rivalutazzjoni
Din il-partita tikkonsisti l-aktar f’bilanċi ta’ rivalutazzjoni mill-gwadanni mhux realizzati fuq assi, obbligazzjonijiet u strumenti li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ (ara “Assi u obbligazzjonijiet f’deheb u f’munita barranija”, “Titoli”, “Rikonoxximent tal-introjtu”, u “Strumenti li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ” fit-Taqsima 2.3 “Politiki tal-kontabilità”).[55] Tinkludi wkoll il-kalkoli l-ġodda tal-obbligazzjoni netta tal-benefiċċji definiti tal-BĊE fir-rigward tal-benefiċċji ta’ wara l-impjieg (ara “Benefiċċji ta’ wara l-impjieg tal-BĊE u benefiċċji oħra fit-tul” fit-Taqsima 2.3 “Politiki tal-kontabilità” u n-nota 12.3 “Diversi”).
Il-kontijiet ta’ rivalutazzjoni kienu skont kif ġej:
(miljuni ta’ EUR)
2025 | 2024 | Bidla | |
|---|---|---|---|
Deheb | 55,957 | 37,097 | 18,860 |
Muniti barranin | 6,042 | 12,819 | (6,777) |
- Dollari Amerikani | 6,042 | 12,717 | (6,675) |
- Renminbi Ċiniżi | - | 30 | (30) |
— SDRs | - | 72 | (72) |
- Oħrajn | - | 0 | (0) |
Titoli u strumenti oħra | 484 | 320 | 164 |
Obbligazzjoni netta tal-benefiċċji definiti fir-rigward tal-benefiċċji ta’ wara l-impjieg | 585 | 416 | 169 |
Total | 63,068 | 50,653 | 12,415 |
Il-kontijiet ta’ rivalutazzjoni żdiedu fit-2025, l-aktar minħabba ż-żieda fil-prezz tas-suq tad-deheb f’termini ta’ euro. Iż-żieda kienet parzjalment paċuta minn tnaqqis fil-kontijiet ta’ rivalutazzjoni relatati ma’ muniti barranin, prinċipalment minħabba d-deprezzament tad-dollaru Amerikan kontra l-euro.
Ir-rati tal-kambju użati għar-rivalutazzjoni tal-aħħar tas-sena tal-muniti barranin ewlenin u d-deheb kienu skont kif ġej:
Rati tal-kambju | 2025 | 2024 |
|---|---|---|
Dollari Amerikani għal kull euro | 1.1750 | 1.0389 |
Yen Ġappuniż għal kull euro | 184.09 | 163.06 |
Renminbi Ċiniżi għal kull euro | 8.2262 | 7.5833 |
Euro għal kull SDR | 1.1656 | 1.2544 |
Euro għal kull uqija ta’ deheb fin | 3,669.106 | 2,511.069 |
Nota 15 - Kapital u riżervi
Nota 15.1 - Kapital
L-iskema ta’ sottoskrizzjoni tal-kapital tal-BĊESkont l-Artikolu 29 tal-Istatut tal-SEBĊ, il-ponderazzjonijiet assenjati lill-BĊNi tal-Istati Membri tal-UE fl-iskema għas-sottoskrizzjoni għall-kapital tal-BĊE huma ddeterminati skont l-ishma tal-Istat Membru rispettiv fil-popolazzjoni totali u l-prodott domestiku gross tal-UE, b’mod indaqs. Dawn il-ponderazzjonijiet huma aġġustati kull 5 snin u kull meta jkun hemm bidla fl-għadd ta’ BĊNi li jikkontribwixxu għall-kapital tal-BĊE.
Kapital tal-BĊE
L-iskema kapitali hija applikata għall-kapital sottoskritt ta’ EUR 10,825 miljun biex jiġi ddeterminat is-sehem ta’ kapital sottoskritt għal kull BĊN.
Il-BĊNi taż-żona tal-euro ħallsu bis-sħiħ is-sehem tagħhom tal-kapital sottoskritt, filwaqt li l-BĊNi li mhumiex fiż-żona tal-euro ħallsu 3.75% tal-kapital sottoskritt tagħhom bħala kontribuzzjoni għall-ispejjeż operattivi tal-BĊE. Il-BĊNi barra ż-żona tal-euro ma huma intitolati li jirċievu l-ebda sehem mill-profitti distribwibbli tal-BĊE, u lanqas ma huma responsabbli biex ikopru kwalunkwe telf li jġarrab il-BĊE.
Ma kienx hemm bidliet fl-2025. It-tabella li ġejja turi l-iskema tal-kapital, il-kapital sottoskritt u l-kapital imħallas:
Mill-1 ta’ Jannar 2024 | |||
|---|---|---|---|
Skema tal-kapital | Kapital sottoskritt | Kapital imħallas | |
Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique (Belġju) | 3.0005 | 325 | 325 |
Deutsche Bundesbank (il-Ġermanja) | 21.7749 | 2,357 | 2,357 |
Eesti Pank (l-Estonja) | 0.2437 | 26 | 26 |
Central Bank of Ireland (l-Irlanda) | 1.7811 | 193 | 193 |
Bank of Greece (il-Greċja) | 1.8474 | 200 | 200 |
Banco de España (Spanja) | 9.6690 | 1,047 | 1,047 |
Banque de France (Franza) | 16.3575 | 1,771 | 1,771 |
Hrvatska narodna banka (il-Kroazja) | 0.6329 | 69 | 69 |
Banca d'Italia (l-Italja) | 13.0993 | 1,418 | 1,418 |
Central Bank of Cyprus (Ċipru) | 0.1802 | 20 | 20 |
Latvijas Banka (il-Latvja) | 0.3169 | 34 | 34 |
Lietuvos bankas (il-Litwanja) | 0.4826 | 52 | 52 |
Banque centrale du Luxembourg (il-Lussemburgu) | 0.2976 | 32 | 32 |
Bank Ċentrali ta' Malta (Malta) | 0.1053 | 11 | 11 |
De Nederlandsche Bank (in-Netherlands) | 4.8306 | 523 | 523 |
Oesterreichische Nationalbank (l-Awstrija) | 2.4175 | 262 | 262 |
Banco de Portugal (il-Portugall) | 1.9014 | 206 | 206 |
Banka Slovenije (is-Slovenja) | 0.4041 | 44 | 44 |
Národná banka Slovenska (is-Slovakkja) | 0.9403 | 102 | 102 |
Suomen Pankki – Finlands Bank (il-Finlandja) | 1.4853 | 161 | 161 |
Subtotal għall-BĊNi taż-żona tal-euro | 81.7681 | 8,851 | 8,851 |
Българска народна банка | 0.9783 | 106 | 4 |
Česká národní banka (ir-Repubblika Ċeka) | 1.9623 | 212 | 8 |
Danmarks Nationalbank (id-Danimarka) | 1.7797 | 193 | 7 |
Magyar Nemzeti Bank (l-Ungerija) | 1.5819 | 171 | 6 |
Narodowy Bank Polski (il-Polonja) | 6.0968 | 660 | 25 |
Banca Naţională a României (ir-Rumanija) | 2.8888 | 313 | 12 |
Sveriges Riksbank (l-Iżvezja) | 2.9441 | 319 | 12 |
Subtotal għall-BĊNi barra ż-żona tal-euro | 18.2319 | 1,974 | 74 |
Total | 100.0000 | 10,825 | 8,925 |
Nota 16 – Telf akkumulat riportat
Fil-31 ta’ Diċembru 2025, din il-partita ammontat għal EUR 9,210 miljun (2024: €1,266 miljun). Dan kien jinkludi t-telf tal-BĊE għall-2023 u l-2024, li, wara deċiżjoni tal-Kunsill Governattiv, ġie riportat fuq il-karta tal-bilanċ tal-BĊE sabiex jiġi paċut kontra l-profitti futuri.
2.5 Strumenti barra l-karta tal-bilanċ
Nota 17 - Programmi ta’ self ta’ titoli
Bħala parti mill-ġestjoni tal-fondi proprji tal-BĊE, il-BĊE għandu ftehim dwar programm ta’ self ta’ titoli li bih istituzzjonijiet speċjalizzati jagħmlu tranżazzjonijiet ta’ self ta’ titoli f’isem il-BĊE. Skont id-deċiżjonijiet tal-Kunsill Governattiv, il-BĊE għamel disponibbli wkoll titoli miżmuma għal skopijiet ta’ politika monetarja għas-self.[56]
Skont il-kollateral riċevut, l-operazzjonijiet ta’ self ta’ titoli jiġu rreġistrati f’(i) kontijiet li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ meta mwettqa kontra kollateral ta’ titoli, u (ii) kontijiet fil-karta tal-bilanċ meta mwettqa kontra flus kontanti li jibqgħu mhux investiti fl-aħħar tas-sena (ara n-nota 8 “Obbligazzjonijiet oħra lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro denominati f’euro” u n-nota 10 “Obbligazzjonijiet għal residenti mhux fiż-żona tal-euro denominati f’euro”).
Il-valur tas-suq tat-titoli mislufa u l-kollateral korrispondenti kien kif ġej:
(miljuni ta’ EUR)
2025 | 2024 | |
|---|---|---|
Titoli mislufa kontra kollateral ta’ titoli1 | (27,727) | (37,393) |
li minnhom relatati ma’ titoli miżmuma għal skopijiet ta’ politika monetarja | (19,387) | (28,585) |
Titoli mislufa kontra kollateral fi flus kontanti | (650) | (4,273) |
li minnhom relatati ma’ titoli miżmuma għal skopijiet ta’ politika monetarja | (650) | (4,273) |
Valur tas-suq tat-titoli mislufa | (28,377) | (41,666) |
Kollateral ta’ titoli 1 | 28,972 | 38,970 |
li minnhom relatati ma’ titoli miżmuma għal skopijiet ta’ politika monetarja | 20,144 | 29,761 |
Kollateral fi flus 2 | 677 | 4,450 |
li minnhom relatati ma’ titoli miżmuma għal skopijiet ta’ politika monetarja | 677 | 4,450 |
Il-valur tas-suq tal-kollateral | 29,649 | 43,420 |
1) dan l-ammont huwa rreġistrat f’kontijiet li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ.
2) Dan l-ammont huwa rreġistrat f’kontijiet fil-karta tal-bilanċ taħt “Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro denominati f’euro” u “Obbligazzjonijiet lil residenti mhux fiż-żona tal-euro denominati f’euro”.
Nota 18 - Futures tar-rati tal-imgħax
Saru tranżazzjonijiet swap u forward tal-kambju fil-kuntest tal-ġestjoni tar-riżervi barranin tal-BĊE. It-tranżazzjonijiet li ġejjin, tradotti bir-rati tal-kambju tal-aħħar tas-sena, kienu għadhom pendenti fi tmiem is-sena:
(miljuni ta’ EUR)
2025 | 2024 | Bidla | |
|---|---|---|---|
Futures tar-rata tal-imgħax f’munita barranija | |||
Xiri | 880 | 382 | 498 |
Bejgħ | 105 | 734 | (629) |
Nota 19 - Tranżazzjonijiet forward f’titoli
It-tranżazzjonijiet forward f’titoli saru fil-kuntest tal-ġestjoni tar-riżervi barranin tal-BĊE. It-tranżazzjonijiet li ġejjin, tradotti bir-rati tal-kambju tal-aħħar tas-sena, kienu għadhom pendenti fi tmiem is-sena:
(miljuni ta’ EUR)
2025 | 2024 | Bidla | |
|---|---|---|---|
Tranżazzjonijiet forward f’titoli | |||
Xiri | 1,248 | - | 1,248 |
Bejgħ | 51 | - | 51 |
Nota 20 - Tranżazzjonijiet swap u forward tal-kambju barrani
Ġestjoni ta’ riżervi barranin
Saru tranżazzjonijiet swap u forward tal-kambju barrani fil-kuntest tal-ġestjoni tar-riżervi barranin tal-BĊE. Il-pretensjonijiet u l-obbligazzjonijiet li ġejjin li jirriżultaw minn dawn it-tranżazzjonijiet, tradotti bir-rati tal-kambju barrani tal-aħħar tas-sena, kienu pendenti fi tmiem is-sena:
(miljuni ta’ EUR)
2025 | 2024 | Bidla | |
|---|---|---|---|
Tranżazzjonijiet swap u forward tal-kambju barrani | |||
Pretensjonijiet | 2,102 | 2,873 | (771) |
Obbligazzjonijiet | 2,038 | 2,742 | (704) |
Arranġamenti swap li jipprovdu likwidità
Il-BĊE hu parti minn network ta’ swap-line ta’ banek ċentrali u għandu fis-seħħ arranġamenti reċiproċi ta’ swap mal-Bank of Canada, il-Bank tal-Ġappun, il-Bank Nazzjonal Żvizzeru, il-Bank of England u l-Federal Reserve System. Għandu wkoll linja ta’ swap reċiproka mal-Bank tal-Poplu taċ-Ċina. Dawn l-arranġamenti swap jippermettu l-provvediment ta’ (i) likwidità fi kwalunkwe waħda mill-muniti rispettivi tal-banek ċentrali ta’ hawn fuq lill-banek taż-żona tal-euro jew (ii) likwidità f’euro lil istituzzjonijiet finanzjarji fil-ġurisdizzjonijiet tal-banek ċentrali msemmija hawn fuq. Barra minn hekk, hemm fis-seħħ ukoll ftehimiet ta’ swap ma’ Danmarks Nationalbank u Sveriges Riksbank għall-provvista ta’ likwidità f’euro lil istituzzjonijiet finanzjarji fil-ġurisdizzjonijiet tagħhom. L-arranġamenti ta’ hawn fuq għandhom l-għan li jipprevjenu t-tensjonijiet fis-swieq ta’ finanzjament internazzjonali milli jfixklu l-effettività tat-trażmissjoni tal-politika monetarja taż-żona tal-euro.[57]
Pretensjonijiet u obbligazzjonijiet f’dollari Amerikani b’data ta’ maturità fl-2026 saru fir-rigward tal-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani lil kontropartijiet tal-Eurosistema (ara n-nota 10 “Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona tal-euro denominati f’euro”).
Nota 21 - Amministrazzjoni ta’ operazzjonijiet ta’ self u għoti ta’ self
Il-BĊE jaġixxi bħala aġent fiskali għall-Kummissjoni Ewropea għall-amministrazzjoni tal-attivitajiet ta' għoti u teħid b'self tal-UE.[58] Fl-2025, il-BĊE kien responsabbli għall-amministrazzjoni tal-kontijiet u għall-ipproċessar tal-pagamenti relatati mal-programmi tal-UE li ġejjin:
Attivitajiet ta’ teħid u għoti ta’ self tal-UE |
|---|
Il-Faċilità ta’ assistenza finanzjarja għal żmien medju (MTFA, medium-term financial assistance) |
Il-mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbilizzazzjoni Finanzjarja (EFSM, European Financial Stabilisation Mechanism) |
Il-Ftehim dwar faċilità ta’ self għall-Greċja |
L-istrument Ewropew għal Appoġġ temporanju biex jittaffew ir-Riskji ta’ Qgħad f’Emerġenza (SURE, Support to mitigate Unemployment Risks in an Emergency) |
Il-programm Next Generation EU (NGEU) |
Il-mekkaniżmu ta’ Kooperazzjoni ta’ Self għall-Ukrajna (ULCM, Ukraine Loan Cooperation Mechanism) |
Il-Faċilità għall-Ukrajna |
Assistenza makrofinanzjarja (MFA, Macro-financial assistance) |
Il-Faċilità għar-Riforma u t-Tkabbir għall-Balkani tal-Punent |
Barra minn hekk, il-BĊE jaġixxi bħala aġent tal-ħlas għall-Kummissjoni Ewropea fir-rigward tas-Servizz tal-Ħruġ tal-UE tagħha.
2.6 Noti dwar il-kont tal-profitt u t-telf
Nota 22 – Dħul nett mill-imgħax/(spiża)
L-ispiża netta tal-imgħax kienet kif ġej:
(miljuni ta’ EUR)
2025 | 2024 | Bidla | |
|---|---|---|---|
Riżervi barranin | 2,089 | 2,537 | (448) |
Titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja | 3,814 | 3,850 | (36) |
Self ta’ titoli miżmumin għal finijiet tal-politika monetarja | 17 | 32 | (15) |
Pretensjonijiet relatati mal-allokazzjoni ta’ karti tal-flus tal-euro fi ħdan l-Eurosistema | 2,900 | 5,232 | (2,332) |
Bilanċi ta’ TARGET dovuti mill-BĊN | 29,896 | 54,542 | (24,645) |
Fondi proprji | 611 | 703 | (92) |
Oħrajn | 1 | 3 | (2) |
Dħul totali mill-imgħax | 39,328 | 66,898 | (27,569) |
Riżervi barranin | (0) | (0) | (0) |
Self ta’ titoli miżmumin għall-finijiet tal-politika monetarja1 | (26) | (137) | 111 |
Pretensjonijiet tal-BĊNi fir-rigward tar-riżervi barranin ittrasferiti | (790) | (1,448) | 659 |
Bilanċi ta’ TARGET dovuti lill-BĊN | (37,603) | (70,216) | 32,613 |
Depożiti aċċettati mill-BĊE fir-rwol tiegħu bħala aġent fiskali | (601) | (1,219) | 618 |
Oħrajn | (488) | (861) | 374 |
Spiża totali tal-imgħax | (39,507) | (73,881) | 34,374 |
Spiża netta tal-imgħax | (178) | (6,983) | 6,805 |
1) Din il-partita tinkludi l-ispiża fuq l-imgħax fuq flus kontanti riċevuti bħala kollateral.
Nota 22.1 — Dħul nett mill-imgħax fuq riżervi barranin
Id-dħul nett mill-imgħax fuq ir-riżervi barranin tal-BĊE, imqassma skont it-tip ta’ strument, kienu skont kif ġej:
(miljuni ta’ EUR)
2025 | 2024 | Bidla | |
|---|---|---|---|
Kontijiet kurrenti | 55 | 85 | (30) |
Depożiti fis-suq monetarju | 123 | 149 | (26) |
Ftehimiet ta’ riakkwist | (0) | (0) | (0) |
Ftehimiet ta’ repo rriversjat | 229 | 225 | 4 |
Titoli | 1,591 | 1,936 | (345) |
Tranżazzjonijiet forward u swap f’muniti barranin | 90 | 142 | (51) |
Dħul nett mill-imgħax fuq riżervi barranin | 2,089 | 2,537 | (449) |
Id-dħul nett mill-imgħax fuq ir-riżervi barranin tal-BĊE, imqassma skont il-munita barranija, kienu skont kif ġej:
(miljuni ta’ EUR)
2025 | 2024 | Bidla | |
|---|---|---|---|
Dollari Amerikani | 1,961 | 2,434 | (472) |
Yen Ġappuniż | 64 | 9 | 56 |
Renminbi Ċiniżi | 9 | 12 | (3) |
SDRs | 53 | 83 | (29) |
Oħrajn | 0 | 0 | (0) |
Dħul nett mill-imgħax fuq riżervi barranin | 2,089 | 2,537 | (449) |
Nota 22.2 - Dħul mill-imgħax li jirriżulta mill-pretensjonijiet relatati mal-allokazzjoni ta’ karti tal-flus tal-euro fi ħdan l-Eurosistema
Fl-2025, l-introjtu mill-imgħax relatat mas-sehem ta’ 8% tal-BĊE mill-valur totali ta’ karti tal-flus tal-euro fiċ-ċirkolazzjoni (ara “Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni” fit-Taqsima 2.3 “Politiki tal-kontabilità” u n-nota 5.1 “Pretensjonijiet relatati mal-allokazzjoni ta’ karti tal-flus tal-euro fl-Eurosistema”) ammonta għal €2,900 miljun (2024: €5,232 miljun). It-tnaqqis kien dovut għar-rata medja aktar baxxa tar-remunerazzjoni (2025: 2.3%, 2024: 4.1 %), li jirriżulta prinċipalment mit-tnaqqis fir-rati tal-imgħax ewlenin tal-BĊE fl-2025 u, sa ċertu punt, mill-applikazzjoni tar-rata tal-faċilità ta’ depożitu bħala r-rata ta’ remunerazzjoni minflok ir-rata fuq l-operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament (ara “Kwistjonijiet oħrajn” fit-Taqsima 2.3 “Politiki tal-kontabilità”).
Nota 22.3 – Remunerazzjoni ta’ pretensjonijiet ta’ BĊNi fir-rigward ta’ riżervi barranin trasferiti
Fl-2025, l-ispiża fuq ir-remunerazzjoni li rriżultat mill-pretensjonijiet tal-BĊN taż-żona tal-euro fir-rigward tal-assi f’riżervi barranin trasferiti lill-BĊE (ara n-nota 11.1 “Obbligazzjonijiet ekwivalenti għat-trasferiment ta’ riżervi barranin”) ammontat għal €790 miljun (2024: €1,448 miljun). It-tnaqqis kien dovut għar-rata medja aktar baxxa tar-remunerazzjoni (2025: 2.3%, 2024: 4.1 %), aġġustat biex jirrifletti redditu żero fuq il-komponent tad-deheb, li jirriżulta prinċipalment mit-tnaqqis fir-rati tal-imgħax ewlenin tal-BĊE fl-2025 u, sa ċertu punt, mill-applikazzjoni tar-rata tal-faċilità ta’ depożitu bħala l-bażi għar-remunerazzjoni minflok ir-rata fuq l-operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament (ara “Kwistjonijiet oħra” fit-Taqsima 2.3 “Politiki tal-kontabilità”).
Nota 22.4 – Introjtu mill-imgħax nett fuq titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja
L-introjtu mill-imgħax nett fuq titoli miżmuma għal skopijiet ta’ politika monetarja kien kif ġej:
(miljuni ta’ EUR)
2025 | 2024 | Bidla | |
|---|---|---|---|
SMP1 | 15 | 24 | (9) |
APP | |||
CBPP3 | 159 | 178 | (20) |
ABSPP | 137 | 419 | (281) |
PSPP – titoli tal-gvern/aġenzija | 2,022 | 2,022 | (0) |
Total APP | 2,318 | 2,619 | (301) |
PEPP | |||
PEPP – bonds koperti | 6 | 6 | 0 |
PEPP – titoli tal-gvern/aġenzija | 1,475 | 1,201 | 274 |
Total PEPP | 1,481 | 1,206 | 275 |
Dħul nett mill-imgħax fuq titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja | 3,814 | 3,850 | (36) |
1) Id-dħul nett tal-BĊE mill-imgħax fuq l-investimenti SMP f’bonds tal-gvern Grieg ammonta għal EUR 14-il miljun (2024: €18 miljun).
Nota 22.5 – Spiża netta tal-imgħax li tirriżulta mill-bilanċi tat-TARGET dovuti lil/mill-BĊNi
L-ispiża netta tal-imgħax li tirriżulta mill-bilanċi tat-TARGET dovuti minn/lill-BĊNi kienet skont kif ġej:
(miljuni ta’ EUR)
2025 | 2024 | Bidla | |
|---|---|---|---|
Introjtu mill-imgħax nett li jirriżulta mill-bilanċi tat-TARGET dovuti lil/mill-BĊNi | 29,896 | 54,542 | (24,645) |
- BĊN taż-żona tal-euro | 29,896 | 54,542 | (24,645) |
Spiża tal-imgħax li tirriżulta mill-bilanċi tat-TARGET dovuti lil/mill-BĊNi | (37,603) | (70,216) | 32,613 |
- BĊN taż-żona tal-euro | (37,586) | (70,150) | 32,564 |
- BĊN mhux taż-żona tal-euro | (17) | (66) | 49 |
Spiża netta tal-imgħax li tirriżulta mill-bilanċi tat-TARGET dovuti lil/mill-BĊNi | (7,706) | (15,674) | 7,968 |
It-tnaqqis kien fil-biċċa l-kbira dovut għar-rata medja aktar baxxa tar-remunerazzjoni (2025: 2.3%, 2024: 4.1 %), li jirriżulta prinċipalment mit-tnaqqis fir-rati tal-imgħax ewlenin tal-BĊE fl-2025 u, sa ċertu punt, mill-applikazzjoni tar-rata tal-faċilità ta’ depożitu bħala r-rata ta’ remunerazzjoni minflok ir-rata fuq l-operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament (ara “Kwistjonijiet oħrajn” fit-Taqsima 2.3 “Politiki tal-kontabilità”). Bilanċi aktar baxxi tat-TARGET, li jirriżultaw prinċipalment minn titoli tal-politika monetarja li jimmaturaw, ikkontribwew ukoll għal dan it-tnaqqis.
Nota 23 - Gwadanni/(telf) realizzati minn operazzjonijiet finanzjarji
Il-gwadann u t-telf realizzat li jirriżulta minn operazzjonijiet finanzjarji kienu skont kif ġej:
(miljuni ta’ EUR)
2025 | 2024 | Bidla | |
|---|---|---|---|
Gwadanni/(telf) nett realizzati mill-prezzijiet | 45 | (53) | 98 |
Gwadann nett realizzat mir-rata tal-kambju u l-prezz tad-deheb | 905 | 36 | 869 |
Qligħ/(telf) nett realizzat minn operazzjonijiet finanzjarji | 950 | (17) | 967 |
It-telf nett realizzat mill-prezzijiet jinkludi gwadanni u telf realizzati fuq titoli u futures tar-rata tal-imgħax. Il-gwadanji netti fil-prezzijiet realizzati fl-2025 kienu prinċipalment xprunati mill-gwadanji fil-prezzijiet realizzati fuq il-bejgħ ta’ titoli denominati f’dollari Amerikani li l-prezz tas-suq tagħhom kien żdied bħala riżultat ta’ tnaqqis fir-rendimenti korrispondenti.
Il-gwadanji netti realizzati fir-rata tal-kambju fl-2025 irriżultaw b’mod predominanti minn riekwilibriju standard tal-kompożizzjoni tar-riżervi barranin tal-BĊE matul l-ewwel trimestru tal-2025 biex jiġu allinjati mal-allokazzjoni fil-mira. Il-BĊE biegħ porzjon żgħir tal-parteċipazzjonijiet tiegħu f’dollari Amerikani u investa mill-ġdid kompletament ir-rikavat fil-yen Ġappuniż.
Il-qligħ u t-telf realizzati li jirriżultaw minn operazzjonijiet finanzjarji, diżaggregati skont il-munita u t-trimestru, kienu skont kif ġej:
(miljuni ta’ EUR)
2025 | 2024 | |||||||||
|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
Trimestru 1 | Trimestru 2 | Trimestru 3 | Trimestru 4 | Total | Trimestru 1 | Trimestru 2 | Trimestru 3 | Trimestru 4 | Total | |
Gwadanni/(telf) nett realizzati mill-prezzijiet | ||||||||||
Dollari Amerikani | 11 | 29 | 39 | 17 | 97 | (10) | (23) | 38 | (13) | (8) |
Yen Ġappuniż | (8) | (4) | (7) | (5) | (23) | (0) | (2) | (0) | (2) | (4) |
Renminbi Ċiniżi | 1 | 0 | 1 | 1 | 4 | 1 | 1 | 3 | 1 | 7 |
Euro | (26) | (2) | (2) | (1) | (32) | (27) | (11) | (3) | (6) | (48) |
Subtotal | (22) | 23 | 31 | 12 | 45 | (36) | (35) | 38 | (20) | (53) |
Gwadanni/(telf) nett realizzati mir-rata tal-kambju u l-prezz tad-deheb | ||||||||||
Dollari Amerikani | 909 | 0 | 0 | 0 | 909 | (0) | (0) | 0 | 37 | 37 |
Yen Ġappuniż | 0 | (0) | (0) | (8) | (8) | (0) | (0) | (0) | (0) | (1) |
Renminbi Ċiniżi | 0 | 0 | 0 | (0) | (0) | 0 | (0) | (0) | (0) | (0) |
Oħrajn | 5 | 0 | (1) | (0) | 4 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 |
Subtotal | 914 | (0) | (1) | (8) | 905 | (0) | (0) | 0 | 36 | 36 |
Total | 892 | 23 | 30 | 4 | 950 | (36) | (35) | 38 | 17 | (17) |
Nota 24 – Tnaqqis tal-valur ta’ assi u pożizzjonijiet finanzjarji
It-tnaqqis tal-valur ta’ assi u pożizzjonijiet finanzjarji jidher hawn taħt:
(miljuni ta’ EUR)
2025 | 2024 | Bidla | |
|---|---|---|---|
Telf mhux realizzat mill-prezz tat-titoli | (130) | (187) | 57 |
Telf mhux realizzat mir-rata tal-kambju | (1,316) | (81) | (1,235) |
Tnaqqis tal-valur ta’ assi u pożizzjonijiet finanzjarji | (1,446) | (269) | (1,178) |
Il-valur tas-suq ta’ għadd ta’ titoli, miżmuma prinċipalment fil-fondi proprji u fil-portafolli tal-yen Ġappuniż, naqas flimkien ma’ żieda fir-rendimenti korrispondenti fl-2025. Dan wassal għal telf mhux realizzat mill-prezz fl-aħħar tas-sena.
It-telf mhux realizzat fir-rata tal-kambju rriżulta mill-parteċipazzjonijiet kollha tal-BĊE f’muniti barranin ħlief għall-parteċipazzjoni f’dollari Amerikani, b’EUR 1,229 miljun ġejjin mill-investimenti f’yen Ġappuniż. Il-kost medju tal-akkwist ta’ dawn l-investimenti tniżżel għar-rata tal-kambju ta’ tmiem is-sena 2025 minħabba d-deprezzament ta’ dawn il-muniti kontra l-euro għal livell aktar baxx mill-kost medju tagħhom.
Nota 25 – Introjtu nett/(spiża) netta minn tariffi u kummissjonijiet
L-introjtu nett relatat mat-tariffi u l-kummissjonijiet kien kif ġej:
(miljuni ta’ EUR)
2025 | 2024 | Bidla | |
|---|---|---|---|
Dħul minn tariffi u kummissjonijiet | 719 | 697 | 22 |
Spejjeż relatati ma’ tariffi u kummissjonijiet | (19) | (22) | 3 |
Dħul nett minn tariffi u kummissjonijiet | 700 | 674 | 26 |
Introjtu taħt din il-partita jikkonsisti primarjament minn tariffi superviżorji. L-ispejjeż jikkonsistu b’mod predominanti minn tariffi ta’ kustodja.
Introjtu u spejjeż relatati mal-kompiti superviżorji
L-introjtu relatat mal-kompiti superviżorji kien skont kif ġej:
(miljuni ta’ EUR)
2025 | 2024 | Bidla | |
|---|---|---|---|
Dħul mit-tariffi superviżorji | 690 | 681 | 9 |
- Introjtu mit-tariffi mingħand entitajiet sinifikanti jew gruppi sinifikanti | 659 | 651 | 8 |
- Introjtu mit-tariffi mingħand entitajiet inqas sinifikanti jew gruppi inqas sinifikanti | 31 | 29 | 2 |
Penali amministrattivi imposti | 29 | 16 | 13 |
Dħul relatat mal-kompiti tas-superviżjoni bankarja | 718 | 696 | 22 |
L-introjtu relatat mas-superviżjoni bankarja jinkludi prinċipalment introjtu minn tariffi superviżorji imposti kull sena fuq entitajiet taħt superviżjoni sabiex tiġi rkuprata n-nefqa annwali mġarrba mill-BĊE fit-twettiq tal-kompiti superviżorji tiegħu.
L-ispejjeż relatati mas-superviżjoni bankarja jirriżultaw mis-superviżjoni diretta ta’ entitajiet sinifikanti, is-sorveljanza tas-superviżjoni ta’ entitajiet inqas sinifikanti u t-twettiq ta’ kompiti orizzontali u servizzi speċjalizzati. Dawn jikkonsistu fl-ispejjeż diretti tal-funzjoni superviżorja tal-BĊE u l-ispejjeż rilevanti li jirriżultaw minn oqsma ta’ appoġġ meħtieġa biex jiġu ssodisfati r-responsabbiltajiet superviżorji tal-BĊE. Dan jirrifletti s-servizzi tagħhom fir-rigward tal-bini u l-faċilitajiet; riżorsi umani; teknoloġija tal-informazzjoni (IT); servizzi legali, tal-awditjar u tal-amministrazzjoni; komunikazzjoni u traduzzjoni; u attivitajiet oħrajn.
L-ispejjeż annwali reali relatati mal-kompiti superviżorji tal-BĊE żdiedu minħabba t-testijiet tal-istress biennali madwar l-UE kollha li saru fl-2025,[59] il-mandat il-ġdid introdott mill-Att dwar ir-Reżiljenza Operazzjonali Diġitali (DORA, Digital Operational Resilience Act)[60] u l-investiment kontinwu fis-sistemi tal-IT iddedikati għas-superviżjoni bankarja.
Biex jiġi ddeterminat l-ammont ta’ tariffi superviżorji li għandhom jitħallsu mill-entitajiet taħt superviżjoni, l-ispiża annwali attwali tiġi aġġustata għall-ammonti rimborżati lil/riċevuti mingħand banek individwali għal perjodi tariffarji preċedenti u aġġustamenti oħra, inkluż l-imgħax riċevut fuq ħlasijiet tard.[61] Meta jitqies aġġustament li jikkorrispondi għall-imgħax riċevut fuq ħlasijiet tard kif ukoll rimborżi netti lil banek individwali għal perjodi tariffarji preċedenti, it-tariffi superviżorji annwali li għandhom jiġu imposti fuq l-entitajiet taħt superviżjoni għall-perjodu tariffarju 2025 ammontaw għal EUR 690 miljun (ara n-nota 6.4 “Dovuti u spejjeż imħallsa bil-quddiem”). Dan it-total huwa kważi daqs l-ispejjeż annwali attwali.[62] It-tariffi superviżorji individwali se jiġu ffaturati fit-tieni trimestru tal-2026.[63]
Il-BĊE hu intitolat ukoll li jimponi penali amministrattivi fuq entitajiet taħt superviżjoni għal nuqqas ta' konformità mal-liġi bankarja tal-UE dwar rekwiżiti prudenzjali (inklużi d-deċiżjonijiet superviżorji tal-BĊE). Id-dħul relatat ma jitqiesx fil-kalkolu tat-tariffi superviżorji annwali, u lanqas ir-rimborżi ta’ tali penali jekk jiġu emendati jew annullati d-deċiżjonijiet ta’ sanzjoni preċedenti. Minflok, l-ammonti relatati jiġu rreġistrati fil-kont tal-profitt u t-telf tal-BĊE.
Nota 26 - Introjtu minn ishma azzjonarji u interessi parteċipanti
L-introjtu minn strumenti ta’ ekwità u interessi parteċipanti kien ta’ EUR 14-il miljun fl-2025 (2024: €1 miljun). It-total kien jinkludi dividendi riċevuti fuq il-fondi nnegozjati fil-borża ta’ ekwità miżmuma fil-portafoll ta’ fondi proprji tal-BĊE u fuq l-ishma fil-BIS miżmuma mill-BĊE (ara n-nota 6.2 “Assi finanzjarji oħrajn”).
Nota 27 - Introjtu ieħor
Introjtu mixxellanju ieħor kien ta’ EUR 135 miljun fl-2025 (2024: €119 miljun). It-total irriżulta prinċipalment minn kontribuzzjonijiet tal-BĊNi parteċipanti għall-kostijiet imġarrba mill-BĊE b’rabta mal-proġetti u s-servizzi tas-SEBĊ.
Nota 28 - Kostijiet fuq il-persunal
Il-kostijiet tal-persunal kienu skont kif ġej:
(miljuni ta’ EUR)
2025 | 2024 | Bidla | |
|---|---|---|---|
Salarji u benefiċċji | 619 | 560 | 59 |
Assigurazzjoni tal-persunal | 29 | 26 | 2 |
Benefiċċji ta’ wara l-impjieg u benefiċċji oħra fit-tul | 162 | 258 | (96) |
Kostijiet tal-persunal | 809 | 844 | (34) |
L-għadd medju ta’ impjegati fl-2025, espress bħala ekwivalenti full-time (FTEs)[64], ammonta għal 4,388 (2024: 4,297), li minnhom 388 (2024: 386) kienu persunal maniġerjali.
Il-kostijiet fir-rigward tal-benefiċċji ta’ wara l-impjieg u benefiċċji oħra fit-tul kienu aktar baxxi fl-2025 prinċipalment minħabba li fl-2024 ġie impost kost mhux rikorrenti tas-servizz passat fir-rigward ta’ emenda għar-regoli li jirregolaw il-pjanijiet tal-pensjonijiet tal-BĊE. Skont ir-regoli tal-kontabilità rilevanti tal-BĊE għall-pensjonijiet, din l-ispiża ġiet rikonoxxuta bis-sħiħ fil-kont tal-qligħ u t-telf għall-2024 meta ttieħdet id-deċiżjoni. Is-salarji u l-allowances żdiedu fl-2025 f’konformità man-numru medju ogħla ppjanat ta’ persunal impjegat mill-BĊE u l-aġġustamenti regolari tas-salarji.
Remunerazzjoni tal-BĊE għall-Bord Eżekuttiv u l-Bord Superviżorju
Il-Membri tal-Bord Eżekuttiv u l-membri tal-Bord Superviżorju impjegati mill-BĊE jirċievu salarju bażiku u benefiċċji għar-residenza (15% tas-salarju bażiku). Fil-każ tal-President, tiġi pprovduta residenza minflok benefiċċju għal residenza. Il-Membri tal-Bord Eżekuttiv u l-President tal-Bord Superviżorju jirċievu wkoll benefiċċju tar-rappreżentanza.[65] Bla ħsara għall-Kundizzjonijiet tal-Impjieg tal-Persunal tal-Bank Ċentrali Ewropew,[66] il-membri taż-żewġ bordijiet huma intitolati għal benefiċċji tal-familja, tat-tfal u tal-edukazzjoni u oħrajn, skont iċ-ċirkostanzi individwali tagħhom. Is-salarji huma soġġetti għat-taxxa li tmur għall-benefiċċju tal-UE kif ukoll għal tnaqqis fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet għall-iskemi tal-pensjoni, tal-assigurazzjoni medika, kura fit-tul u tal-assigurazzjoni kontra l-inċidenti. Il-benefiċċji la huma taxxabbli u lanqas huma pensjonabbli.
Fl-2025, is-salarji bażiċi tal-membri tal-Bord Eżekuttiv u tal-membri tal-Bord Superviżorju impjegati mill-BĊE (jiġifieri minbarra r-rappreżentanti tas-superviżuri nazzjonali) kienu dawn:[67]
(EUR)
2025 | 2024 | |
|---|---|---|
Total Bord Eżekuttiv | 2,320,416 | 2,197,332 |
Christine Lagarde | 492,204 | 466,092 |
Luis de Guindos (Viċi-President) | 421,908 | 399,528 |
Piero Cipollone (Membru tal-Bord) | 351,576 | 332,928 |
Frank Elderson (Membru tal-Bord) | 351,576 | 332,928 |
Philip R. Lane (Membru tal-Board) | 351,576 | 332,928 |
Isabel Schnabel (Membru tal-Board) | 351,576 | 332,928 |
Total Bord Superviżorju (membri impjegati mill-BĊE)1 | 1,604,632 | 1,364,558 |
li minnhom: | ||
Claudia Buch (Chairperson tal-Bord Superviżorju) | 351,576 | 332,928 |
Total | 3,925,048 | 3,561,890 |
1) Iċ-ċifra totali tinkludi r-remunerazzjoni tal-President tal-Bord Superviżorju u tal-membri tal-BĊE. Frank Elderson ma jirċievi ebda remunerazzjoni addizzjonali fir-rwol tiegħu ta’ Viċi President tal-Bord Superviżorju. It-totali għall-2024 kienu affettwati minn distakk bejn it-tmiem u l-bidu tal-mandati ta’ żewġ membri tal-Bord Superviżorju u s-suċċessuri tagħhom.
Il-benefiċċji totali li tħallsu lill-membri taż-żewġ bordijiet u l-kontribuzzjonijiet tal-BĊE għall-iskemi tal-assigurazzjoni medika, il-kura fit-tul u kontra l-inċidenti mħallsa f’isimhom ammontaw għal €1,320,276 (2024: €1,254,013).
Jistgħu jsiru pagamenti tranżitorji lil dawk li kienu membri taż-żewġ bordijiet għal perjodu limitat wara tmiem il-mandat tagħhom. Fl-2025 dawn il-pagamenti, inklużi l-benefiċċji relatati u l-kontribuzzjonijiet tal-BĊE għall-iskemi tal-assigurazzjoni medika, kura fit-tul u kontra l-inċidenti, ammontaw għal EUR 1,039,478 (2024: €552,772). Dawn il-pagamenti żdiedu fl-2025 peress li l-biċċa l-kbira tal-membri tal-bord irċevewhom għas-sena kollha, filwaqt li fl-2024 xi wħud minn dawn il-membri rċevewhom biss għal ftit xhur.
Pagamenti relatati mal-pensjoni, inklużi benefiċċji ta' wara l-impjieg, u kontribuzzjonijiet għall-iskema tal-assigurazzjoni medika, kura fit-tul u kontra l-inċidenti għal dawk li kienu membri tal-bord u d-dipendenti tagħhom, ammontaw għal €2,005,333 (2024: €2,185,215).[68] Fl-2025, simili għall-2024, dan l-ammont kien jinkludi ħlas ta’ somma f’daqqa lil eks membru wieħed tal-bord mat-tluq minflok ħlasijiet tal-pensjonijiet futuri.
Nota 29 - Spejjeż amministrattivi
L-ispejjeż amministrattivi kienu kif ġej:
(miljuni ta’ EUR)
2025 | 2024 | Bidla | |
|---|---|---|---|
Kera, manutenzjoni tal-proprjetà u utilitajiet | 62 | 57 | 5 |
Spejjeż relatati mal-persunal | 69 | 74 | (5) |
Spejjeż relatati mal-IT | 170 | 153 | 17 |
Servizzi esterni | 142 | 162 | (20) |
Spejjeż oħra | 73 | 67 | 6 |
Spejjeż amministrattivi | 516 | 513 | 4 |
Iż-żieda żgħira fl-ispejjeż amministrattivi fl-2025 kienet xprunata prinċipalment minn infiq ogħla fuq is-servizzi u l-proġetti tal-IT (“spejjeż relatati mal-IT”). It-tnaqqis fis-“Servizzi esterni” kien prinċipalment dovut għal spejjeż aktar baxxi relatati ma’ servizzi ta’ konsulenza finanzjarja u servizzi oħra ta’ konsulenza u riallokazzjoni tal-kostijiet għal spejjeż relatati mal-IT minħabba mudelli ta’ twassil tal-IT li qed jevolvu.
Nota 30 - Servizzi tal-produzzjoni tal-karti tal-flus
Fl-2025 din l-ispiża ammontat għal €8 miljun (2024: €9 miljun). It-total irriżulta prinċipalment mit-trasport transfruntier ta’ karti tal-flus tal-euro (i) bejn l-istamperiji tal-karti tal-flus u l-BĊNi, għall-kunsinna ta’ karti tal-flus ġodda, u (ii) bejn il-BĊNi, biex jikkumpensaw għal skarsezzi permezz ta’ stokks żejda. Dawn il-kostijiet jiġġarrbu ċentralment mill-BĊE.
Nota 31 – Trasferiment (lil)/minn provvedimenti kontra r-riskji
Id-dispożizzjoni għar-riskji finanzjarji (ara “Dispożizzjoni għar-riskji finanzjarji” fit-Taqsima 2.3 “Politiki tal-kontabilità”) ġiet rilaxxata bis-sħiħ biex tkopri t-telf fl-2022 u fl-2023 li jirriżulta minn skoperturi għal riskji finanzjarji. Peress li ma sar l-ebda trasferiment għal din id-dispożizzjoni fis-snin sussegwenti, din id-dispożizzjoni kienet ta’ żero mill-aħħar tal-2023.
2.7 Avvenimenti wara l-għeluq tas-sena finanzjarja
Nota 32 — Adeżjoni tal-Bulgarija maż-żona tal-euro
Skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2025/1407 tat-8 ta’ Lulju 2025[69], li ttieħdet skont l-Artikolu 140(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Bulgarija adottat il-munita unika fl-1 ta’ Jannar 2026. Skont l-Artikolu 48.1 tal-Istatut tas-SEBĊ u l-atti legali adottati mill-Kunsill Governattiv fil-31 ta’ Diċembru 2025, [70] Българска народна банка (l-Bank Nazzjonali Bulgaru) ħallas ammont ta’ EUR 102 miljun b’effett mill-1 ta’ Jannar 2026, li huwa l-kumplament tas-sottoskrizzjoni tiegħu għall-kapital tal-BĊE. Skont l-Artikolu 48.1, flimkien mal-Artikolu 30.1, tal-Istatut tas-SEBĊ, il-Bank Nazzjonali Bulgaru ttrasferixxa assi f’riżervi barranin b’valur totali ekwivalenti għal EUR 1,483 miljun lill-BĊE b’effett mill-1 ta’ Jannar 2026. Dawn l-assi f’riżervi barranin kienu jinkludu dollari Amerikani fil-forma ta’ flus kontanti, u deheb (15%).
Il-Bank Nazzjonali Bulgaru ġie kkreditat bi pretensjonijiet fir-rigward tal-kapital imħallas u l-assi f’riżervi barranin ekwivalenti għall-ammonti trasferiti. Dawn tal-aħħar għandhom jiġu ttrattati bl-istess mod bħall-pretensjonijiet eżistenti tal-BĊN l-oħra taż-żona tal-euro (ara n-nota 11.1 “Obbligazzjonijiet ekwivalenti għat-trasferiment ta’ riżervi barranin”).
2.8 Rapporti finanzjarji 2021–25
Karta tal-bilanċ
Assi
(miljuni ta’ EUR)
2021 | 2022 | 2023 | 2024 | 2025 | |
|---|---|---|---|---|---|
Deheb u ammonti riċevibbli f’deheb | 26,121 | 27,689 | 30,419 | 40,895 | 59,754 |
Pretensjonijiet kontra persuni mhux residenti fiż-żona tal-euro denominati f’muniti barranin | 51,433 | 55,603 | 55,876 | 58,117 | 54,764 |
Ammonti riċevibbli mill-FMI | 1,234 | 1,759 | 2,083 | 2,227 | 1,772 |
Bilanċi ma’ banek u investimenti f’titoli, self barrani u assi esterni oħrajn | 50,199 | 53,844 | 53,793 | 55,890 | 52,992 |
Pretensjonijiet kontra residenti taż-żona tal-euro denominati f’muniti barranin | 2,776 | 1,159 | 1,450 | 4,094 | 2,236 |
Pretensjonijiet kontra persuni mhux residenti fiż-żona tal-euro denominati f’euro | 3,070 | - | - | - | - |
Bilanċi ma’ banek, investimenti f’titoli u self | 3,070 | - | - | - | - |
Pretensjonijiet oħra kontra istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro denominati f’euro | 38 | 12 | 17 | 2 | 1 |
Titoli ta’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’euro | 445,384 | 457,271 | 425,349 | 376,781 | 325,265 |
Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja | 445,384 | 457,271 | 425,349 | 376,781 | 325,265 |
Pretensjonijiet intra-Eurosistema | 123,551 | 125,763 | 125,378 | 127,067 | 129,563 |
Pretensjonijiet relatati mal-allokazzjoni ta’ karti tal-flus tal-euro fi ħdan l-Eurosistema | 123,551 | 125,763 | 125,378 | 127,067 | 129,563 |
Assi oħrajn | 27,765 | 31,355 | 34,739 | 33,644 | 31,756 |
Assi fissi tanġibbli u intanġibbli | 1,189 | 1,105 | 1,023 | 971 | 1,055 |
Assi finanzjarji oħra | 21,152 | 21,213 | 22,172 | 22,781 | 23,211 |
Differenzi fir-rivalutazzjoni ta’ strumenti barra mill-karta tal-bilanċ | 620 | 783 | 552 | 681 | 273 |
Dovuti u spejjeż imħallsin bil-quddiem | 4,055 | 7,815 | 10,905 | 9,158 | 7,108 |
Diversi | 749 | 438 | 88 | 53 | 110 |
Assi totali | 680,140 | 698,853 | 673,229 | 640,600 | 603,339 |
Obbligazzjonijiet
(miljuni ta’ EUR)
2021 | 2022 | 2023 | 2024 | 2025 | |
|---|---|---|---|---|---|
Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni | 123,551 | 125,763 | 125,378 | 127,067 | 129,563 |
Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta' kreditu taż-żona tal-euro denominati f’euro | 9,473 | 17,734 | 4,699 | 2,388 | 489 |
Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra taż-żona tal-euro denominati f’euro | 7,604 | 63,863 | 20,622 | 24,554 | 26,022 |
Gvern ġenerali | 3,200 | 48,520 | 143 | 73 | 74 |
Obbligazzjonijiet oħra | 4,404 | 15,343 | 20,479 | 24,482 | 25,947 |
Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona tal-euro denominati f’euro | 112,492 | 78,108 | 23,111 | 39,859 | 26,846 |
Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona tal-euro denominati f’muniti barranin | - | - | 24 | - | - |
Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħrajn | - | - | 24 | - | - |
Obbligazzjonijiet intra-Eurosistema | 375,136 | 355,474 | 445,048 | 388,676 | 354,060 |
Obbligazzjonijiet ekwivalenti għat-trasferiment ta’ riżervi barranin | 40,344 | 40,344 | 40,671 | 40,562 | 40,562 |
Obbligazzjonijiet relatati mat-TARGET (nett) | 334,618 | 315,090 | 404,336 | 348,074 | 313,491 |
Obbligazzjonijiet oħra fi ħdan l-Eurosistema (netti) | 174 | 41 | 40 | 40 | 8 |
Obbligazzjonijiet oħra | 2,877 | 5,908 | 9,498 | 7,615 | 4,745 |
Differenzi fir-rivalutazzjoni ta’ strumenti barra mill-karta tal-bilanċ | 568 | 430 | 68 | - | 0 |
Dovuti u introjti miġbura bil-quddiem | 32 | 3,915 | 8,030 | 6,288 | 3,661 |
Diversi | 2,277 | 1,562 | 1,401 | 1,327 | 1,084 |
Provvedimenti | 8,268 | 6,636 | 67 | 72 | 84 |
Provvedimenti kontra r-riskju | 8,194 | 6,566 | - | - | - |
Provvedimenti oħra | 74 | 69 | 67 | 72 | 84 |
Kontijiet ta’ rivalutazzjoni | 32,277 | 36,487 | 37,099 | 50,653 | 63,068 |
Kapital u riżervi | 8,270 | 8,880 | 8,948 | 8,925 | 8,925 |
Kapital | 8,270 | 8,880 | 8,948 | 8,925 | 8,925 |
Telf akkumulat riportat | - | - | - | (1,266) | (9,210) |
Profitt/(telf) għas-sena | 192 | - | (1,266) | (7,944) | (1,254) |
Obbligazzjonijiet totali | 680,140 | 698,853 | 673,229 | 640,600 | 603,339 |
Nota: Sabiex tiġi żgurata l-komparabbiltà, it-tqassim tal-karta tal-bilanċ għas-snin 2021–23 ġie aġġustat biex jaqbel mat-tqassim introdott fl-2024. Barra minn hekk, peress li l-partita “Profitt (telf) għas-sena” ġiet inkluża bħala partita negattiva awtonoma fuq in-naħa tal-obbligazzjoniijet tal-karta tal-bilanċ, l-ammonti għal “Assi totali” u “Obbligazzjonijiet totali” fl-2023 ġew aġġustati skont dan. Aktar dettalji dwar dawn il-bidliet jistgħu jinstabu taħt “Bidliet fil-preżentazzjoni fir-rapporti finanzjarji” fit-Taqsima 2.3 “Politiki kontabilistiċi” tal-Kontijiet Annwali tal-BĊE 2024.
Kont tal-profitt u telf
(miljuni ta’ EUR)
2021 | 2022 | 2023 | 2024 | 2025 | |
|---|---|---|---|---|---|
Introjtu/(spiża) nett/a mill-imgħax | 1,566 | 900 | (7,193) | (6,983) | (178) |
Dħul mill-imgħax | 1,575 | 12,314 | 63,723 | 66,898 | 39,328 |
Spiża tal-imgħax | (9) | (11,414) | (70,916) | (73,881) | (39,507) |
Riżultat nett ta’ operazzjonijiet finanzjarji u tnaqqis tal-valur | (139) | (1,950) | (144) | (286) | (497) |
Qligħ/telf realizzat li jirriżulta minn operazzjonijiet finanzjarji | (6) | (110) | (106) | (17) | 950 |
Tnaqqis tal-valur ta’ assi u pożizzjonijiet finanzjarji | (133) | (1,840) | (38) | (269) | (1,446) |
Dħul/(spiża) nett(a) minn tariffi u kummissjonijiet | 559 | 585 | 650 | 674 | 700 |
Dħul minn ishma azzjonarji u interessi parteċipanti | 2 | 1 | 1 | 1 | 14 |
Dħul ieħor | 56 | 61 | 72 | 119 | 135 |
Kostijiet tal-persunal | (674) | (652) | (676) | (844) | (809) |
Spejjeż amministrattivi | (444) | (460) | (481) | (513) | (516) |
Deprezzament ta’ assi fissi tanġibbli u intanġibbli | (108) | (103) | (106) | (104) | (94) |
Servizzi tal-produzzjoni tal-karti tal-flus | (13) | (9) | (9) | (9) | (8) |
Spejjeż oħra | (5) | - | - | - | - |
Profitt/(telf) qabel it-trasferiment (lejn)/mill-provvedimenti kontra r-riskji | 802 | (1,627) | (7,886) | (7,944) | (1,254) |
Trasferiment (lil)/minn provvedimenti kontra r-riskju | (610) | 1,627 | 6,620 | - | - |
Profitt/(telf) għas-sena | 192 | - | (1,266) | (7,944) | (1,254) |
Distribuzzjoni tal-profitti | 192 | - | - | - | - |
Nota: Sabiex tiġi żgurata l-komparabbiltà, it-tqassim tal-kont tal-profitt u t-telf għas-snin 2021–23 ġie aġġustat biex jaqbel mat-tqassim introdott fl-2024. Barra minn hekk, l-ammonti murija taħt is-sub-partiti “Dħul mill-imgħax” u “Spiża tal-imgħax” ġew dikjarati mill-ġdid f’konformità mar-raġunar dwar l-introjtu mill-imgħax u n-nettjar tal-ispejjeż applikat mill-2024. Aktar dettalji dwar dawn il-bidliet jistgħu jinstabu taħt “Bidliet fil-preżentazzjoni fir-rapporti finanzjarji” fit-Taqsima 2.3 “Politiki tal-kontabilità” tal-Kontijiet Annwali tal-BĊE 2024.
3 Rapport tal-awditur indipendenti

Lill-President u Kunsill Governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew
Frankfurt am Main
Rapport dwar l-Awditu tar-Rapporti Finanzjarji 2025 tal-BĊE
Opinjoni
Aħna għamilna awditu tar-Rapporti Finanzjarji tal-Bank Ċentrali Ewropew għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2025 – inklużi fil-Kontijiet Annwali tal-BĊE – li jikkonsistu mill-karta tal-bilanċ, il-kont tal-profitt u t-telf, u ġabra fil-qosor tal-politika sinifikanti tal-kontabilità u noti oħra ta’ spjegazzjoni.
Fl-opinjoni tagħna, dawn ir-Rapporti Finanzjarji tal-Bank Ċentrali Ewropew jagħtu stampa veritiera u ġusta tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Bank Ċentrali Ewropew fil-31 ta’ Diċembru 2025 u tar-riżultati tal-operazzjonijiet tiegħu għas-sena li għalqet dakinhar, skont il-prinċipji stabbiliti mill-Kunsill Governattiv, li huma stabbiliti fid-Deċiżjoni (UE) 2024/2938 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-14 ta’ Novembru 2024 dwar il-kontijiet annwali tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2024/32), kif emendata, li hija bbażata fuq il-Linja Gwida (UE) 2024/2941 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-14 ta’ Novembru 2024, dwar il-qafas legali għall-kontabilità u r-rapportar finanzjarju fis-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (BĊE/2024/31).
Bażi għall-Opinjoni
Aħna għamilna l-awditu tagħna skont l-Istandards Internazzjonali tal-Verifika (“ISAs”, International Standards on Auditing). Ir-responsabbiltajiet tagħna skont dawn l-istandards huma deskritti fit-taqsima Responsabbiltajiet tal-Awditur għall-Awditjar tar-Rapporti Finanzjarji tar-rapport tagħna. Aħna indipendenti mill-BĊE skont ir-rekwiżiti etiċi Ġermaniżi li huma rilevanti għall-awditu tagħna tar-Rapporti Finanzjarji, li huma konsistenti mal-International Ethics Standards Board for Accountants’ Code of Ethics for Professional Accountants (il-“Kodiċi IESBA”), u ssodisfajna r-responsabbiltajiet etiċi l-oħra tagħna skont dawn ir-rekwiżiti. Aħna tal-fehma li l-evidenza tal-awditu li ksibna hija biżżejjed u xierqa biex tipprovdi bażi għall-opinjoni tagħna.
Tagħrif ieħor
Il-Bord Eżekuttiv tal-BĊE (“Bord Eżekuttiv”) huwa responsabbli għall-informazzjoni l-oħra inkluża fir-Rendikonti Annwali tal-BĊE. It-tagħrif l-ieħor jinkludi t-tagħrif kollu inkluż fil-Kontijiet Annwali tal-BĊE ħlief għar-Rapporti Finanzjarji tal-BĊE u r-rapport tal-awditur tagħna.
L-opinjoni tagħna dwar ir-Rapporti Finanzjarji ma tkoprix it-tagħrif l-ieħor u aħna ma nesprimu ebda forma ta’ konklużjoni assigurattiva dwarhom.
Fir-rigward tal-awditu li għamilna tar-Rapporti Finanzjarji, ir-responsabbiltà tagħna hi li naqraw it-tagħrif l-ieħor u, waqt li nagħmlu dan, inqisu jekk it-tagħrif l-ieħor huwiex materjalment inkonsistenti mar-Rendikonti Finanzjarji jew mal-għarfien li ksibna waqt l-awditu jew b’xi mod ieħor jidher materjalment iddikjarat ħażin.
Responsabbiltajiet tal-Bord Eżekuttiv u ta’ dawk inkarigati mill-Governanza għar-Rapporti Finanzjarji
Il-Bord Eżekuttiv huwa responsabbli għat-tħejjija u għall-preżentazzjoni ġusta tar-Rapporti Finanzjarji skont il-prinċipji stabbiliti mill-Kunsill Governattiv, li huma stabbilti fid-Deċiżjoni (UE) 2024/2938 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-14 ta’ Novembru 2024 dwar il-kontijiet annwali tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2024/32), kif emendata, li hija bbażata fuq il-Linja Gwida (UE) 2024/2941 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-14 ta’ Novembru 2024, dwar il-qafas legali għall-kontabilità u r-rapportar finanzjarju fis-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (BĊE/2024/31), u għall-kontroll intern bħal dan li l-Bord Eżekuttiv iqis bħala meħtieġ biex tkun tista’ ssir it-tħejjija ta’ Rapporti Finanzjarji li jkunu ħielsa minn kull dikjarazzjoni materjali falza, kemm minħabba frodi jew żbalji.
Fit-tħejjija tar-Rapporti Finanzjarji, il-Bord Eżekuttiv hu responsabbli għall-valutazzjoni tal-kapaċità tal-BĊE li jkompli jopera bħala negozju avvjat, waqt li jiżvela, fejn applikabbli, kwistjonijiet relatati ma’ negozju avvjat u juża n-negozju avvjat bħala bażi tal-kontabilità.
Dawk inkarigati mill-governanza huma responsabbli għas-sorveljanza tal-proċess tar-rappurtar finanzjarju tal-BĊE.
Responsabbiltajiet tal-Awditur għall-Awditu tar-Rendikonti Finanzjarji
L-għanijiet tagħna huma li niksbu ċertezza raġonevoli dwar jekk ir-Rapporti Finanzjarji fl-intier tagħhom humiex ħielsa minn kull dikjarazzjoni materjali falza, kemm minħabba frodi jew żbalji, u li noħorġu rapport tal-awditur li jkun fih l-opinjoni tagħna. Iċ-ċertezza raġonevoli hija livell għoli ta’ ċertezza, iżda mhijiex garanzija li awditu li jsir skont l-ISAs dejjem se jidentifika dikjarazzjoni materjali falza meta din tkun teżisti. Id-dikjarazzjonijiet foloz jistgħu joriġinaw minn frodi jew żbalji u jitqiesu li jkunu materjali jekk, individwalment jew flimkien, ikunu mistennija b’mod raġonevoli li jinfluwenzaw id-deċiżjonijiet ekonomiċi tal-utenti li jsiru abbażi ta’ dawn ir-Rapporti Finanzjarji.
Bħala parti minn awditu skont l-ISAs, aħna neżerċitaw ġudizzju professjonali u nżommu xettiċiżmu professjonali matul l-ippjanar u t-twettiq kollu tal-awditu. Aħna wkoll:
- Nidentifikaw u nivvalutaw ir-riskji ta’ kull dikjarazzjoni materjali falza tar-Rapporti Finanzjarji, kemm minħabba frodi jew żbalji, infasslu u nwettqu proċeduri tal-awditu li jwieġbu għal dawn ir-riskji, u niksbu evidenza tal-awditu li tkun biżżejjed u xierqa biex tipprovdi bażi għall-opinjoni tagħna. Ir-riskju li ma tinqabadx dikjarazzjoni materjali falza li tirriżulta minn frodi huwa ogħla milli r-riskju li ma tinqabadx dikjarazzjoni materjali falza li tirriżulta minn żball, billi frodi tista’ tinvolvi kollużjoni, falsifikazzjoni, ommissjonijiet intenzjonati, rappreżentazzjonijiet ħżiena, jew il-qbiż ta’ kontroll intern.
- Naslu biex nifhmu aħjar x’inhu l-kontroll intern rilevanti għall-awditu sabiex infasslu proċeduri tal-awditjar li jkunu xierqa fiċ-ċirkostanzi, iżda mhux biex nesprimu opinjoni dwar l-effikaċja tal-kontroll intern tal-BĊE.
- Nivvalutaw kemm tkun xierqa l-politika tal-kontabilità li tintuża u kemm ikunu raġonevoli l-kalkoli tal-kontabilità u d-divulgazzjonijiet relatati li jsiru mill-Bord Eżekuttiv.
- Nikkonkludu fuq kemm ikun xieraq l-użu mill-Bord Eżekuttiv tal-bażi ta’ kontabilità ta’ negozju avvjat u, abbażi tal-evidenza tal-awditu miksuba, jekk ikunx jeżisti nuqqas ta’ ċertezza materjali relatat mal-avvenimenti jew mal-kundizzjonijiet li jista’ jixħet dubju sinifikanti fuq il-kapaċità tal-BĊE li jkompli bħala negozju avvjat. Jekk nikkonkludu li jeżisti nuqqas ta’ ċertezza materjali, aħna nkunu obbligati niġbdu l-attenzjoni fir-rapport tagħna tal-awditur għad-divulgazzjonijiet relatati fir-Rapporti Finanzjarji jew, jekk dawn id-divulgazzjonijiet ma jkunux adegwati, li nimmodifikaw l-opinjoni tagħna. Il-konklużjonijiet tagħna huma bbażati fuq l-evidenza tal-awditu miksuba sad-data tar-rapport tal-awditur tagħna.
- Nivvalutaw il-preżentazzjoni, l-istruttura u l-kontenut ġenerali tar-Rapporti Finanzjarji, fosthom id-divulgazzjonijiet, u jekk ir-Rapporti Finanzjarji jirrappreżentawx it-tranżazzjonijiet u l-avvenimenti bażi b’mod li jikseb preżentazzjoni vera u ġusta.
Aħna obbligati nikkomunikaw ma’ dawk inkarigati mill-governanza fir-rigward ta’, fost affarijiet oħra, l-ambitu u ż-żmien ippjanat tal-awditu u l-konklużjonijiet sinifikanti tal-awditu, inklużi xi nuqqasijiet sinifikanti fil-kontroll intern li nidentifikaw matul l-awditu tagħna.
Frankfurt am Main, 17 ta’ Frar 2026
Forvis Mazars GmbH & Co. KG
Wirtschaftsprüfungsgesellschaft
Steuerberatungsgesellschaft
![]()
| ![]()
|
4 Nota dwar it-tqassim tal-profitt /l-allokazzjoni tat-telf
Din in-nota mhijiex parti mir-rapporti finanzjarji tal-BĊE għas-sena 2025.
Skont l-Artikolu 33 tal-Istatut tas-SEBĊ, il-profitt nett tal-BĊE għandu jiġi trasferit f’din l-ordni:
- ammont li għandu jiġi deċiż mill-Kunsill Governattiv, li ma għandux jaqbeż 20 % tal-profitt nett, għandu jiġi trasferit fil-fond ġenerali tar-riżervi, soġġett għal limitu ugwali għal 100% tal-kapital;
- il-bqija tal-profitt nett għandu jitqassam lill-azzjonisti tal-BĊE fil-proporzjon tal-ishma mħallsin tagħhom.[71]
Fil-każ ta’ telf imġarrab mill-BĊE, l-iżbilanċ jista’ jiġi kkumpensat mill-fond ġenerali tar-riżervi tal-BĊE u, jekk ikun meħtieġ, wara deċiżjoni tal-Kunsill Governattiv, mid-dħul monetarju tas-sena finanzjarja rilevanti fil-proporzjon u mhux iżjed mill-ammonti allokati lill-BĊN skont l-Artikolu 32.5 tal-Istatut tas-SEBĊ.[72]
It-telf tal-BĊE għall-2025 kien ta’ EUR 1,254 miljun, meta mqabbel ma’ telf ta’ EUR 7,944 miljun fl-2024. Wara deċiżjoni tal-Kunsill Governattiv, dan it-telf se jiġi riportat fil-karta tal-bilanċ tal-BĊE u se jiġi paċut kontra profitti futuri.
© Bank Ċentrali Ewropew, 2026
Indirizz postali 60640 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
Telefown +49 69 1344 0
Sit elettroniku www.ecb.europa.eu
Id-drittijiet kollha huma riżervati. Ir-riproduzzjoni għal skopijiet edukattivi u mhux kummerċjali hija permessa dment li jissemma s-sors.
Għat-terminoloġija speċifka, jekk jogħġbok irreferi għall-glossarju tal-BĊE (disponibbli bl-Ingliż biss).
HTML ISBN 978-92-899-7566-7, ISSN 2443-4914, doi:10.2866/3381130, QB-01-25-291-MT-Q
F’dan id-dokument kollu, iċ-ċifri ppreżentati jistgħu ma jammontawx b'mod preċiż għat-totali, u l-perċentwali jistgħu ma jirriflettux b'mod preċiż iċ-ċifri assoluti minħabba żieda/tnaqqis sal-eqreb ċifra sħiħa.
Ir-“rendikonti finanzjarji” jinkludu l-karta tal-bilanċ, il-kont tal-qligħ u t-telf, sommarju tal-politika tal-kontabilità sinifikanti u noti oħra ta’ spjegazzjoni. Il-“Kontijiet Annwali” jinkludu r-rapporti finanzjarji, ir-rapport amministrattiv, ir-rapport tal-awditur indipendenti u n-nota dwar it-tqassim tal-profitt/l-allokazzjoni tat-telf. Aktar dettalji dwar il-proċess ta’ preparazzjoni u approvazzjoni relatati jistgħu jinstabu fuq is-sit web tal-BĊE.
Għal definizzjoni ta’ “ekwità netta” kif użata fit-tħejjija tal-Kontijiet Annwali tal-BĊE, ara t-Taqsima 1.3.2 “Ekwità netta”.
Kien hemm 20 BĊN fl-Eurosistema fl-2025. Fit-8 ta’ Lulju 2025, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea approva formalment l-adozzjoni tal-euro mill-Bulgarija fl-1 ta’ Jannar 2026. Minn dik id-data, in-numru ta' BĊNi fl-Eurosistema żdied għal 21 biż-żieda ta' Българска народна банка (il-Bank Nazzjonali Bulgaru).
Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU C 202, 7.6.2016, p. 1), kif emendat. It-test konsolidat mhux uffiċjali bil-lista ta’ emendi huwa disponibbli wkoll.
Il-Protokoll (Nru 4) dwar l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (ĠU C 202, 7.6.2016, p. 230). Is-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (SEBĊ) tinkludi l-BĊE u l-BĊNi kollha tas-27 Stat Membru tal-UE.
F’konformità mal-implimentazzjoni deċentralizzata tal-politika monetarja, l-istrumenti rreġistrati fil-karti tal-bilanċ tal-BĊN taħt “Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro relatat ma’ operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro” u “Obbligazzjonijiet lil istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro relatati ma’ operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro” jintużaw biss mill-BĊNi. Aktar dettalji dwar l-strumenti tal-politika monetarja tal-Eurosistema jistgħu jinstabu fis-sit web tal-BĊE.
Aktar dettalji dwar self ta’ titoli jistgħu jinstabu fis-sit web tal-BĊE.
Dettalji oħra fuq il-linji swap tal-munita jistgħu jinstabu fis-sit web tal-BĊE.
Aktar dettalji dwar l-operazzjonijiet li jipprovdu likwidità f’euro tal-Eurosistema kontra kollateral eliġibbli jinsabu fis-sit web tal-BĊE. Il-linji repo deskritti wkoll fuq is-sit internet huma operati mill-BĊNi u, għaldaqstant, ma għandhom l-ebda impatt fuq id-dikjarazzjonijiet finanzjarji tal-BĊE.
Aktar dettalji dwar is-Servizzi ta’ TARGET jistgħu jinstabu fuq is-sit web tal-BĊE.
Is-sistemi anċillari huma infrastrutturi tas-suq finanzjarju li ngħataw aċċess għall-komponent TARGET-BĊE mill-Kunsill Governattiv, sakemm jissodisfaw ir-rekwiżiti definiti fid-Deċiżjoni (UE) 2022/911 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta’ April 2022 dwar it-termini u l-kundizzjonijiet tat-TARGET-BĊE u li tħassar id-Deċiżjoni ECB/2007/7 (ECB/2022/22) (ĠU L 163, 17.6.2022, p. 1), kif emendata. It-test konsolidat mhux uffiċjali bil-lista ta’ emendi huwa disponibbli wkoll. Dettalji oħra dwar is-sistemi anċillari jistgħu jinstabu fis-sit web tal-BĊE.
L-APP jikkonsisti mit-tielet programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti (CBPP3, third covered bond purchase programme), il-programm ta’ xiri ta’ titoli koperti b’assi (ABSPP, asset-backed securities purchase programme), il-programm ta’ xiri mis-settur pubbliku (PSPP, public sector purchase programme) u l-programm ta’ xiri mis-settur korporattiv (CSPP, corporate sector purchase programme). Il-BĊE ma akkwistax titoli fis-CSPP. Il-kategoriji kollha tal-assi eliġibbli għax-xiri taħt l-APP eżistenti kienu eliġibbli wkoll taħt il-PEPP. Aktar dettalji dwar il-programm ta’ xiri ta’ assi u l-programm ta’ xiri ta’ emerġenza fil-każ ta’ pandemija jistgħu jinstabu fuq is-sit web tal-BĊE.
Aktar informazzjoni dwar il-profil tal-maturità tal-programm ta' xiri ta' assi u tal-programm ta' xiri għall-emerġenza pandemika tista’ tinstab fuq is-sit web tal-BĊE.
L-investimenti f’munita barranija tal-BĊE jinkludu assi inklużi fil-karta tal-bilanċ taħt “Klejms kontra persuni mhux residenti fiż-żona tal-euro denominati f'muniti barranin – Bilanċi ma’ banek u investimenti f’titoli, self estern u assi esterni oħra” u “Klejms kontra residenti taż-żona tal-euro denominati f'muniti barranin”.
Il-portafoll tal-fondi proprji mhux neċessarjament jikkorrispondi fid-daqs mas-somma tal-kapital imħallas tal-BĊE, il-fond ta’ riżerva ġenerali u l-provvediment għal riskji finanzjarji. Dan huwa prinċipalment dovut għall-investiment mill-ġdid tal-introjtu ġġenerat mill-portafoll, il-valutazzjoni tat-titoli bil-prezzijiet tas-suq, u movimenti speċifiċi fil-fond ta’ riżerva ġenerali u l-provvediment għal riskji finanzjarji.
Iddefinita bħala s-somma tal-parteċipazzjonijiet diretti ta’ bonds ekoloġiċi u l-parteċipazzjonijiet fil-fond G2 tal-EUR BISIP bħala sehem mill-komponent tal-introjtu fiss tal-portafoll tal-fondi proprji.
F’konformità mar-rakkomandazzjonijiet tat-Task Force dwar id-Divulgazzjonijiet Finanzjarji relatati mal-Klima, il-BĊE jħejji divulgazzjonijiet finanzjarji annwali relatati mal-klima fir-rigward tal-fondi proprji u l-portafolli tal-pensjonijiet tiegħu. Id-divulgazzjonijiet għall-2024 ġew ippubblikati fuq is-sit web tal-BĊE f’Ġunju 2025, filwaqt li d-divulgazzjonijiet għall-2025 huma mistennija li jiġu ppubblikati f’Ġunju 2026.
Il-parametri referenzjarji allinjati mal-Ftehim ta’ Pariġi għandhom l-għan li jallinjaw mal-għan tal-Ftehim ta’ Pariġi li ż-żieda fit-temperaturi medji globali tiġi limitata għal 1.5°C.
L-ispejjeż imġarrba mill-BĊE fit-twettiq tal-kompiti superviżorji tiegħu jiġu rkuprati permezz ta’ tariffi annwali imposti fuq entitajiet taħt superviżjoni. Aktar dettalji dwar it-tariffi superviżorji jistgħu jinstabu fis-sit web tas-superviżjoni bankarja tal-BĊE.
Skont l-Artikolu 21 u b’mod konformi mal-Artikolu 21.2 tal-Istatut tas-SEBĊ, il-BĊE jista’ jaġixxi bħala aġent fiskali għal istituzzjonijiet, entitajiet, uffiċċji jew aġenziji tal-Unjoni, gvernijiet ċentrali, awtoritajiet reġjonali, lokali jew oħrajn pubbliċi, entitajiet oħra irregolati mid-dritt pubbliku, jew impriżi pubbliċi tal-Istati Membri.
F’din it-taqsima, il-“kontijiet ta’ rivalutazzjoni” tinkludi l-gwadann totali mir-rivalutazzjoni tal-investiment f’deheb, muniti barranin u titoli u strumenti oħra, iżda teskludi l-kont tar-rivalutazzjoni għall-benefiċċji ta’ wara l-impjieg.
Din id-definizzjoni ta’ ekwità netta tintuża biss għall-finijiet tat-tħejjija tal-Kontijiet Annwali tal-BĊE.
Fit-13 ta’ Marzu 2024, il-Kunsill Governattiv iddeċieda dwar bidliet fil-qafas operattiv għall-implimentazzjoni tal-politika monetarja. Fl-istess kuntest, il-Kunsill Governattiv iddeċieda wkoll li mill-1 ta’ Jannar 2025, ir-rata tal-imgħax applikata għall-faċilità ta’ depożitu offruta mill-Eurosistema ssir il-bażi għar-remunerazzjoni ta’ (i) pretensjonijiet relatati mal-allokazzjoni ta’ karti tal-flus tal-euro fi ħdan l-Eurosistema, (ii) bilanċi tat-TARGET dovuti minn/lill-BĊNi, u (iii) obbligazzjonijiet ekwivalenti għat-trasferiment ta’ riżervi barranin.
F’konformità mat-Taqsima 1.3.2 “Ekwità netta”, “kontijiet ta’ rivalutazzjoni” tinkludi l-qligħ totali ta’ rivalutazzjoni fuq id-deheb, il-muniti barranin, u titoli u strumenti oħra iżda teskludi l-kont ta’ rivalutazzjoni għall-benefiċċji ta’ wara l-impjieg.
L-introjtu mit-tariffi superviżorji huwa inkluż taħt “Introjtu u spejjeż oħra” (ara ċ-Ċart 13).
L-ES huwa definit bħala telf medju peżat fuq il-probabbiltà li jseħħ fl-agħar (100-p)% xenarju, fejn p tindika l-livell ta’ fiduċja.
Aktar dettalji dwar il-metodu tal-mudelli tar-riskju jinsabu f’“The financial risk management of the Eurosystem’s monetary policy operations”, BĊE, Lulju 2015.
Ir-riżultati tat-test tal-istress għal investimenti f’bonds korporattivi huma inkorporati f’divulgazzjonijiet relatati mal-klima dwar investimenti ta’ bonds korporattivi tal-BĊNi taż-żona tal-euro taħt is-CSPP u l-PEPP, li l-BĊE beda jippubblika kull sena minn Marzu 2023 ’il quddiem. Għal aktar dettalji, ara d-Divulgazzjonijiet finanzjarji relatati mal-klima tal-investimenti tal-Eurosistema fis-settur korporattiv għall-finijiet tal-politika monetarja, BĊE, Marzu 2023.
Ir-riżultati kwalitattivi ġenerali ta’ dan it-test tal-istress ġew ippubblikati wkoll fil-Bullettin Ekonomiku tal-BĊE. Ara “Results of the 2022 climate risk stress test of the Eurosystem balance sheet”, Economic Bulletin, Ħarġa 2, BĊE, 2023.Ir-riżultati tat-test tal-istress klimatiku tal-2024 ġew ippubblikati bħala parti mid-Divulgazzjonijiet finanzjarji relatati mal-klima tal-assi tal-Eurosistema miżmuma għall-finijiet tal-politika monetarja u tar-riżervi barranin tal-BĊE, BĊE, Ġunju 2025.
Ir-riskju operattiv jinkludi r-riskji mhux finanzjarji kollha u huwa definit bħala r-riskju ta’ impatt negattiv fuq in-negozju, fuq ir-reputazzjoni jew impatt negattiv finanzjarju fuq il-BĊE li jirriżulta minn nies, l-implimentazzjoni inadegwata jew il-falliment tal-governanza interna u l-proċessi tan-negozju, il-falliment tas-sistemi li fuqhom jiġu proċessati jiddependu, jew avvenimenti esterni (eż. diżastri naturali jew attakki esterni).
Aktar tagħrif dwar l-istruttura tal-governanza tal-BĊE jista’ jinstab fis-sit web tal-BĊE.
Il-ġestjoni tar-riskju tal-kondotta kisbet attenzjoni dejjem akbar fis-settur korporattiv u pubbliku u tikkomplementa l-ġestjoni tar-riskju finanzjarju u operazzjonali. Għall-BĊE, ir-riskju ta’ kondotta jista’ jiġi definit bħala l-iskopertura tal-istituzzjoni għal dannu għar-reputazzjoni, jew għal tipi oħra ta’ dannu finanzjarju jew ta’ ħsara li jaffettwaw b’mod negattiv l-interessi tagħha, bħala riżultat ta’ azzjonijiet intenzjonali jew negliġenti mwettqa mill-uffiċjali, mill-impjegati jew mill-kuntratturi ta’ livell għoli tagħha li ma jkunux konformi mar-regoli tal-etika, legali u ta’ integrità, jew mal-istandards ta’ governanza tajba u ta’ amministrazzjoni tajba tagħha.
Il-politiki dettaljati tal-kontabilità tal-BĊE huma stabbiliti fid-Deċiżjoni (UE) 2024/2938 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-14 ta’ Novembru 2024 dwar il-kontijiet annwali tal-Bank Ċentrali Ewropew (ECB/2024/32) (ĠU L, 2024/2938, 11.12.2024).
Sabiex jiġu żgurati l-kontabilità u r-rapportar finanzjarju armonizzati tal-operazzjonijiet tal-Eurosistema, id-Deċiżjoni msemmija hawn fuq hija bbażata fuq il-Linja Gwida (UE) 2024/2941 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-14 ta’ Novembru 2024 dwar il-qafas legali għall-kontabilità u r-rapportar finanzjarju fis-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (BĊE/2024/31) (ĠU L, 2024/2941, 11.12.2024).
Dawn il-politiki, li ġew rieżaminati u aġġornati regolarment kif meqjus xieraq, huma konsistenti mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 26.4 tal-Istatut tas-SEBĊ, li jeħtieġu approċċ armonizzat għar-regoli dwar il-kontabilità u r-rapportar finanzjarju tal-operazzjonijiet tal-Eurosistema.Limitu minimu ta’ €100,000 japplika għad-dovuti u l-provvedimenti amministrattivi.
Kirja hija kklassifikata bħala kirja finanzjarja jekk tittrasferixxi sostanzjalment ir-riskji u l-benefiċċji kollha inċidentali għas-sjieda ta’ assi sottostanti, inkella tiġi kklassifikata bħala kirja operattiva.
Din l-annwalità hija inkluża fl-obbligu tal-benefiċċju definit minn dak il-punt ’il quddiem.
Fl-31 ta’ Diċembru 2025, il-BĊNi mhux taż-żona tal-euro li pparteċipaw fit-TARGET kienu Българска народна банка (il-Bank Nazzjonali Bulgaru), Danmarks Nationalbank, Narodowy Bank Polski u Banca Natională a României.
Deċiżjoni (UE)2011/67 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-13 ta' Diċembru 2010 dwar il-ħruġ ta' karti tal-flus tal-euro (BĊE/2010/29) (2011/67/UE) (ĠU L 35, 9.2.2011, p. 26), kif emendata. It-test konsolidat mhux uffiċjali bil-lista ta’ emendi huwa disponibbli wkoll.
“Skema tal-allokazzjoni tal-karti tal-flus” tirrifletti l-perċentwali li jirriżultaw meta jitqies is-sehem tal-BĊE mill-ħruġ totali tal-karti tal-flus tal-euro u meta tiġi applikata l-iskema tal-kapital sottoskritt għas-sehem tal-BĊNi minn dak it-total.
Deċiżjoni (UE) 2016/2248 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-3 ta' Novembru 2016 dwar l-allokazzjoni tad-dħul monetarju tal-banek ċentrali nazzjonali ta' Stati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (BĊE/2016/36) (ĠU L 347, 20.12.2016, p. 26), kif emendata. It-test konsolidat mhux uffiċjali bil-lista ta’ emendi huwa disponibbli wkoll.
Sa minn tmiem l-2023, dan il-provvediment baqa’ żero, peress li ġie rilaxxat bis-sħiħ biex ikopri t-telf tal-BĊE li rriżulta fl-2022 u fl-2023.
Id-Deċiżjoni (UE) 2015/298 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-15 ta' Diċembru 2014 dwar id-distribuzzjoni interim tad-dħul tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2014/57) (ĠU L 53, 25.2.2015, p. 24), kif emendata. It-test konsolidat mhux uffiċjali bil-lista ta’ emendi huwa disponibbli wkoll.
Ara l-istqarrija għall-istampa tat-13 ta’ Marzu 2024 dwar id-deċiżjonijiet tal-Kunsill Governattiv.
Dawn l-investimenti jikkonsistu f’assi li minnhom jitnaqqsu l-obbligazzjonijiet denominati fil-munita barranija partikolari li huma soġġetti għal rivalutazzjoni tal-munita barranija. Dawn huma inklużi taħt “Pretensjonijiet fil-konfront ta’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’munita barranija”, “Pretensjonijiet fil-konfront ta’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’munita barranija”, “Dovuti u spejjeż imħallsin bil-quddiem”, “Differenzi fir-rivalutazzjoni ta’ strumenti li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ” (in-naħa tal-obbligazzjonijiet) u “Dovuti u dħul miġbura bil-quddiem” u jinkludu t-tranżazzjonijiet forward u swap tal-kambju barrani inklużi f’partiti li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ. Il-gwadanni fuq il-prezz ta’ strumenti finanzjarji denominati f’muniti barranin li jirriżultaw minn rivalutazzjonijiet mhumiex inklużi.
Aktar dettalji dwar il-programm ta' xiri ta' assi jistgħu jinstabu fis-sit web tal-BĊE.
Aktar dettalji dwar il-programm ta' xiri ta' emerġenza fil-każ ta' pandemija jistgħu jinstabu fis-sit web tal-BĊE.
Il-valuri tas-suq huma indikattivi u huma kkalkolati abbażi ta’ kwotazzjonijiet tas-suq. Meta l-kwotazzjonijiet tas-suq ma jkunux disponibbli, il-prezzijiet tas-suq jiġu kalkulati bl-użu ta’ mudelli interni tal-Eurosistema.
Ħlief għal ishma azzjonarji rċevuti minn BĊN tal-Eurosistema fl-2024 bħala riżultat ta’ ristrutturar korporattiv, li kienu kontabilizzati bil-valur tas-suq. Dawn l-ishma azzjonarji nbiegħu fl-2025.
Aktar dettalji dwar it-tariffi superviżorji jistgħu jinstabu fis-sit web tas-superviżjoni bankarja tal-BĊE.
Tranżazzjonijiet ta’ self ta’ titoli li ma jirriżultawx f’kollateral fi flus mhux investiti fi tmiem is-sena jiġu rreġistrati f’kontijiet li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ (ara n-nota 17 “Programmi ta’ self ta’ titoli”).
Is-sistemi anċillari huma infrastrutturi tas-suq finanzjarju li ngħataw aċċess għall-komponent TARGET-BĊE mill-Kunsill Governattiv, sakemm jissodisfaw ir-rekwiżiti definiti fid-Deċiżjoni (UE) 2022/911 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta’ April 2022 dwar it-termini u l-kundizzjonijiet tat-TARGET-BĊE u li tħassar id-Deċiżjoni ECB/2007/7 (ECB/2022/22) (ĠU L 163, 17.6.2022, p. 1), kif emendata. It-test konsolidat mhux uffiċjali bil-lista ta’ emendi huwa disponibbli wkoll. Skont l-entità maniġerjali, is-sistemi anċillari jitqiesu jew bħala residenti taż-żona tal-euro (ara n-nota 9.2 “Obbligazzjonijiet oħrajn”) jew bħala residenti mhux taż-żona tal-euro (ara n-nota 10 “Obbligazzjonijiet lejn residenti mhux taż-żona tal-euro denominati f’euro”). Dettalji oħra dwar is-sistemi anċillari jistgħu jinstabu fis-sit web tal-BĊE.
Il-pilastru tal-benefiċċji definiti tal-pjan tirrifletti biss il-kontribuzzjonijiet obbligatorji magħmula mill-BĊE u mill-persunal. Il-kontribuzzjonijiet volontarji li saru mill-persunal f’pilastru ta’ kontribuzzjoni definita fl-2025 ammontaw għal €296 miljun (2024: €266 miljun). Dawn il-kontribuzzjonijiet jiġu investiti fl-assi tal-iskema u jwasslu għal obbligu korrispondenti b’valur ekwivalenti.
It-telf mhux realizzat li jaqbeż fi tmiem is-sena l-qligħ ta’ rivalutazzjoni preċedenti akkumulat fil-kont ta’ rivalutazzjoni korrispondenti huwa rreġistrat bħala tniżżil fil-valur fil-kont tal-qligħ u t-telf (ara n-nota 24 “Tniżżil fil-valur ta’ assi u pożizzjonijiet finanzjarji”).
Aktar dettalji dwar self ta’ titoli jistgħu jinstabu fis-sit web tal-BĊE.
Aktar dettalji dwar l-arranġamenti swap li jipprodu likwidità jistgħu jinstabu fis-sit web tal-BĊE. Il-linji repo deskritti wkoll fuq dan is-sit web huma operati minn BĊN taż-żona tal-euro u għalhekk mhumiex ikkunsidrati fil-Kontijiet Annwali tal-BĊE.
Skont l-Artikolu 21 u b’mod konformi mal-Artikolu 21.2 tal-Istatut tas-SEBĊ, il-BĊE jista’ jaġixxi bħala aġent fiskali għal istituzzjonijiet, entitajiet, uffiċċji jew aġenziji tal-Unjoni, gvernijiet ċentrali, awtoritajiet reġjonali, lokali jew oħrajn pubbliċi, entitajiet oħra irregolati mid-dritt pubbliku, jew impriżi pubbliċi tal-Istati Membri.
Aktar dettalji dwar it-testijiet tal- istress jistgħu jinstabu fis-sit web tas-superviżjoni bankarja tal-BĊE.
Ara l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 1163/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-22 ta’ Ottubru 2014 dwar it-tariffi superviżorji (BĊE/2014/41) (ĠU L 311, 31.10.2014, p. 23), kif emendat. It-test konsolidat mhux uffiċjali bil-lista ta’ emendi huwa disponibbli wkoll.
Id-deċiżjoni tal-BĊE dwar l-ammont totali tat-tariffi superviżorji annwali għall-2025 se tiġi adottata u sussegwentement ippubblikata f’nofs Marzu 2026.
Aktar dettalji dwar it-tariffi superviżorji jistgħu jinstabu fis-sit web tas-superviżjoni bankarja tal-BĊE.
Ekwivalenti full-time (FTE) huwa unità ekwivalenti għal impjegat wieħed li jaħdem full-time għal sena. Persunal b’kuntratti permanenti, fissi jew għal żmien qasir u parteċipanti fil-Programm tal-Gradwati tal-BĊE huma inklużi proporzjonalment mas-sigħat li jaħdmu. Persunal fuq lif tal-maternità jew lif għal żmien twil hu inkluż wkoll, waqt li l-persunal fuq lif mhux imħallas hu eskluż.
L-allowance għar-rappreżentanza hija ta’ 21 % tas-salarju bażiku għall-President, 12 % tas-salarju bażiku għall-Viċi President, 9 % tas-salarju bażiku għall-membri l-oħra tal-Bord Eżekuttiv u 12 % tas-salarju bażiku għall-President tal-Bord Superviżorju.
Il-Kundizzjonijiet tal-Impjieg għall-Persunal tal-Bank Ċentrali Ewropew jinsabu fis-sit web tal-BĊE.
L-ammonti huma mogħtija gross, jiġifieri qabel it-tnaqqis ta’ taxxi għall-benefiċċju tal-UE.
Dawn il-pagamenti relatati mal-pensjoni naqqsu l-obbligu tal-benefiċċji definiti rikonoxxut fil-karta tal-bilanċ. Għall-ammont nett impost fuq il-kont tal-qligħ u t-telf fir-rigward tal-arranġamenti tal-pensjoni għall-membri attwali tal-Bord Eżekuttiv u l-membri attwali tal-Bord Superviżorju impjegati mill-BĊE, ara n-nota 12.3 “Diversi”.
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2025/1407 tat-8 ta’ Lulju 2025 dwar l-adozzjoni tal-euro mill-Bulgarija fl-1 ta’ Jannar 2026 (ĠU L, 2025/1407, 14.7.2025).
Id-Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-31 ta’ Diċembru 2025 dwar il-ħlas tal-kapital, it-trasferiment ta’ assi ta’ riżervi barranin, u kontribuzzjonjiet minn Българска народна банка (Bank Nazzjonali Bulgaru) lir-riżervi u l-provvedimenti tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2025/44) (ĠU L, 2026/115, 15.1.2026); Ftehim bejn Българска народна банка (Bank Nazzjonali Bulgaru) u l-Bank Ċentrali Ewropew dwar il-pretensjoni akkreditata lil Българска народна банка (Bank Nazzjonali Bulgaru) mill-Bank Ċentrali Ewropew taħt l-Artikolu 30.3 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (ĠU C, C/2026/497, 22.1.2026).
Il-BĊNi barra ż-żona tal-euro ma huma intitolati jirċievu ebda sehem mill-profitti distribwibbli tal-BĊE, u lanqas ma huma responsabbli biex ikopru kwalunkwe telf li jġarrab il-BĊE.
Skont l-Artikolu 32.5 tal-Istatut tas-SEBĊ, is-somma tal-introjtu monetarju tal-BĊNi għandha tiġi allokata lill-BĊNi fi proporzjon mal-ishma mħallsa tagħhom fil-kapital tal-BĊE.





